31994D0117



Official Journal L 054 , 25/02/1994 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Frar ta' l-1994

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għal dak li jirrigwarda l-istruttura u tagħmir li għandhom ikunu milħuqa minn stabbilimenti żgħar sabiex tkun assigurata d-distribuzzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Greċja

(94/117/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju ta' l-1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi xi gżejjer u ċerti reġjuni tal-kosta fil-Greċja jistgħu, minħabba l-iżolament tagħhom jew għax huma remoti, ikunu soġġetti għal obbligazzjonijiet speċifiċi għal dak li għandu x'jaqsam mall-provvista tagħhom;

Billi, f'dawn il-gżejjer u f'dawn ir-reġjuni, hemm stabbilimenti żgħar ta' l-imluħ għal prodotti tas-sajd li għandhom rwol importanti ħafna fil-provvista tas-suq lokali tal-post fejn huma allokati;

Billi huwa neċessarju, sabiex ikun imbiegħda dawn l-istabbilimenti żgħar milli jisparixxu, li ħtiġijiet minimi strutturali inqas stretti u tagħmir ikunu applikati lilhom minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE, sakemm dawk l-obbligi speċifiċi jisparixxu minn dawk il-gżejjer u reġjuni tal-Greċja;

Billi, sabiex ikunu evitati problemi ta' kompetizzjoni fil-Komunità, għal dawn il-ħtiġijiet minimi għandhom ikunu miżjuda limiti għal dak li jirrigwarda il-volum ta' produzzjoni ta' l-istabbiliment u l-qasam ta' reklamar tal-prodotti in kwistjoni;

Billi l-prodotti tas-sajd proċessati permezz ta' dawn l-istabbilimenti ż-żgħar għandhom ikunu riservati għall-provvista tas-suq lokali u għandu jkollhom il-marka ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva 91/493/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal ċerti stabbilimenti li jagħmlu operazzjonijiet ta' imluħ fuq prodotti tas-sajd fi gżejjer jew f'ċerti reġjuni tal-kosta fil-Greċja li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta' provvisti partikolari.

Artikolu 2

L-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jilħqu l-ħtiġijiet minimi għal dak li jirrigwarda l-istruttura u tagħmir stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

L-awtorità kompetenti Griega għandha tassigura li l-ħtiġijiet minimi stabbiliti fl-Anness għandhom japplikaw lill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 1, sakemm il-kondizzjonijiet segwenti huma milħuqa:

- il-produzzjoni annwali tal-prodotti ta' l-imluħ ta' l-istabbiliment ma jiskorrix is-36 tunnellata,

- il-qasam ta' reklamar tal-prodotti in kwistjoni huwa jew limitat għat-territorju tal-ġżira fejn l-istabbiliment huwa misjub jew fuq medda ta' 50 kilometru ta' l-istabbiliment,

- il-prodotti m'għandhomx marka ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva 91/493/KEE,

Iżda għandhom marka nazzjonali li tippermetti l-kontroll tad-distribuzzjoni mill-awtorita' kompetenti.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar ta' l-1993.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 21 ta' Frar ta' l-1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Ħtiġijiet minimi għal dak li jirrigwarda l-istruttura u tagħmir.

Il-kondizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-postijiet u t-tagħmir provduti f'Kapitolu III, sezzjoni I, ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet segwenti:

1. Taħt punt 2 (c) għal dak li jirrigwarda l-eżistenza tal-kisi tas-saqaf u tal-bjut u punt 2(g) sakemm il-vitien li jinħadmu bla idejn huma konċernati;

2. Taħt punt 3, għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta' kamra kiesħa f'kull stabbiliment, sakemm stabbilimenti għandhom il-possibbilita' li jużaw kamra kiesħa kollettiva li tilħaq il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE u hija misjuba ħdejn l-istabbilimenti;

3. Taħt punt 6, sakemm kontenituri ta' l-iskart u positijiet għall-ħżin huma għalhekk konċernati;

4. Taħt punt 9, għal dak li jirrigwardaw kmamar ta' tibdil, friskaturi u lavatorju;

5. Taħt punt 10, għal dak li jirrigwarda qasam li jissakkar għall-użu esklussiv ta' impjegati ta' spezzjoni;

6. Taħt punt 11, sa fejn jirrigwarda faċilitajiet adegwati għat-tnaddif u diżżinfettar ta' mezzi ta' trasport.

--------------------------------------------------