31993R3518



Official Journal L 320 , 22/12/1993 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0073
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0073


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 3518/93

tal-21 ta’ Diċembru 1993

li jaġġusta l-kodiċi ta’ prodott imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tad-Dazju Doganali Komuni użata għall-prodotti agrikoli [1], kif emendata permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3209/89 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2505/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 fuq in-nomenklatura statistika tat-Tariffi Doganali Komuni [3], fih in-nomenklatura kombinata li hemm fis-seħħ bħalissa;

Billi l-kodiċi tan-nomenklatura kombinata użat sabiex tiġi definita l-banana ffriżata fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 [4] huwa l-kodiċi li kien fis-seħħ fl-1992, u ma’ jikkorrispondix għal dak li kien fis-seħħ sa’ mill-1993; billi, bħala riżultat ta’ dan, dak il-kodiċi għandu jiġi aġġustat;

Billi dan l-aġġustament għandu jsir effettiv fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament hawn fuq imsemmi;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’l-Amministrazzjoni tal-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, id-deskrizzjoni tal-merkanzija taħt il-kodiċi ĊN ‘ex08119090 Banana ffriżata’, qiegħed b’hekk jiġi sostitwit permezz ta’ ‘ex08119099 Banana ffriżata ’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

[2] ĠU L 312, tas-27.10.1989, p. 5.

[3] ĠU L 267, ta’ l-14.9.1992, p. 1.

[4] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1

--------------------------------------------------