Official Journal L 086 , 31/03/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0146
Id-Deciżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku tal-ismijiet tal-inbid (94/184/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Filwaqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu, Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Ftehim negozjat bejn il- Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reciproci tal-ismijiet tal-inbid ser jgħin biex irendi l-miżuri għall-eliminazzjoni tal-konkorrenza żleali fil-kummerc aktar effettivi, jaċċerta livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur u jippromwovi l-kummerċ fl-inbid bejn il-Partijiet Kontraenti; billi huwa għalhekk mixtieq li l-Ftehim imsemmi jiġi approvat; Billi, sabiex tigi facilitata l-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata li tagħmel l-aġġustamenti tekniċi kollha meħtieġa skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1]; Billi, minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim huma direttament marbuta mal-miżuri koperti bil-politika komuni kummerċjali u agrarja, dan il-Ftehim għandu jkun stabbilit fuq livell Komunitarju, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku tal-ismijiet tal-inbid u l-Protokoll mehmuż miegħu huma b' dan approvati għall-Komunità. It-test tal-atti msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat li jinnomina 'l-persuna li tkun awtorizzata li tiffirma l-Ftehim sabiex tiddepożita l-istrument tal-approvazzjoni mill- Komunità. Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika msemmija f'Artikolu 19(1) tal-Ftehim. Artikolu 3 Għall-għanijiet ta' Artikolu 13 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija b' dan awtorizzata li tikkonkludi l-atti meħtieġa li jemendaw il-Ftehim, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 83 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, it-23 ta' Novembru 1993 Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1566/93 (ĠU L 154, tal-25.6.1993, p. 39) --------------------------------------------------