31993R3498



Official Journal L 319 , 21/12/1993 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0063


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3498/93

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993

li jistabilixxi l-fatti operattivi applikabbli speċifikament għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità tal-kont u r-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi r-Regolamenti (KEE) Nru 3813/92 jintroduċi sistema ġdida agri-monetarja mill-1 ta’ Jannar 1993; billi, taħt din is-sistema ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/93 tat-30 ta’ April 1993 dwar ir-regoli dettaljati għall-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rati agrikoli ta’ konverżjoni [2], jistipula l-fatti operattivi għar-rati agrikoli ta’ konverżjoni applikabbli mill-bidu tas-sena tal-marketing 1993/94; billi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet għall-iffissar bil-quddiem li għalih jipprovdu l-Artikoli 13, 14, 15, 16 and 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93, il-fatti operattivi tar-rati agrikoli ta’ konverżjoni applikabbli fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandhom għalhekk jiġu stipulati fid-dettal;

Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni għas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3179/93 [4], jipprovdi għal skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa; billi l-iskema tipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna lill-produtturi taż-żejt li l-produzzjoni medja tagħhom tkun ta’ l-anqas 500 kg ta’ żejt taż-żebbuġa, bla ħsara b’mod partikolari għas-sottomissjoni tal-prova li ż-żejt ikun ġie proċessat f’mitħna approvata; billi l-mira ekonomika ta’ l-imsemmija għajnuna tintlaħaq malli ż-żebbuġ ikun ġie pproċessat f’żejt; billi f’dan il-każ, u minħabba n-numru kbir ħafna ta’ produtturi taż-żejt involuti, l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93 għandha tiġi speċifikata b’mod ċar;

Billi l-imsemmija skema applikabbli għall-produtturi taż-żejt li l-medja tal-produzzjoni tagħhom tkun anqas minn 500 kg ta’ żejt tipprovdi għal rata fissa ta’ għajnuna bbażata fuq in-numru ta’ siġar fil-produzzjoni u għalhekk mhux marbuta mal-kwantità attwalment prodotta; billi l-ipproċessar ta’ żebbuġ f’żejt iseħħ fl-Istati Membri produtturi f’medja matul ix-xahar ta’ Jannar;

Billi r-rata fissa ta’ għajnuna għal kull ettaru kif ipprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iżgħar Aegean dwar ċerti prodotti agrikoli [5] timmira b’mod partikolari li żżomm il-potenzjal tal-produzzjoni u biex tippriżerva l-kampanja u l-ambjent naturali;

Billi, fir-rigward tal-ħlas lura tal-produzzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa wżati fil-manifattura ta’ ċertu ikel ippriżervat, kif ipprovdut fl-Artikolu 20a tar-Regolament 136/66/KEE il-fatt operattiv għandu jiġi ffissat skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93;

Billi bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi tal-fatti operattivi, emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3224/74 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1974 li jiddefinixxi l-ġrajja li fiha s-sussidju dwar iż-żejt taż-żebbuġa jsir dovut u jkollu jitħallas [6] għandu jiġi mħassar u xi dispożizzjonijiet eżistenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2677/85 ta’ l-24 ta’ Settembru 1985 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna fuq il-konsum għaż-żejt taż-żebbuġa [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 643/93 [8], għandhom jiġu klarifikati;

Billi l-fatt operattiv għandu jkun applikabbli sa mill-bidu tas-sena tal-marketing;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-fatt operattiv għar-rata agrikola ta’ konverżjoni applikabbli għall-għajnuna ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament 136/66/KEE u mogħtija lill-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa li l-produzzjoni tagħhom tkun għall-anqas ta’ 500 kg ta’ żejt taż-żebbuġa għandha titqies li sseħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih, għal lott partikolari, ż-żebbuġ jiddaħħal f’mitħna approvata kif stipulat fl-Artikolu 98(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3061/84 [9], li tirrelata maż-żamma ta’ dokumentazzjoni standardizzata dwar il-ħażna ta’ kull jum.

2. Il-fatt operattiv għar-rata agrikola ta’ konverżjoni applikabbli għall-għajnuna ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament 136/66/KEE u mogħtija lill-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa li l-produzzjoni medja tagħhom tkun taħt il 500 kg ta’ żejt taż-żebbuġa għandha titqies li sseħħ fl-1 ta’ Jannar li jiġi wara l-bidu tas-sena tal-marketing li għaliha tingħata l-għajnuna.

Artikolu 2

Il-fatt operattiv għar-rata agrikola ta’ konverżjoni applikabbli għar-rata fissa ta’ għajnuna għal kull ettaru għall-manutenzjoni ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ kif provdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 għandu jitqies li seħħ fl-1 ta’ Jannar tas-sena in kwistjoni.

Artikolu 3

Il-fatt operattiv għar-rata agrikola ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħlas lura ta’ produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa wżat fil-manifattura ta’ ċertu ikel priżervat għandu jitqies li seħħ fil-jum li fih it-talba għall-verifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni 1963/79 [10] tintbagħat.

Artikolu 4

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2677/85 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

"Il-fatt operattiv għar-rata agrikola ta’ konverżjoni applikabbli għall-għajnuna fuq il-konsum għandu jitqies li seħħ fil-jum li ż-żejt ippakkeġġat iħalli l-impjant approvat ta’ l-ippakkeġġar."

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 3224/74 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun jgħodd b’effett mill-1 ta’ Novembru 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 108, ta’ l-1.5.1993, p. 106.

[3] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[4] ĠU L 285, ta’ l-20. 9. 11, p. 13.

[5] ĠU L 184, tas-27.9.1993, p. 1.

[6] ĠU L 342, tal-21.12.1974, p. 27.

[7] ĠU L 254, tal-25.9.1985, p. 85.

[8] ĠU L 69, ta’ l-20.3.1993, p. 19.

[9] ĠU L 288, ta’ l-1.11.1984, p. 52.

[10] ĠU L 277, tad-9.9.1979, p. 10.

--------------------------------------------------