31993R3300



Official Journal L 296 , 01/12/1993 P. 0052 - 0054
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0206


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3300/93

tat-30 ta’ Novembru 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards fil-marketing tal-bajd [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2617/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 20 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2617/93, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2221/92 [4], jipprovdi għar-regoli ddettaljati meħtieġa sabiex jiġu implimentti dawn l-istandards tal-marketing;

Billi sabiex tiġi żgurata l-provvista lill-konsumatur ta’ prodott ta’ kwalità tajba, huwa approprjat illi jiġi pprovvdut il-ġbir iktar ta’ spiss tal-bajd u għall-kriterji iktar stretti tal-kwalità għall-bajd mibjugħ bħala ‘extra’;

Billi l-introduzzjoni ta’ l-indikazzjoni mandatorja tad-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ kemm jibqa’ tajjeb segwita bir-rakkommandazzjonijiet approprjati rigward il-ħażna tal-pakketti tal-bajd tal-Grad A skond ir-Regolament (KEE) Nru 2617/93 jagħmluha ta’ ħieġa illi jiġu addattati r-regoli ddettaljati dwar l-indikazzjonijiet tad-data stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 1274/91;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 huwa emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(1), jitħassar it-tieni subparagrafu;

2. fl-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej: "L-Ispazju ta’ l-arja: għoli li ma jaqbiżx is-6 mm, stazzjonarju; madanakollu, għall-bajd li jrid jiġi mqiegħed fis-suq bħala "extra", ma għandux jaqbeż il-4 mm;"

3. L-Artikoli 14, 15 u 16 jiġu mibdula b’li ġej:

"Artikolu 14

1. L-indikazzjoni tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb riferita fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha ssir fil-waqt tal-pakkettjar skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE [5]. Għandha tikkonsisti f’wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

- Consúmase preferentemente antes del…,

- Mindst holdbar til…,

- Mindestens haltbar bis…,

- Analosi kata protimisi prin apo…,

- Best before…,

- À consommer de préférence avant le…,

- Da consumarsi preferibilmente entro…,

- Ten minste houdbaar tot…,

- A consumir de prefêrencia antes de

Għal dan il-għan id-data għandha tiġi indikata b’żewġ settijiet ta’ ċifri li jirrappreżentaw, fl-ordni li ġejja:

- il-jum, mill-1 sal-31

- ix-xahar; mill-1 sat-12

2. Il-pakketti l-kbar, u l-pakketti ż-żgħar saħansitra meta jkunu f’pakketti kbar, għandhom iġorru fuq barra f’tipa li tidher u tinqara biċ-ċar indikazzjoni biex tagħti parir lill-konsumatur li jżomm il-bajd fir-refriġeratur wara x-xiri.

3. Fil-każ tal-bejgħ tal-bajd bil-waħda, għandha tiġi indikata l-għamla tal-kliem ekwivalenti għall-indikazzjoni riferita fil-paragrafu 2 hekk illi jkun jidher biċ-ċar u ma jistax tinftiehem xorta oħra mill-konsumatur

Artikolu 15

L-indikazzjoni tad-data ta’ l-ippakkjar imsemmija fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandha tikkonsisti f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

- Embalado el:…,

- Pakkettet den:…,

- Verpackt am:…,

- Ime ominia syskevasias:…,

- Packing Date:…,

- Emballé le:…,

- Data d’imballaggio:…,

- Verpakt op:…,

- Embalado em

segwita b’żewġ settijiet ta’ ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1).

Artikolu 16

1. B’żieda mad-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ meta jibqa’ tajjeb u/jew id-data ta’ l-ippakkjar, tista’ tiġi indikata d-data rrakkommandata ta’ sakemm għandu jinbigħ mill-operatur fiż-żmien ta’ l-ippakkjar tal-bajd jew fuq il-pakketti li jkunu fihom jew fuq it-tnejn.

2. Id-data rrakkommandata ta’ sakemm irid jinbigħ hija indikazzjoni ta’ l-aħħar data li fiha l-bajd għandu jiġi offrut għall-bejgħ lill-konsumatur, li warajha jibqa’ perjodu taż-żmien tal-ħażna ta’ sebat ijiem. Din għandha tiġi ffissata hekk illi l-bajd tal-Grad "A"; irid iżomm il-karatteristiċi deskritti fl-Artikolu 5(1) sa l-aħħar ta’ dan il-perjodu taż-żmien tal-ħażna meta jkun maħżun kif jixraq. Id-data tat-tul minimu taż-żmien ta’ kemm jibqa’ tajjeb tikkorrispondi ma’ l-aħħar data ta’ dan il-perjodu taż-żmien tal-ħażna

L-indikazzjoni trid tkun magħmula fi kliem hekk illi t-tifsira tad-data rrakkommandata ta’ l-aħħar bejgħ tkun ċara.

3. Id-data tal-għemil tal-bajd tista’ tiġi indikata mill-operatur fuq il-pakketti fil-waqt ta’ l-ippakkjar, li f’dan il-każ għandha tiġi indikata wkoll fuq il-bajd li jkun il-pakketti. Id-data tal-għemil tal-bajd tista’, madanakollu, tiġi stampata wkoll fuq il-bajd fir-razzett.

4. Għall-indikazzjoni tad-dati msemmija f’dan l-Artikolu dwar il-bajd, u fil-każ tad-data ta’ l-aħħar bejgħ u dik tal-għemil tal-bajd fuq il-pakketti wkoll, għandha tintuża espressjoni jew iktar stabbiliti fl-Anness I.

5. Id-dati msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu indikati b’żewġ settijiet ta’ ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1).";

4. fil-frażi ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 17, ir-referenza għall-"Artikolu 15" tiġi mibdula b’referenza għall-"Artikolu 16";

5. l-Artikolu 21(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-istrixxi u t-tikketti pprovvduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandhom ikunu bojod u l-indikazzjonijiet għandhom jiġu stampati fl-iswed fuq dawn l-istrixxi u t-tikketti.";

6. L-Artikolu 24(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-istrixxa jew it-tikketta msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandhom jiġu stampati jew imwaħħla hekk illi l-ebda parti mit-tagħrif fuq il-pakkett ma jiġi mgħotti mill-pożizzjoni ta’ l-istrixxa jew tat-tikketta. L-indikazzjoni li ġejja għandha tiġi stampata bil-korsiv fuq l-istrixxa jew it-tikketta: "extra sa…"; segwita biż-żewġ settijiet taċ-ċifri kif riferit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) li jindikaw is-seba’ jum wara l-pakkjar, u għolja mill-inqas 1 ċm.";

7. L-Artikolu 25(2)(e) jiġi mibdul b’ li ġej:

"(e) - għall-bajd tal-Grad A: id-data oriġinali tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb, u taħtha l-kliem "bajd mogħti l-grad mill-ġdid";,

- għall-bajd tal-gradi l-oħra: il-kliem "id-data ta’ l-ippakkjar:";, segwit bid-data ta’ l-ewwel pakkjar; u taħtha l-kliem "mogħti l-grad mill-ġdid:";, segwit bid-data tal-għoti tal-grad l-ieħor, bl-istess mod kif ipprovvdut fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1).";

8. L-Artikolu 26(2)(e) jiġi mibdul b’ li ġej:

"(e) - għall-bajd tal-Grad A: id-data oriġinali tat-tul minimu taż-żmien li jibqa tajjeb, u taħtha l-kliem "bajd ippakkjat mill-ġdid";,

- għall-bajd tal-gradi l-oħra: il-kliem "id-data ta’ l-ippakkjar:";, segwit bid-data ta’ l-ewwel pakkjar; u taħthom il-kliem "ippakkjat mill-ġdid:";, segwit bid-data ta’ l-ippakkjar mill-ġdid, bl-istess mod kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(1).";

9. L-Anness I jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sat-30 ta’ Settembru 1994 l-operaturi jistgħu jissoktaw jużaw il-materjal eżistenti ta’ l-ippakkjar bl-indikazzjonijiet skond id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Diċembru 1993.

Madanakollu, l-indikazzjoni tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb u tal-parir illi l-bajd jinżamm fir-refriġeratur wara x-xiri rigward dawn il-pakketti għandhom isiru l-iktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 1994 billi jitwaħħlu strixxa jew tikketta li jġorru l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91.

Mill-1 ta’ Ġunju 1994, l-indikazzjoni msemmija fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 għandha dejjem tkun murija fuq l-istrixxa jew it-tikketta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Novembru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5.

[2] ĠU L 240, tal-25.9.1993, p.1.

[3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p.11.

[4] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 81.

[5] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS I

1. Id-data tat-tul minimu taæ-æmien li jibqa' tajjeb:

cons. preferente

Mindst holdbar til

Mind. haltbar

Analosi prin apo

Best before …,

à cons. de préf. av. or DCR [1]

da cons. pref. entro

tenm. houdb. tot

Cons. de pref. antes de

2. Id-Data ta' l-ippakkjar:

Emb.

Pakkettet

Verp.

Syskevasia

Packed

Emballé le

Imball. il

Verp.

Emb.

3. Id-Data ta' l-aħħar bejgħ:

vender antes

Sidste salgsdato

Verkauf bis

Polisi

Sell by

à vend. préf. av. or DVR [2]

data vend. racc.

uit. verk. dat.

Cons. de pref. antes de

4. Data tal-bidien tal-bajd:

Puesta

Laeggedato

Gelegt

(Irid jinbigħ qabel)

Laid

Pondu le

Deposto il

Gelegd

Postura»

"

[1] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tiġi mqiegħda fi kliem hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara.

[2] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tiġi mqiegħda fi kliem hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara.

--------------------------------------------------