31994D0164



Official Journal L 074 , 17/03/1994 P. 0042 - 0051
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0102


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' frar 1994

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE għal dak li jirrigwarda l-ifformular taċ-ċertifikati tas-saħħa

(94/164/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

B'riferenza għat-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

B'riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola l-kummerċ Intra-Komunitarju f'annimali ovini u kaprini [1], u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Filwaqt li l-kliem taċ-ċertifikati li jinstab fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE għandu jkun speċifikat u għandu jinkludi garanziji relatati ma' ċertu mard;

Filwaqt li, sabiex tiġi evitata kwalunkwe kunfużjoni, il-Provvedimenti ta' l-Anness E għall-imsemmija Direttiva għandu jiġi formulat mill-ġdid;

Filwaqt li l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness E għad-Direttiva 91/68/KEE huwa sostitwita bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mis-60 jum wara d-data tan-notifikazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, pġ. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS E

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------