31993R2826



Official Journal L 258 , 16/10/1993 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2826/93

tal-15 ta’ Ottubru 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi regoli dettaljti għall-provvista ta’ l-ikel mill-ħażna tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta’ l-ikel mill-ħażna ta’ l-intervent, lill-organizazzjonijiet sabiex dawn iqassmuha lill-persuni l-aktar imċaħda fil-Kommunità [1] u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unita ta’ kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu wżati għall-finijiet tal-istrateġija agrikola komuni [2], u partikolarment l-Artikolu 6, (2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 3149/92 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3550/92 [4], jistabbilixxi r-regoli dettaljati tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3813/92 jipprovdi għall-użu tar-rata tal-kambju agrikolu sabiex jesprimi f’munita nazzjonali l-prezzijiet tal-biedja u l-ammonti ffissati f’ ecu; billi, minħabba limiti finanzjarji stabbiliti dwar l-implementazzjoni tal-pjan annwali għall-provvista li huwa bbażat fuq ir-rata tal-kambju ta’ l-1 ta’ Ottubru, r-rata tal-kambju agrikolu li tapplika għal dik id-data għandha sabiex tħares ir-riżorsi allokati lil kull Stat Membru., tintuża sabiex ikun iddeterminat il-volum tal-prodotti disponibbli minħabba intervent u sabiex tikkonverti l-ispejjes dwar il-provvista taħt l-iskema f’dan il-każ;

Billi, fid-dawl tal-esperjenza u sabiex tkun asigurata utilizzazzjoni mtejba tar-riżorsi disponibbli, għandu jkun speċifikat li fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu l-ispejjes tat-trasport joħolqu l-ħtieġa ta’ pagamenti fil-għamla ta’ prodotti;

Billi, għall-iskopijiet ta’ amministrazzjoni soda tas-sistema, għandha ssir dispożizzjoni sabiex meta l-prodotti ma jkunux disponibbli fl-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa, għandha tkun organizzata sejħa għall-offerti sabiex jiġu determinati l-aħjar kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandha ssir il-provvista, u partikolarment it-trasport intra-Komunitarju, jkun jista jseħħ; billi f’każi bħal dan hemm ukoll il-ħtieġa li f’każi bħal dawn tkun tista sseġġ il-mobilizzazzjoni tal-prodotti likalizzati fi Stati Membri differenti mingħajr ma jl-ewwel ikunu operati t-trasferimenti bejn il-ħażniet ta’ l-intervent lokalizzati fi Stati Membri differenti

Billi, fl-aħħarnett, huwa meħtieġ li jkun speċifikat, minn naħa l-waħda, li l-obbligi tal-persuni nkarigati sabiex jipprovdu l-prodotti u, minn naħa l-oħra, f’dak li jirrigwardja t-tqegħid u r-rilaxx tal-garanziji, it-termini applikabbli għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri rigward l-implementazzjoni tal-pjan annwali;

Billi għandha ssir dispożizzjoni sabiex dan ir-Regolament ikun japplika fil-bidu tal-perjodu ta’ l-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ distribuzzjoni; jiġifieri l-1 ta’ Ottubru tal-1993;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kollha relevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 huwa mibdul kif ġej:

1. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda mal-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2):

"is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika n-natura u l-karatteristiċi tal-prodott li għandu jiġi pprovdut."

2. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet sabiex il-provvista tkun tinkludi appart mit-trasport tal-prodotti lejn l-imħażen tal-organizazzjonijiet tal-karità u, meta xieraq, id-distribuzzjoni tagħhom lil min jirċevihom. B’danakollu, f’dawn il-każi it-trasport għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni speċifika fis-sejħa għall-offerti msemmija fil-paragrafu 2 u għandu jifforma parti separata mill-offerta ta’ l-appaltatur li tinvolvi pagamenti f’kontanti. Barra minn hekk, l-ispejjeż tat-trasport, ma jistgħux ikunu soġġetti għall-pagament fil-għamla ta’ prodotti."

3. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"Il-kambju f’munita nazzjonali tal-valur tal-kontabbilità tal-prodotti magħmula disponibbli mill-intervent għandha ssir permezz tar-rata tal-kambju agrikolu applikabbli fl-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ l-implementazzjoni tal-pjan."

4. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Meta l-Artikolu 4(3) jkun applikat, l-Istati Membri għandhom jiksbu ir-rifużjoni tal-ispejjeż tat-trasport fuq il-bażi tar-rati ffisati fl-Anness II."

5. L-Artikolu 6(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. L-ispejjeż referuti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu rifonduti lill-Istati Membri fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan f’kull Stat Membru.

L-ispejjeż referuti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux ikunu soġġett għal pagament fil-forma ta’ prodotti."

6. L-Artikolu 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 7

1. Meta l-prodotti inklużi fil-pjan ma humiex disponibbli mill-intervent fl-Istat Membru fejn dawn huma meħtieġa, l-Istat Membru f’dak il-każ għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex huwa jieħu kontroll tal-ħażniet disponibbli għand l-aġenzjija tal-provvista ta’ l-intervent. Din l-applikazzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettieq ta’ l-operazzjoni ta’ provvista, inkluża l-informazzjoni dwar il-prodotti, fil-lokalità ta’ fejn jinstabu l-ħażniet u l-kwantitajiet involuti. Il-Kummissjoni ma tistgħax tiċħad l-operazzjoni jew titlob emendi.

L-Istat Membru li jagħmel it-talba u li għandu jirċievi l-prodotti għandu joħroġ jew ikun ħareġ sejħa għall-offerti sabiex jara liema huma l-kondizzjonijiet l-anqas li jqumu. Mill-anqas tlett appaltaturi għandhom jagħmlu l-offerti. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Kommunità għandhom ikunu suġġetti għal offerta li tinkludi l-pagament f’kontanti u ma jistgħux ikunu soġġetti għall-ħlas permezz ta’ prodotti.

2. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Kommunità għandhom jitħallsu mill-Kommunita u jkunu rifonduti lill-Istat Membru fuq il-bażi tar-rati stabbiliti fl-Anness II. L-applikazzjoni għar-rifużjonijiet għandha tinkludi d-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa, partikolarment dawk li jikkonċernaw it-trasport u d-distanzi koperti. L-ispiża għandha tkun ikkumpensata b’bilanċ mill-approprjazzjonijiet referuti fl-Artikolu 2(3)(c). Meta l-approprjazzjonijiet ikunu ġew kollha allokati, kull finanzjament addizzjonali sabiex ikopri l-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Komunita għandu jiġi provdut skond l-Artikolu 6(4).

3. Is-sejħa għall-offerti għandha ssemmi l-possibiltà li l-operatur jagħmel offerta sabiex ipoġġi fis-suq tal-Komunità il-prodotti tal-biedja jew tal-ikel li għandhom jiġu pprovduti u sabiex jieħu taħt idejh prodotti minn għand l-aġenzija ta’ l-intervent, mingħajr trasferiment lill-Istat Membru applikant.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda spejjeż għall-trasport ġewwa l-Kommunità m’ għandhom jitħallsu lill-persuna li tingħata l-kuntratt tal-provvista.

L-Istat Membru li jagħmel l-applikazzjoni għandu jipprovdi lill-Istat Membru li jipprovdi l-prodotti bl-isem tal-persuna li tkun ġiet inkarigata sabiex tforni l-prodotti.

4. Qabel ma l-prodotti jkunu mneħħija, il-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni l-prodotti għandu jippreżenta garanzija egwali għall-prezz ta’ l-intervent applikabbli għax-xiri fil-jum stabbilit sabiex jittieħdu l-prodotti, flimkien ma 10 %.

Il-garanzija għandha tkun ippreżentata skond it-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [5].

Għall-iskopijiet tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament, il-ħtieġa ewlenija għandha tkun it-twettiq ta’ l-operazzjoni ta’ provvista fl-Isat Membru tad-destinazzjoni.

Il-preżentazzjoni tad-dokument li juri li l-prodotti jkunu ttieħdu u maħruġ mill-aġenzija ta’ l-intervent tad-destinazzjoni hija prova tal-forniment tal-prodotti.

5. Fil-każ ta’ trasferiment, l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-forniment l-isem tal-persuna nkarigata sabiex twettaq din l-operazzjoni.

L-awtorità responsabbli għandha tara li l-prodotti jkunu ġew assigurati kif xieraq.

Dikjarazzjonijiet li l-prodotti jkunu ntbagħatu mill-aġenzija ta’ l-intervent għandhom jinkludu waħda mill-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- Transferencia de productos de intervención - aplicación del apartado 5 del art culo 7 del Reglamento (CEE) no 3149/92.

- Overførsel af interventionsprodukter - Anvendelse af artikel 7, stk. 5, i forordning (EØF) nr. 3149/92.

- Transfer von Interventionserzeugnissen - Anwendung von Artikel 7 Absatz 5 der Verordnung (EWG) Nr. 3149/92.

- Μεταφορά προϊόντων παρεμδάσεως - εφαρμογή του άρζρου 7 παράγραφος 5 του κανονισμού (EOK) αρζ. 3149/92,

- Transfer of intervention products - Application of Article 7 (5) of Regulation (EEC) No 3149/92.

- Transfert de produits d’interpretazzjoni - Application de l’L-Artikolu 7 paragraphe 5 du règlement (CEE) no 3149/92.

- Trasferimento di prodotti di intervento - Applicazione dell’L-Artikolu 7, paragrafo 5 del regolamento (CEE) n. 3149/92.

- Overdracht van interventieprodukten - toepassing van artikel 7, lid 5, van Verordening (EEG) nr. 3149/92.

- Transferência de produtos de intervenção - aplicação do no 5 do artigo 7o do Regulamento (CEE) no 3149/92.

6. Il-kalkolazzjoni ta’ xi telf għandha tkun imdaħħala fil-kotba tal-kontijiet skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3597/90 [**] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 43.."

7. L-Artikolu 8 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 8

L-ammonti stabbiliti fl-Artikoli 6(1) u 7 (2) għandhom ikunu kkonvertiti f’munita nazzjonali permezz tar-rata tal-kambu agrikolu ta’ l-ta’ Ottubru tas-sena li fiha jitwettaq il-pjan."

8. L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

"L- Artikolu 8o

It-talbiet għall-ħlas għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru matul l-erba’ xhur li jsegwu t-twettieq ta’ l-operazzjoni f’dan il-każ. Tnaqqis ta’ 20 % għandu jseħħ fil-każ ta’ talbiet ippreżentati wara ż-żmien, apparti milli fil-każ ta’ force majeure. It-talbiet li jsiru aktar minn għaxar xhur wara t-twettieq ta’ l-operazzjoni m'għandhomx ikunu aċċettati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-pagament fi żmien xaħarejn wara li jirċievu t-talba għall-pagament."

9. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda fit-tmien tat-tielet inċiż tal-Artikolu 9:

"Il-verifiki mwettqa fuq il-post ta’ l-organizazzjonijiet imsemmija għandhom jagħtu każ ta’ lanqas ta’ 5 % tan-nefqa magħmula permezz tal-pjan annwali."

10. L-Artikolu 10 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 10

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implementazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom matul is-sena preċedenti.Ir-rapport ta’ progress għandu jinkludi:

- l-ammonti tal-prodotti varji meħuda mill-ħażna ta’ l-intervent,

- it-tip, il-kwantità u l-valur tal-prodott mqassam lir-reċipjenti, jispeċifika separatament il-prodotti mhux ipproċessati, il-prodotti pproċessati, u l-prodotti akwistati bħala sostituzzjoni flimkien mal-koeffiċjenti ta' l-ipproċessar,

- l-ispejjeż tat-trasport u tat-trasferiment,

- l-ispejjeż amministrattivi,

- in-numru ta’ reċipjenti matul sena.

Ir-rapport għandu jispeċifika l-miżuri tal-verifika li jkunu ttieħdu sabiex ikun assigurat li l-prodotti jkunu kisbu l-għanijiet intiżi tagħhom. Dan ir-rapport għandu jsemmi t-tip u n-numru ta’ verifiki li jsiru fuq il-fond tal-benefiċjarji finali tal-pjan."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-15 ta’ Ottubru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 352, tal-15.12.1987, p. 1.

[2] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[3] ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 50.

[4] ĠU L 361, ta’ l-10.12.1992, p. 19.

[5] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

--------------------------------------------------