Official Journal L 332 , 31/12/1993 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0073
Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0073
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 104b (2) tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1], F'kooperazzjoni ma'l-Assembleja Ewropea [2], Billi l-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat japplikaw direttament; billi t-termini li jidhru fl-Artikoli 104 u 104b (1) jistgħu jkunu definiti, jekk ikun hemm bżonn; Billi t-termini "faċilitajiet ta' overdraft" u "tipi oħra ta' faċilitajiet ta' kreditu" wżati fl-Artikolu 104 tat-Trattat għandhom jiġu definiti, partikolarment b'riferenza għall-mod kif jiġu ittrattati d-domandi li kienu jeżistu fl-1 Jannar 1994; Billi huwa desiderabbli li l-Banek Ċentrali nazzjonali li jipparteċipaw fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja jidħlu f'din l-Unjoni fil-waqt li jkollhom pretensjonijiet negozzjabli, skond il-kondizzjonijiet tas-suq, fir-rendikonti tagħhom ta' bilanċ, partikolarment biex jagħtu l-flessibiltà meħtieġa lill-politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u biex jippermettu kontribuzzjoni ta' l-istess livell mill-banek ċentrali nazzjonali differenti li jipparteċipaw fl-unjoni monetarja biex id-dħul monetarju jitqassam bejniethom; Billi l-Banek Ċentrali li, wara l-1 Jannar 1994, ikun għad fadlilhom pretensjonijiet kontra s-settur pubbliku li ma jistgħux jiġu negozjati jew huma soġġetti għall-kondizzjonijiet li m' humiex il-kondizzjonijiet tas-suq għandhom ikunu sussegwentement awtorizzati li jaqilbu dawn il-pretensjonijiet f'titoli negozjabbli ta' maturità fissa skond il-kondizzjonijiet tas-suq; Billi l-paragrafu 11 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq jistipula li l-Gvern tar-Renju Unit jista' jżomm il-faċilità tiegħu ta' "ways and means" mal-Bank ta' l-Ingilterra jekk u sakemm ir-Renju Unit ma jidħolx fit-tielet stadju; billi huwa xieraq li jsiru ċerti provvedimenti għall-konverżjoni ta' l-ammont ta' din il-faċilità f'dejn negozzjabbli fis-suq b'maturità fissa u fuq il-kondizzjonijiet tas-suq jekk ir-Renju Unit jidħol fit-tielet stadju ta' l-EMU; Billi l-Protokoll dwar il-Portugall jistabbilixxi li "l-Portugall hu awtorizzat li jżomm il-faċilità mogħtija lir-Reġjuni Awtonomi ta' l-Azores u l-Madeira li jibbenefikaw minn faċilità ta' kreditu mingħajr imgħax mill-Banco de Portugal skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi Portugiża eżistenti"; u li "il-Portugall jorbot lilu nnifsu li jagħmel l-akbar sforz li jista' sabiex itemm il-faċilità msemmija hawn fuq malajr kemm jista' jkun;" Billi l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 104 tat-Trattat jiġu applikati effettivament u totalment; billi, partikolarment, l-akkwisti fis-suq sekondarju m' għandhomx jintużaw biex jinħarab l-iskop ta' dan l-Artikolu; Billi, fil-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-akkwist dirett mill-bank ċentrali ta' xi wieħed mill-Istati Membri ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa mis-settur pubbliku ta' Stat Membru ieħor m' għandux jgħin biex jipproteġi lis-settur pubbliku mid-dixxiplina tal-mekkaniżmi tas-suq fejn dan l-akkwist jsir biss bl-iskop ta' amministrazzjoni ta' riservi ta' munita barranija; Billi, minkejja r-rwol assenjat lill-Kummissjoni li joħroġ mill-Artikolu 169 tat-Trattat, huwa fid-dmir ta' l-Istitut Monetarju Ewropew u, wara dan, tal-Bank Ċentrali Ewropew, kif joħroġ mill-Artikoli 109f (9) u 180 tat-Trattat, li jiżguraw li l-banek ċentrali nazzjonali jonoraw l-obbligi stabbiliti bit-Trattat; Billi il-krediti ta' l-istess ġurnata li joħorġu mill-banek ċentrali jistgħu jgħinu l-operat stabbli tas-sistemi ta' pagamenti; billi, għalhekk, il-krediti ta' l-istess ġurnata fis-settur pubbliku huma kompatibbli mal-miri ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat, basta li ma jkunx possibbli estensjoni għall-ġurnata ta' wara; Billi l-funzjoni ta' aġent fiskali eżerċitata mill-banek ċentrali m' għandhiex tiġi mfixkla; billi, anki jekk it-tisrif mill-banek ċentrali ta' ċekkijiet maħruġa minn partijiet terzi għall-kont tas-settur pubbliku jista' kultant jinvolvi kreditu, l-Artikolu 104 tat-Trattat ma għandux jiġi ikkunsidrat li jipprojbixxi dawn l-operati, basta li meħudhin kollha f'daqqa ma jirriżultawx fi kreditu għas-settur pubbliku; Billi d-depożitu min-naħa tal-banek ċentrali ta' muniti maħruġa mis-settur pubbliku u akkreditati lis-settur pubbliku tikkostitwixxi forma ta' kreditu mingħajr imgħax għas-settur pubbliku; billi, madankollu, jekk ikunu involuti ammonti limitati biss, din il-prattika ma tfixkilx il-prinċipju ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat; billi, għalhekk, minħabba fid-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu minn projbizzjoni totali ta' din il-forma ta' kreditu, jista' jkun permess fil-limiti preskritti f'dan ir-Regolament; Billi, wara l-unifikazzjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja qed ssib diffikultà partikolari sabiex tikkonforma mal-limitu stabbilit fuq dawn l-effetti; billi jixraq f'dawn iċ-ċirkustanzi tiġi awtorizzata perċentwali iktar għolja għal żmien limitat; Billi l-finanzjament mill-banek ċentrali ta'l-obbligi li jaqgħu fuq is-settur pubbliku vis-a-vis il-Fond Monetarju Internazzjonali jew dawk li joħorġu mill-implimentazzjoni tal-faċilità ta' għajnuna finanzjarja fuq perjodu medju stabbilit ġewwa l-Komunità jagħti bidu għal pretensjonijiet barranin li għandhom il-karatteristiċi kollha ta' effetti ta' riserva; billi, għalhekk huwa xieraq li dan jiġi awtorizzat; Billi l-impriżi pubbliċi huma koperti bil-projbizzjoni fl-Artikoli 104 u 104b (1); billi huma definiti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u impriżi pubbliċi [3], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat: (a) "faċilitajiet ta' overdraft" tfisser kull provvista ta' fondi lis-settur pubbliku li tirriżulta jew x'aktarx li tirriżulta fi żbilanċ (ta' dejn); (b) "kull tip ieħor ta' faċilità ta' kreditu" tfisser: (i) kull pretensjoni kontra s-settur pubbliku li teżisti fl-1 ta' Jannar 1994, minbarra pretensjonijiet ta' maturità fissa akkwistata qabel din id-data; (ii) kull finanzjament ta' l-obbligi tas-settur pubbliku vis-a-vis partijiet terzi; (iii) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104(2) tat-Trattat, kull negozju mas-settur pubbliku li tirriżulta jew li x'aktarx tirriżulta fi pretensjoni kontra dak is-settur. 2. Dawn li ġejjin m' għandhomx jiġu kkunsidrati bħala "titoli ta' dejn" fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat: titoli akkwistati mis-settur pubbliku biex jassigura l-konverżjoni f'titoli ta' maturit° fissa taħt il-kondizzjonijiet tas-suq ta': - pretensjonijiet ta' maturità fissa akkwistati qabel l-1 Jannar 1994 li ma humiex negozjabbli jew mhux skond il-kondizzjonijiet tas-suq, basta li l-maturità tat-titoli ma tkunx sussegwenti ghal dik tal-pretensjonijiet imsemmija iktar "il fuq"; - l-ammont tal-faċilità ta' "ways and means" li l-Gvern tar-Renju Unit għandu mal-Bank ta' l-Ingilterra sa meta, jekk ikun il-każ, r-Renju Unit jidħol fit-tielet stadju ta' l-EMU. Artikolu 2 1. Matul it-tieni stadju ta' l-EMU, ix-xiri permezz tal-bank ċentrali ta' xi wieħed mill-Istati Membri ta'strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġ mis-settur pubbliku ta' xi Stat Membru ieħor ma għandux jitqies bħala xiri dirett fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat, iżda mhux jekk dan ix- xiri isir biss għall-għan waħdieni li jimmaniġġja r-riservi ta' kambju barrani. 2. Matul it-tielet stadju ta' l-EMU, xiri bħal dan li ġej magħmul bil-għan waħdieni li jimmaniġġja r-riservi ta' kambju barrani m' għandux jitqies bħala xiri dirett fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat: - xiri mill-bank ċentrali ta' Stat Membru li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-EMU, mis-settur pubbliku ta' Stat Membru ieħor ta' strumenti tad-dejn negozzjabbli ta' l-aħħar wieħed imsemmi, - xiri mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li jipparteċipa fit-tielet stadju ta' l-EMU, mis-settur pubbliku ta' Stat Membru li ma jipparteċipax fit-tielet stadju, ta' strumenti tad-dejn negozzjabbli ta' dan l-aħħar imsemmi. Artikolu 3 Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, "settur pubbliku" tfisser istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, gvernijiet ċentrali, jew awtoritajiet pubbliċi reġjonali, lokali jew oħrajn, korpi oħra regolati mil-liġi pubblika jew impriżi pubbliċi ta' l-Istati Membri. "Banek ċentrali nazzjonali" tfisser il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri u l-Istitut Monetarju tal-Lussemburgu. Artikolu 4 Krediti ġewwa jum wieħed mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek nazzjonali lis-settur pubbliku m' għandhomx jitqiesu bħala faċilità ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat, iżda jekk jibqgħu limitati għal dak il-jum u li ma tkun possibbli ebda estensjoni. Artikolu 5 Fejn il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-banek ċentrali nazzjonali jirċievu mis-settur pubbliku, biex jinżammu, ċekkijiet maħruġa minn partijiet terzi u li jikkreditaw il-kont tas-settur pubbliku qabel il-bank minn fejn joħorġu jiġi debitat, dan l-operat m' għandux jitqies bħala faċilita ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat jekk l-iskond fiss ta' żmien li jikkorrespondi maż-żmien normali għall-ġabra taċ-ċekkijiet mill-banek ċentrali ta' l-Istati Membri interessati jkun skada wara li jkun daħal iċ-ċekk, iżda mhux jekk kull flotazzjoni li tista' tinqala' tkun waħda eċċezzjonali, tkun ta' ammont żgħir u tilħaq il-medja fi żmien qasir. Artikolu 6 Iż-żamma mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' muniti maħruġa mis-settur pubbliku u akkreditati lis-settur pubbliku m' għandhomx jitqiesu bħala faċilià ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat fejn l-ammont ta' dawn l-effetti jibqa' inqas minn 10 % tal-muniti fiċ-ċirkulazzjoni. Sal-31 Diċembru 1996, din iċ-ċifra għandha tibqa ta' 15 % għall-Ġermanja. Artikolu 7 Il-finanzjament mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-obbligi li jaqgħu fuq is-settur pubbliku vis-a-vis il-Fond Monetarju Internazzjonali jew li jirriżultaw mill-implimetazzjoni ta' għajnuna finanzjarja fuq żmien medju dikjarat bir-Regolament (KEE) Nru 1969/88 [4] m' għandux jitqies bħala faċilità ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 104 tat-Trattat. Artikolu 8 1. Għall-għanijiet ta' l-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat, "impriża pubblika" għandha tiġi definita bħala kull impriża li fuqha l-Istat jew awtoritajiet oħra reġjonali jew lokali jistgħu direttament jew indirettament jeżerċitaw influwenza dominanti bis-saħħa ta' pussess, tal-parteċipazzjoni fiha finanzjarjament jew tar-regoli li jiggvernawha. Influwenza dominanti min-naħa ta' l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi hekk meqjusa meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament ma' dak li għandu x'jaqsam ma' impriża: (a) ikollhom f'idejhom il-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt mill-impriża; (b) jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jirrappreżentaw l-ishma maħruġa mill-impriża; jew (ċ) jistgħu jaħtru iktar min-nofs tal-membri tal-korpi li jamministraw, imexxu jew jissorveljaw l-impriża. 2. Għall-għanijiet ta' l-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ma jiffurmawx parti mis-settur pubbliku. Artikolu 9 Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-1 ta' Jannar 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-13 Diċembru 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt [1] ĠU C 324, tal-1.12.1993, p. 5; u ĠU C 340, tas-17.12.1993, p. 3. [2] ĠU C 329, tas-6.12.1993 u d-Deċiżjoni tat-2 Diċembru 1993 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 195, tad-29.7.1980, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/84/KEE (ĠU L 254, tat-12.10.1993, p. 16). [4] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1969/88 ta' l-24 Ġunju 1988 li jistabilixxi faċilità waħdiena li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq żmien medju għal-bilanċi tal-pagamenti ta' l-Istati Membri (ĠU L 178, tat- 8.7.1988, p. 1). --------------------------------------------------