Official Journal L 262 , 21/10/1993 P. 0004 - 0010
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2861/93 tat-18 ta' Ottubru 1993 li qed jimponi d-dazju anti-dumping b'mod definittiv fuq importazzjoni ta' ċerti diski manjetiċi (3,5″ mikrodiski) li joriġinaw mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li qed jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2423/88 tal-11 ta' Lulju 1988 dwar il-protezzjoni kontra prodotti importati li jkunu dumped jew sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara l-konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv kif previst taħt ir-Regolament ta' hawn fuq, Billi: A. MIŻURI PROVVIŻORJI (1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KEE) Nru 920/93 [2], hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ bħala r-"Regolament provviżorju", imponiet dazju b'mod provviżorju anti-dumping fuq importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti diski manjetiċi (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa 3,5″ mikrodiski) li joriġinaw mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM eż 85232090. Id-dazju kien estiż għal perjodu massimu ta' xahrejn bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2206/93 [3]. B. IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI (2) Wara l-imposizzjoni tad-dazju provviżorju anti-dumping, il-partijiet interessati li għamlu talba ġew mogħtija l-opportunità ta' seduta mill-Kummissjoni. Xi wħud minn dawn il-partijiet ppreżentaw ukoll sottomissjonijiet bil-miktub biex jgħarrfu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet. (3) Żewġ impurtaturi, li ma kkoperawx fl-investigazzjoni, għamlu rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni wara l-introduzzjoni tad-dazju provviżorju anti-dumping. Wieħed minnhom talab u ġie mogħti seduta. (4) B'talba, il-partijiet kienu infurmati bil-miktub dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni li tiġi rrikmandata l-imposizzjoni tad-dazji definittivi u l-ġbir definittv ta' ammonti assigurati bħala dazju provvizorju. Huma ġew mogħtija wkoll perjodu raġonevoli biex fi ħdanu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għall-"isvelar". (5) Il-kummenti orali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati, u fejn kien xieraq, is-sejbiet tal-Kummissjoni kienu mmodifikati biex tagħti kont tagħhom. (6) Minħabba l-volum u l-komplessità ta' l-informazzjoni eżaminata, l-investigazzjoni ma ġietx konkluża fi ħdan il-limitu ta' ħin previst fl-Artikolu 7(9)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88. C. IL-PRODOTT LI GĦADU QIEGĦED JIĠI EŻAMINAT/IL-PRODOTT INNIFSU (7) Minħabba li l-ebda argument ġdid ma ġie ppreżentat rigward il-prodott li qiegħed jiġi eżaminat u l-prodott innifsu, il-Kunsill jaddotta s-sejbiet tal-Kummissjoni hekk kif stabbilit fil-premessi 7 sa 12 tar-Regolament provviżorju. D. TRATTAMENT INDIVIDWALI TA' L-ESPORTAZZJONIJIET ĊINIŻI (8) Uħud mill-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina insistew fuq it-talba tagħhom li l-Kummissjoni tagħmel sejbiet individwali tal-kumpanija għal kull wieħed minnhom, mingħajr, madankollu, ma tippreżenta xi xiehda addizzjonali ma' dik mogħtija qabel is-sejbiet provviżorji u msemmija fil-preambolu 13 tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni tfakkar, li f'dan ir-rigward, trattament individwali mhuwiex ħtieġa mitluba fir-Regolament (KEE) Nru 2423/88. Fil-fatt, l-għotja ta' trattament individwali lil xi wħud minn dawn il-produtturi tista' taffettwa u anki tfixkel ir-riżultat tal-kalkolu tad-dazju anti-dumping fil-pajjiż kollu. Barra minn hekk, fil-prattika huwa diffiċli ħafna li wieħed jistabbilixxi, fil-każ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jekk kumpanija tibbenefikax tassew, kemm b'mod legali kif ukoll fil-fatt, minn indipendenza statali u, partikolarment, jekk kumpanija għandhiex indipendenza permanenti fejn ikun jidher li tkun qed tibbenefika fi żmien partikolari. Fl-aħħarnett, minħabba li l-għotja ta' trattament individwali tista' tikkawża livelli mhux xierqa ta' dazju u ġġib magħha opportunità lill-Istat biex jaħrab mill-miżuri anti-dumping billi jgħaddi mingħand l-esportatur bl-inqas dazju, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tluq mir-regola ġenerali fejn dazju ewlieni anti-dumping huwa stabbilit għall-pajjiżi li jagħmlu kummerċ ma' l-Istat għandu jsir biss fejn huwa sodisfatt b'mod komplet li l-effikaċja tal-miżuri ma tkunx imdgħajjfa. Fir-Regolament provviżorju, il-fatti stabbiliti għal Hanny Magnetics (Zuhai) Ltd waqt l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni juru li din il-kumpanija hija ħielsa mill-indħil ta' l-Istat fl-esekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, u t-trattament individwali ġie mogħti. Fid-dawl tal-prinċipju tal-fiduċja leġittima u taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-trattament individwali mogħti lil din il-kumpanija għandu jinżamm. Barra dan, minħabba d-differenza żgħira li nstabet fil-marġini tad-dumping għal dan il-prodott u dak applikabbli għall-prodotti l-oħrajn, ir-riskju li wieħed jaħrab mill-miżuri huwa minimu. Is-sejbiet tal-preambolu 13 imsemmija huma għalhekk miżmuma. (9) Il-Kunsill jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni. E. DUMPING 1. Valur normali (10) Għall-iskop tas-sejbiet definittivi, il-valur normali kien, b'mod ġenerali, stabbilit fuq il-bażi ta' l-istess metodi ta' dawk użati fid-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, wara li ġew ikkunsidrati fatti u argumenti ġodda ppreżentati mill-partijiet. (11) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, produttur mit-Tajwan talab li l-valur normali stabbilit kellu jkun ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ kollu tal-prodott innifsu fis-suq domestiku, inkluż il-bejgħ magħmul b'telf. Hekk kif stabbilit fil-preambolu 18 tar-Regolament provviżorju, il-valur normali fit-Taiwan għal dan il-produttur kien stabbilit skond l-Artikolu 2(3)(a) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88, fuq il-bażi tal-prezz imħallas fir-realtà hekk kif jiġri normalment fil-kummerċ għall-bejgħ domestiku tal-prodott innifsu, li kien magħmul fi kwantitajiet suffiċjenti biex jippermetti paragun kif suppost. Madankollu, instab li l-maġġoranza tal-bejgħ domestiku tiegħu ta' tip ta' prodott wieħed isir b'telf sostanzjali. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha teskludi l-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott mid-deċiżjoni tal-valur normali, li l-prezzijiet tiegħu ma kienux jippermettu rkupru, kif jiġri normalment fil-kummerċ fil-perjodu ta' investigazzjoni, ta' l-ispejjeż kollha allokati b'mod raġonevoli. Fir-rigward tat-tip ta' prodott l-ieħor, il-produttur fil-kwistjoni kien kapaċi juri li l-prezzijiet tiegħu għall-bejgħ ta' dan il-prodott kien profitabbli biżżejjed biex jiġi kkunsidrat f'dak li jiġri normalment fil-kummerċ fil-perjodu ta' investigazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-valur normali għal dan it-tip kien stabbilit b'referenza għal dawn il-prezzijiet. (12) Il-produttur Ċiniż imsemmi fil-preambolu 21 tar-Regolament provviżorju argumenta li l-valur normali stabbilit fuq il-bażi ta' ekonomija ta' suq terz analogu, jiġifieri t-Tajwan, għandu jkun irranġat biex jirrifletti l-istruttura ta' l-ispiża tal-manifattura taċ-Ċina, li hija inqas. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Biex wieħed jagħmel konċessjonijiet għal differenzi allegati fl-istrutturi ta' l-ispejjeż ta' pajjiż li jagħmel kummerċ ma' l-Istat jinvolvi l-bżonn li wieħed joqgħod fuq l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' dak il-pajjiż, partikolarment ix-xogħol, l-ispejjeż ta' utilità u tat-trasport, il-bdil tal-propjetà, u tidħil ieħor, li mhumiex deċiżi mill-forzi tas-suq u għalhekk ma jwasslux għal paragun kif suppost. (13) Il-Kunsill jikkonferna dawn is-sejbiet u dawk stabbiliti fil-premessi 15 sa 23 tar-Regolament provviżorju li jikkonċerna l-valur normali. 2. Prezzijiet ta' l-esportazzjoni (14) Produttur mit-Tajwan talab li, fil-kalkolu tagħha tal-prezzijiet ta' l-esportazzjonai, għal raġunitijiet ta' ekwità, il-Kummissjoni kellha teskludi l-bejgħ ta' l-esportazzjoni lill-produtturi kwerelenti tal-Komunità. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta esklużjoni bħal din, minħabba li l-bejgħ fil-kwistjoni jissodisfa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(8)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 dwar id-deċiżjoni tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Tant hu hekk, mhux talli esklużjoni bħal din mhix ipprovduta fir-Regolament (KEE) Nru 2423/88, iżda talli l-kredibilità ta' dawn il-prezzijiet mhix affettwata, f'dan il-każ, mill-istatus tal-klijent involut. Il-problema rrelatata ma' ħsara li wieħed jagħmel lilu nnifsu hija indirizzata fil-preambolu 28 hawn taħt. (15) Il-Kunsill jikkonferma din il-perspettiva u s-sejbiet dwar il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni stabbiliti fil-premessi 24 sa 28 tar-Regolament provviżorju. 3. Paragun (16) Il-produttur Ċiniż imsemmi fil-preambolu 31 tar-Regolament provviżorju talab li l-bidla fil-valur normali magħmulha għad-differenza f'karatteristiċi fiżiċi tad-disketti mhux ċertifikati mibjugħa għall-esportazzjoni ma jirriflettux il-valur sħiħ ta' dawn id-differenzi. Il-Kummissjoni eżaminat din il-kwistjoni. Hija nnutat li x-xerrej daħal għal ċertu riskju mix-xiri ta' disketti mhux ċertifikati, u b'riżultat ta' dan, trid issir bidla biex tirrifletti d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. Madankollu, dan il-produttur ma kienx kapaċi jipprovdi xiehda ġdida li tissostanzja t-talba addizzjonali. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bidla magħmula b'mod provviżorju tirrifletti b'mod sħiħ id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi stabbiliti. B'konsegwenza ta' dan, it-talba għal bidla addizzjonali ġiet irrifjutata. (17) Xi wħud mill-produtturi Ċiniżi l-oħra u dak il-wieħed mit-Tajwan talbu li, fil-paragun tal-valur normali fis-suq tat-Tajwan mal-prezz ta' l-esportazzjoni, l-ebda bidla ma saret biex tirrifletti d-differenzi fl-ispejjeż tal-bejgħ dirett lill-konsumaturi ta' l-OEM fis-suq ta' l-esportazzjoni u għall-bejgħ lill-konsumaturi li mhumiex ta' l-OEM fis-suq domestiku. Fl-eżaminazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni tal-produttur mit-Tajwan li għamel bejgħ domestiku f'kwantitajiet suffiċjenti biex jagħmel paragun propju, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi differenza bejn l-ispejjeż tal-bejgħ li daħal għalihom u l-profitt milħuq fil-kanali differenti ta' bejgħ. Għalhekk, f'dan il-każ, l-ebda bidla ma setgħet issir f'dan ir-rigward. 4. Marġini tad-dumping (18) Fuq il-bażi tal-bidliet magħmula lill-kalkoli tal-valur normali u tal-prezz ta' l-esportazzjoni, il-marġini definittivi tad- dumping ikkalkulati mill-Kummissjoni, espressi f'persentaġġ tal-valur tas- cif , stabbilit skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1224/80 tat-28 ta' Mejju 1980 dwar il-valutazzjoni tal-merkanzija għal raġunijiet tad-dwana [4] , għal kull kumpanija kkonċernata, huma kif ġej: Il-Ġappun Memorex Telex Japan Ltd | 49,0 % | Hitachi Maxell Ltd | 32,8 % | TDK Ltd | 44,8 % | Sony Ltd | 60,1 % | Tajwan CIS Technology Ltd | 19,8 % | Megamedia Ltd | 32,7 % | Iċ-Ċina Hanny Magnetics (Zuhai) Ltd | 35,6 % | Kumpaniji oħra | 39,4 %. | (19) F'dak li għandu x'jaqsam mal-produtturi li ma jikkoperawx, l-ebda kummenti dwar il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni fil-preambolu 37 tar-Regolament provviżorju ma ġew riċevuti. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill jikkonferma dawn is-sejbiet, u l-marġini tad-dumping għall-produtturi li ma jikkoperawx huwa stabbilit fuq il-livell ta' l-ogħla marġini tad-dumping rispettivi. F. L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (20) Produtturi fil-Ġappun u fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina sfidaw is-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessi 39 sa 47 tar-Regolament provviżorju li l-ħames produtturi kwerelenti irrappreżentaw proporzjon maġġuri tal-produzzjoni tal-Komunità ta' 3,5″ prime; & prime; mikrodiski, u setgħu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala l-industrija tal-Komunità fit-termini ta' l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88. Huma argumentaw b'mod partikolari, li l-ħruġ tal-produtturi fil -Komunità li nstabu li huma rrelatati mal-produtturi fil-pajjiżi soġġetti għall-provvediment, kellhom jiġu inklużi fil-produzzjoni totali tal-Komunità, meta jiġi kkalkulat jekk il-ħruġ tal-ħames produtturi kwerelenti isawwarx proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott fil-kwistjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li hija prassi konsistenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-produzzjoni totali tal-Komunità tista' tiġi kkunsidrata biss li tfisser il-ħruġ ta' dawk il-produtturi tal-Komunità li mhumiex esklużi għar-raġunijiet mogħtija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(5) imsemmi. Il-ħruġ ta' produtturi li huma esklużi mid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità minħabba r-relazzjoni tagħhom ma' l-esportaturi, għandhom għalhekk jiġu esklużi, a fortiori, mill-produzzjoni totali tal-Komunità, meta jkun qiegħed jiġi deċiż jekk l-industrija tal-Komunità għandiex tirrappreżenta proporzjon maġġuri ta' produzzjoni bħal din. Ir-raġuni fundamentali ta' l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 huwa fil-fatt li, għad-deċiżjoni dwar ħsara, huwa m'għandux ikun miftuħ għall-produtturi li jinsabu li huma rrelatati ma' esportaturi biex ifittxu għajnuna minn prassi inġusti tal-kummerċ, minħabba li huma jistgħu, permezz ta' din ir-relazzjoni, jipprattikaw fi, jew jibbenefikaw minn, dumping offensiv. Huwa biss billi wieħed jeskludi produtturi bħal dawn, li l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jiksbu, fejn approprjat, perspettiva ċara u oġġettiva ta' l-effetti ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping. Meta dan mhuwiex il-każ, imbagħad, minbarra l-kontribut għall-ħsara, il-produtturi rrelatati ma' l-esportaturi jew inkella li jibbenefikaw mid-dumping ikunu f'posizzjoni li jżommu lura produtturi kwerelenti tal-Komunità milli jippruvaw, jew anki jwaqqfu attentati bħal dawn, biex ifittxu li jieħdu għajnuna leġittima kontra l-ħsara kkawżata mill-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni, iżżomm is-sejbiet tagħha fil-premessi 39 sa 47, tar-Regolament provviżorju, li produtturi fil-Komunità b'relazzjoni ma' produtturi fil-Ġappun għandhom ikunu esklużi mill-industrija tal-Komunità u li, fuq di il-bażi, il-produzzjoni ta' 3,5″ prime; & prime; mikrodiski mill-produttur kwerelent jirrappreżenta madwar 77 % tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. (21) Il-Kunsill jikkonferma dawn is-sejbiet. G. ĦSARA 1. L-akkumulazzjoni ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping. (22) Xi produtturi Ġappuniżi kkontestaw is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-akkumulazzjoni fil-premessi 50 sa 52 tar-Regolament provviżorju. Madankollu, l-ebda argumenti jew fatti ġodda ma ġew ippreżentati. Il-Kunsill jikkonferma is-sejbiet li diġa ssemmew. 2. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping (23) Produttur Ġappuniż wieħed fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina staqsa l-bażi tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-preambolu 56 tar-Regolament provviżorju li l-prezzijiet ta' 3,5″ Prime; mikrodiski impurtati kienu, f'ħafna każijiet, imnaqqsa b'iktar minn 75 % bejn l-1988 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni għamlet reviżjoni ta' l-informazzjoni disponibbli għaliha dwar it-tendenza tal-prezz ta' l-esportazzjoni sa mill-1988. Il-prezzijiet naqsu b'mod sostanzjali, b'varjazzjoni skond it-tip ta' kumpanija u ta' prodott, bejn 23 u 79 %. Barraminhekk, billi wieħed jipparaguna l-prezzijiet milħuqa fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz jonqos b'medja ta' 13 % għal 3,5″ Prime; mikrodiski mhux immarkati u b'31 % għal 3,5″ Prime; mikrodiski mmarkati, instabu fuq perjodu ta' 12-il xahar. (24) Produttur Ġappuniż talab li fl-istabbiliment tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni kellha tagħti kont tal-fatt li l-bejgħ tagħha lil distributur esklussiv fis-suq Franċiż mis-sussidjarji Ġermaniżi tagħha ma kienx magħmul fuq livell differenti ta' kummerċ tal-bejgħ relevanti ta' l-industrija tal-Komunità. Wara t-talba mill-produttur Ġappuniż ikkonċernat, il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz għal dan il-produttur. Madankollu, dan il-produttur ma ta l-ebda xiehda biex jissostanzja li l-kompiti jew l-attivitajiet tal-produttur fi Franza kienu b'xi mod differenti minn dawk ta' distributuri oħrajn fil-Komunità. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni stabbiliet għal dan il-produttur, prezzijiet għad-distributuri u qabblet dawn ma' prezzijiet għal bejgħ lid-distributuri mill-industrija tal-Komunità. Barraminhekk, prezzijiet għal kategoriji oħrajn ta' konsumaturi kienu wkoll imqabbla fuq l-istess livell. Ir-riżultat tal-paragun irrevedut tal-prezzijiet juri marġini ta' bejgħ taħt il-prezz li għadu fil-limiti msemmija fil-preambolu 55 tar-Regolament provviżorju. (25) Il-Kunsill jikkonferma dawn is-sejbiet, u dawk li jinsabu fil-premessi 55 tar-Regolament provviżorju. 3. Is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità (26) Peress li l-ebda argument jew informazzjoni ġdida ma ġiet imressqa, il-Kunsill jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni hekk kif stabbilit fil-premessi 56 sa 61 tar-Regolament provviżorju dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, u dawk irrelatati mal-ħsara fil-preambolu 62. H. L-IKKAWŻAR (27) Żewġ produtturi Ġappuniżi, fuq il-bażi li s-sehem tas-suq meħud mill-importazzjoni mill-Ġappun waqa' konsideravolment fil-perjodu kkonċernat, ikkontestaw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-preambolu 66 tar-Regolament provviżorju, li l-effetti ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti mlil-provvedimenti, ma biddilx il-fatt li l-importazzjoni kkonċernata li hi l-oġġett ta' dumping mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, meħudha għalihom, ikkawżaw ħsara meterjali lill-industrija tal-Komunità. Għalhekk, dawn il-produtturi talbu li l-effett ta' l-importazzjoni mill-Ġappun m'għandux ikun eżaminat b'mod akkumulattiv ma' dawk ta' pajjiżi kkonċernati oħra. Il-Kummissjoni tfakkar li kienet il-prassi konsistenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, biex teżamina l-effett ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping b'mod ġenerali, ħlief meta l-livell ta' importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiż partikolari huwa negliġibbli jew inkella ma jwassalx għal ħsara. Il-Kummissjoni, fil-preambolu 54 tar-Regolament provviżorju, tistqarr li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' 3,5″ tprime; mikrodiski mill-Ġappun naqsu bejn 1988 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, bi 22 %, is-sehem tas-suq tagħhom baqa' importanti, u kien kważi d-dobbju ta' l-industrija tal-Komunità. Barraminhekk, l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' rim mit-tliet pajjiżi kkonċernati, jekk wieħed iħares lejhom b'mod akkumulattiv, tilħaq sehem mis-suq ta' 33,8 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. Dan flimkien mat-tnaqqis sostanzjali tal-prezz li ġej mill-bejgħ taħt il-prezz minn din l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping, ma setax ma ħalliex effet negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, li ġiet stabbilita reċentament. Għalhekk, il-Kummissjoni iżżomm is-sejbiet tagħha fil-premessi 66 digà msemmija. (28) Żewġ produtturi Ġappuniżi talbu r-rikonoxximent tal-Kummissjoni għall-kapaċità taħt l-użu bħala indikatur ta' ħsara materjali fil-preambolu 57 tar-Regolament provviżorju, meta fl-istess waqt, il-produtturi kwerelenti tal-Komunità li xi kultant kienu qed jimpurtaw kwantitajiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kopruti mill-provvedimenti. B'hekk, l-industrija tal-Komunità tkun qiegħda tagħmel ħsara lilha nnifisa. Hekk kif inhu muri fil-preambolu 43 tar-Regolament provviżorju, l-importazzjoni ta' 3,5″ Prime; mikrodiski mill-produtturi kollha tal-Komunità ħlief għal wieħed, tirrappreżenta biss proporzjon żgħir tal-bejgħ tagħhom fil-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, l-argumenti ppreżentati mill-Ġappuniżi mhumiex appoġġjati bil-fatti. Wieħed għandu jinnota li l-produttur kwerelent li kellu livell sostanzjali ta' importazzjonijiet kellu rata ta' kapaċità ta' użu għolja. Għalhekk, ma teżisti l-ebda kontradizzjoni bejn ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni ta' kappaċità taħt l-użu ġenerali u l-importazzjonijiet ta' 3,5″ Prime; mikrodiski. L-importazzjonijiet kienu konsegwenza tal-fatt li, dovut għall-effetti ta' l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, il-prodotti involuti ma setgħux jiġġeneraw il-fondi ta' investiment li kien hemm bżonn biex tiżviluppa kapaċità ta' produzzjoni suffiċjenti biex tilħaq id-domanda tal-Komunità. F'dak iż-żmien, il-produttur ma kellu ebda għażla raġonevoli oħra ħlief li jiddefendi lilu nnifsu, u għalhekk ma kienx qiegħed jagħmel ħsara lilu nnifsu. (29) Il-Kunsill jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-ikkawżar u l-ħsara li tista' tkun attribwita minn fatturi oħra, u dawk li jinsabu fil-premessi 64 sa 74 tar-Regolament provviżorju. I. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ (30) Zewġ produtturi Ġappuniżi argumentaw li l-imposizzjoni ta' dazji fi żmien ta' skarsezza ta' provvisti fis-suq tal-Komunità, bl-industrija tal-Komunità li mhix kappaċi tilħaq id-domanda, twassal biss għal żieda fil-prezzijiet, għad-detriment ta' duplikaturi u konsumaturi. Fil-preambolu 78 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-produzzjoni mill-industrija tal-Komunità hija attwalment insuffiċjenti biex tilħaq iż-żieda fid-domanda li seħħet dan l-aħħar fis-suq tal-Komunità. L-industrija tal-Komunità, f'risposta xierqa għal dan l-iżvilupp, sa mit-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni, xorta waħda ħadet passi biex iżżid il-kapaċità ta' produzzjoni, u minħabba s-serħan affordjat mid-dazji anti-dumping mill-pressjoni biex wieħed jagħti prezz ikkawżat minn importazzjonijiet innegozzjati b'mod inġust, huma mistennija biex ikomplu jinvestu f'dan is-settur. Barra minn hekk, produtturi ġodda tal-Komunità, f'risposta oħra għas-suq, stabbilew faċilitajiet ta' produzzjoni fil-Komunità. Il-Kummissjoni tikkunsidra bħala essenzali li l-industrija kwerelenta tal-Komunità u dawn il-produtturi indipendenti ġodda jingħataw l-opportunità biex jilħqu, fil-kondizzjonijiet tal-kummerċ ġust li mhuwiex imfixkel mid-dumping, il-livelli ta' profitabbiltà meħtieġa għall-viabilità ekonomika. Il-Kummissjoni żżomm għalhekk is-sejbiet tagħha fl-interess tal-Komunità hekk kif stabbilit fil-premessi 75 sa 80 tar-Regolament provviżorju. (31) Impurtatur wieħed argumenta li l-imposizzjoni ta' dazju definittiv anti-dumping se jżid biss l-ispejjeż lil dawk li jużawh, mingħajr bl-ebda mod ma tkun qed tgħin l-industrija tal-Komunità, minħabba li produtturi u esportaturi li mhumiex soġġetti għad-dazju jieħdu vantaġġ mill-prezzijiet iktar għoljin ikkaġunati biex iżidu s-sehem fis-suq bi prezzijiet taħt dawk li għandha bżonn l-industrija tal-Komunità. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-għan tal-provvediment preżenti huwa biex jindirizza l-problemi li jinħolqu mill-importazzjoni li hi l-oġġett ta' mill-pajjiżi kkonċernati. Mhuwiex l-għan tal-miżuri anti-dumping li jipproteġu l-industrija tal-Komunità mill-operat normali tal-kompetizzjoni ġusta, li f'kondizzjonijiet simili għandu jkun hemm aċċes mhux imfixkel għas-suq. (32) Minħabba li l-ebda argument ieħor ma ġie ppreżentat, il-Kunsill ikkonferna dawn il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi 75 sa 85 tar-Regolament provviżorju. J. ID-DAZJU (33) Fid-deċiżjoni provviżorja, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju għat-tneħħija tal-ħsara fuq il-bażi ta' l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni u ħlas lura ta' 10 % fuq il-bejgħ. Il-kwerelent argumenta li l-użu ta' marġini ta' profitt ta' 10 % huwu insuffiċjenti biex jilħaq il-bżonnijiet ta' l-industrija tal-Komunità għall-investimenti biex tiżdied il-kapaċità ta' produzzjoni, il-marketing neċessarju, u r-riċerka u l-iżvilupp għall-prodotti ġodda, u l-Kummissjoni kellha tuża marġini ta' profitt ta' bejn it-12 u s-16 % tal-valur tal-bejgħ biex tikkalkola ż-żieda fil-prezzijiet neċessarja biex tneħħi l-ħsara. (34) Il-Kummissjoni żżomm l-argumenti tagħha li, dwar l-ispejjeż relevanti fil-perjodu kopert mill-investigazzjonijiet, ma kienx ikun realistiku li wieħed jesporta l-marġini tal-profitt għall-industrija tal-Komunità b'iktar minn 10 % li huma kkunsidrati bħala l-minimu li hemm bżonn biex tiġi assigurata il-viabbiltà ta' dik l-industrija. (35) Produttur Ġappuniż wieħed argumenta li, minħabba l-kalkoli tagħha tad-dazju li hemm bżonn biex titneħħa l-ħsara, il-Kummissjoni attribwiet lill-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati mhux biss dik il-parti tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità minħabba importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, iżda wkoll il-ħsara kkawżata minn fatturi oħra, partikolarment mill-importazzjonijiet li jiġu mill-pajjiżi li mhumiex soġġetti għall-provvediment. Il-Kummissjoni tirrifjuta din l-allegazzjoni. Fl-istima globali tas-sitwazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat il-kawżi potenzali kollha li jwasslu għall-ħsara, li fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ma kienux fil-fatt responsabbli għall-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità. Din l-eżaminizzjoni kopriet, hekk kif muri fil-preambolu 66 tar-Regolament provviżorju, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi li mhumiex inklużu fil-provvediment, u nstab li, anki jekk xi ftit mill-ħsara setgħet ġiet attribwita mill-importazzjonijiet, dan ma biddilx il-fatt li l-ħsara kkawżata mill-importazzjoni li hi l-oġġett ta' mill-pajjiżi soġġetti għall-provvediment kienet materjali, kieku wieħed ħadhom għalihom. Barra minn hekk, fil-linja tal-prassi konsistenti tal-Komunità, il-Kummissjoni ħadet passi biex tneħħi l-ħsara stabbilita billi imponiet dazji li jwasslu biss sal-limiti tal-marġini tar-jew tal-marġini tal-bejgħ bi prezz inqas minn kemm kien jiswa tassew iddeterminati b'mod individwali għall-produtturi li nstabu li huma. Huwa għalhekk ċar li bl-adozzjoni ta' dan l-approċċ, il-Kummissjoni ma tneħħix ħsara iktar minn dik ikkawżata minn kull esportatur bl-importazzjoni li hi l-oġġett ta', u għalhekk ma tattribwix lill-importazzjoni li hi l-oġġett ta' xi element ta' ħsara li setgħet kienet ikkawżata minn fatturi oħra. (36) Id-differenza bejn il-prezzijiet għall-industrija tal-Komunità, stabbiliti skond il-metodi deskritti fil-preambolu 81 tar-Regolament provviżorju, u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' wżati biex jistabbilixxu l-bejgħ taħt il-prezz, kif inhu deskritt fil-preambolu 55 tar-Regolament provviżorju, kif adottat bil-preambolu 27 ta' dan ir-Regolament, imfiehem fuq bażi ta' medja ppeżata u bħala persentaġġ tal-prezz ħieles mill-fruntieri tal-Komunità, stabbilit skond ir-Regolament (KEE) Nru 1224/80, kienu iżjed mill-marġini tar-li nstabu għall-produtturi kollha mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u estendew ruħhom minn 6,1 sa 40,9 % għall-produtturi fil-Ġappun. Għall-produtturi li ma jikkoperawx, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżultat ta' l-investigazzjoni tagħha jifforma l-iktar bażi xierqa għat-twettiq ta' livell ta' dazju, u għalhekk tikkonkludi li l-ogħla livell ta' dazju deċiż għal produttur fl-istess pajjiż għandu japplika għall-produtturi li ma jikkoperawx. (37) Il-Kunsill jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni ta' hawn fuq u d-deċiżjoni tad-dazju li għandu jkun applikat, hekk kif deskritt fil-premessi 81 sa 85 tar-Regolament provviżorju. K. GARANZIJI (38) Xi wħud mill-produtturi għamlu proposti ta' garanziji, u ġew infurmati li l-Kummissjoni f'dan il-każ ma tistax taċċetta garanziji. Fil-fatt, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-grad ta' nuqqas ta' koperazzjoni fil-provvediment, ir-rapidità fit-tibdil teknoloġiku tal-prodott, u l-volatilità tal-prezzijiet, iwasslu biex jagħmlu l-osservanza tal-garanziji diffiċli ħafna biex wieħed jikkontrollaha. Barraminhekk, minħabba l-livell għoli ta' mobilità tal-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-industrija, huwa improbabbli li dan jikkontribwixxi għaż-żamma ta' kompetizzjoni imparzjali fis-suq. (39) Wara dan kollu, il-Kunsill jikkonkludi li miżuri għandhom ikunu imposti fil-forma ta' dazji definittivi anti-dumping. L. IL-ĠBIR TAD-DAZJI PROVVIŻORJI (40) Minħabba l-fatt tal-marġini tar-stabbiliti, il-ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Komunità u s-sitwazzjoni finanzjara prekarja ta' din, il-Kunsill iqis neċessarju li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju anti-dumping għall-kumpaniji kollha għandhom ikunu miġbura b'mod definittiv. Meta d-dazju provviżorju jaqbeż ir-rata tad-dazju definittiv impost, l-ammont miġbur m'għandux jaqbeż dak tad-dazju definittiv anti-dumping, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv anti-dumping huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' 3,5″ Prime; mikrodiski użati biex jirreġistraw u jaħżnu informazzjoni diġitali tal-kompjuter f'forma ta' kodiċi li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM eż 85232090 (kodiċi Tarik 85232090*10 u li toriġina mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles mill-fruntieri tal-Komunità, li mhix mgħoddija mid-dwana, għandha tkun kif ġej: (a) 40,9 % fuq il-prodotti speċifikati fl-ewwel paragrafu li joriġinaw mill-Ġappun (Kodiċi Tarik addizzjonali: 8708 ), bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet iffabbrikati u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità mill-kumpaniji li ġejjin, li għandhom ikunu soġġetti għar-rati tad-dazju imsemmija hawn taħt: –Memorex Telex Japan Ltd:(Kodiċi Tarik addizzjonali: 8705), | 6,1 % | –Hitachi-Maxell:(Kodiċi Tarik addizzjonali: 8706), | 20,6 % | –TDK:(Kodiċi Tarik addizzjonali: 8707); | 26,7 % | (b) 32,7 % fuq il-prodotti speċifikati fl-ewwel paragrafu li joriġinaw mit-Tajwan (Kodiċi Tarik addizzjonali: 8710 ), bl-eċċezzjoni ta' l-importazzjonijiet iffabbrikati u mibjugħa lill-Komunità mill-kumpaniji li ġejjin, li għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju msemmija hawn taħt: –CIS Technology:(Kodiċi Tarik addizzjonali: 8709); | 19,8 % | (ċ) 39,4 % fuq il-prodotti speċifikati fl-ewwel paragrafu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Kodiċi Tarik addizzjonali: 8712 ), bl-eċċezzjoni ta' l-importazzjonijiet iffabbrikati u mibjugħa għall-esportazzjoni mill-kumpaniji li ġejjin, li jridu jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju msemmija hawn taħt: –Hanny: Magnetics:(Kodiċi Tarik addizzjonali: 8711); | 35,6 % | 3. Id-disposizzjonijiet fil-forza li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom jgħoddu għad-dmir imsemmi. Artikolu 2 1. L-ammonti assigurati permett tad-dazju anti-dumping taħt ir-Regolament (KEE) Nru 920/93 fil-każ ta' 3,5″ Prime; mikrodiski għandhom jiġu miġbura b'mod definittiv. Meta d-dazju provviżorju jaqbeż ir-rata definittiva tad-dazju imposta, l-ammont miġbur m' għandux jaqbeż dak tad-dazju definittiv. 2. L-ammonti assigurati li huma iktar mir-rata definittiva tad-dazju għandhom jiġu meħlusa. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament l-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ottubru 1993. F'isem il-Kunsill Il-President A. Bourgeois [1] ĠU L 209, tat-2.2.1988, p. 1. [2] ĠU L 95, tal-21.4.1993, p. 5. [3] ĠU L 196, tal-5.8.1993, p. 47 [4] ĠU L 134, tal-31.5.1980, p. 1. --------------------------------------------------