31993R2825



Official Journal L 258 , 16/10/1993 P. 0006 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0024
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93

tal-15 ta’ Ottubru 1993

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 f’dak li jirrigwardja l-iffissar u l-għotjiet ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward taċ-ċereali esportati taħt forma ta’ ċerti spirti tax-xorb

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2193/93 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3183/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar il-valuta monetarja u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għall-iskopijiet tal-istrateġija agrikola komun [3], u b’mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jipprovdi li, sakemm hu meħtieġ li jittieħed akkont tal-fatturi partikulari tal-produzzjoni ta’ xi spirti għax-xorb miksuba miċ-ċereali, il-kriterji għall-għotja ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jistgħu jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni partikulari; billi kien jidher meħtieġ li jkun hemm għal aġġustament bħal dan għal xi spirti għax-xorb meta, minn naħa l-waħda, l-prezz taċ-ċereali fil-mument ta’ l-esportazzjoni mhux marbut mal-prezz taċ-ċereali fil-waqt tal-produzzjoni u, minn naħa l-oħra, l-prodott finali huwa akwistat minn taħlita ta’ numru ta’ prodotti, li għalhekk jagħmlu mpossibli li l-identità taċ-ċereali inkorporati fil-prodott finali għall-esportazzjoni jiġu ssorveljati, iktar u iktar la dawk l-ispirti għax-xorb huma wkoll soġġetti għal maturità obligatorja ta’ mill-inqas tlett snin;

Billi diffikultajiet ta’ din ix-xorta instabu b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam il-Scotch whisky u l-whisky Spanjol;

Billi s-sistema ta’ rifużjoni tas-soltu, għandha kemm jista’ jkun possibbli, tkun applikata fuq bażi simili; billi r-rifużjoni għandha għalhekk titħallas għaċ-ċereali li jilħqu l-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat, wżati pro rata fejn jidħlu l-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb esportati; billi, b’dan il-għan, il-kwantitajiet ta’ ċereali distillati bħal dawn għandhom jiġu mmultipplikati b’ċifra ta’ rata dritta globali ikkalkolata fuq il-bażi ta’ l-istatistiċi nazzjonali fornuti mill-Istati Membri kkonċernati; billi l-użu tar-relattività bejn il-kwantitajiet totali ta’ spirti għax-xorb ikkonċernati li ġew esportati u l-kwantitajiet totali li ġew mibjugħa jidher li jifilaħ bażi ġusta u sempliċi; billi huwa meħtieġ li jkuni definit x’inhu mfisser minn ‘kwantitajiet totali esportati’ u ‘kwantitajiet totali mibjugħa’; billi għall-iskop tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ ċereali distillati u l-koeffiċjent, il-kwantitajiet soġġetti għall-arranġamenti tal-ipproċessar il-ġewwa għandhom jiġu eżklużi;

Billi huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-koeffiċjent li għandhu jkun aġġustat b’mod partikolari biex iħares kontra l-possibiltà li l-ħlasijiet tar-rifużjonijiet jistgħu iservu biex iżidu l-ħażniet b’mod mhux normali;

Billi l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jipprovdi għall-possibiltà ta’ differenzazzjoni tar-rifużjonijiet skond id-destinazzjoni; billi, għalhekk, għandhom ikunu pprovduti kriterji oġġettivi li jwasslu għat-tneħħija tar-rifużjoni għal ċerti destinazzjonijiet;

Billi l-jum tad-determinazzjoni tar-rata tar-rifużjoni applikabbli għandu jkun iffissata; billi dak il-jum għandu jkun marbut fl-ewwel istanza maż-żmien li fih iċ-ċereali huma mqiegħda taħt kontroll u, mal-kwantitajiet sussegwentament distillati, ma’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni; billi qabel ma r-rifużjoni tkun imħallsa għandha tkun fornita prova taħt forma ta’ dikjarazzjoni tad-distillazzjoni li ċ-ċereali ġew distillati; billi dikjarazzjoni bħal din għandha jkollha l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkulazzjoni tar-rifużjonijiet; billi l-ewwel jum ta’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni jista’ jkun ukoll il-ġrajja operattiva għar-rata tal-kambju agrikolu permezz ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92;

Billi huwa meħtieġ għal-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament li jkun irreġistrat li l-prodotti jkunu ħallew il-Komunità u f’xi każijiet li tkun identifikata id-destinazzjoni tagħhom ukoll; billi hu għalhekk meħtieġ li tkun implimentata d-definizzjoni ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] u li tintuża l-evidenza li hemm provvediment dwarha fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1708/93 [6];

Billi, sabiex ikun stabbilit il-koeffiċjent, għandu jkun obligatorju li tkun fornuta prova tal-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb li ġew esportati; billi huwa xieraq li jkun hemm provvediment li l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76 tal-25 ta’ Marzu 1976 dwar it-trattament doganali applikabbli għall-merkanzija miġjuba lura lit-territorju doganali tal-Komunità [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1147/86 [8], għandu jkun japplika għall-merkanzija li tkun miġjuba lura fit-territorju tal-Komunità jekk il-kundizzjonijiet speċjali huma milħuqa;

Billi l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni;

Billi, sabiex tkun garantita l-kontinwità fis-sistema ta’ għoti tar-rifiżjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati, dan ir-Regolament għandu jkun japplika mill-1 ta’ Lulju 1993, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li għandhom x’jaqsmu mad-dikjarazzjonijiet u l-kontrolli u ċerti rati u koeffiċjenti introdotti b’dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iffissar u l-għotjiet tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċereali esportati taħt forma ta’ spirti għax-xorb kif referuti fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u li għalih perjodu ta’ maturita obligatorju ta’ mill-inqas tlett snin huwa parti mill-proċess tal-manifattura.

2. Apparti milli kif ipprovdut xort’oħra fl-Artikolu 6(1) ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 30 35/80 [9] m’għandux japplika għall-ispirti għax-xorb referuti fil-paragrafu 1.

L- Artikolu 2

Ir-rifużjonijiet referuti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu mogħtija għaċ-ċereali li jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat u wżati fil-produzzjoni tas-spirti għax-xorb li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2208 30 91 u 2208 30 99 manifatturati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 [10].

L- Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) ‘perjodu mogħti tad-distillazzjoni’ ifisser perjodu li jikkorrispondi ma’ perjodu tad-distillazzjoni miftiehem bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn għall-iskopijiet ta’ verifiki fuq id-dazju tas-sisa (perjodu fiskali);

(b) ‘il-kwantitajiet totali esportati’ jfisser il-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb li jwettqu t-termini ta’ l-Artikolu 9(2) tat-Trattat u esportati għal destinazzjoni li għaliha r-rifużjobi hija applikabli. L-evidenza li għandha tkun fornuta trid tkun dik speċifikata fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) ‘il-kwantitajiet totali mibjugħa’ jfisser il-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb li jwettqu t-termini ta’ l-Artikolu 9(2) tat-Trattat li finalment ikunu ġew mibgħuta mill-faċilitajiet tal-produzzjoni jew tal-ħażna bl-għan tal-bejgħ tagħhom għall-konsum uman;

(d) ‘mqiegħda taħt kontroll’ ifisser it-tqegħid taħt proċedura ta’ kontroll doganali, jew taħt proċedura amministrattiva li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti, ta’ ċereali imntiżi għall-manifattura ta’ l-ispirti għax-xorb referuti fl-Artikolu 2.

L- Artikolu 4

1. Il-kwantitajiet ta’ ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet mqiegħda taħt kontroll u distillati minn dawk intitulati għar-rifużjoni matul perjodu partikolari tad-distillazzjoni, meqjusa minn koeffiċjent li għandu jkun iffissata kull sena għal kull Stat Membru kkonċernat u applikabbli għall-partitijiet eliġibbli kollha kkonċernati; il-koeffiċjent għandhu jesprimi l-medja tar-relattività bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mibjugħa ta’ l-ispirti għax-xorb ikkonċernati, fuq il-bażi tat-tendenza nnutata f’dawk il-kwantitajiet matul in-numru ta’ snin li jikkorrispondi mal-perjodu medju ta’ maturazzjoni tal-ispirtu għax-xorb f’dak il-każ.

Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet taċ-ċereali u tal-koeffiċjent, il-kwantitajiet li kienu ġew soġġetti għall-arranġamenti ta’ proċess il-ġewwa għandhom jiġu esklużi.

2. Meta l-koeffiċjent ikun ikkalkulat, għandu wkoll jittieħed akkont tal-varjazzjonijiet fil-ħażniet ta’ wieħed mill-ispirti għax-xorb f’dak il-każ.

3. Il-koeffiċjent jista’ jvarja skond iċ-ċereali użati.

4. Il-korpi kompetenti għandhom f’intervalli regulari jivverifikaw il-volum attwalment esportat u l-volum tal-ħażniet.

L- Artikolu 5

Il-koeffiċjent referut fl-Artikolu 4(1) għandu jkun iffissat qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Il-koeffiċjent għandu jkun iffissat skond l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri fil-perjodu l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-snin li jippreċedu s-sena tal-iffissar.

L- Artikolu 6

1. Ir-rata tar-rifużjoni applikabbli għandha tkun dik iffissata skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3035/80.

2. Ir-rata tar-rifużjoni u r-rata tal-kambju agrikolu għandhom ikunu dawk applikabbli fil-ġurnata li fiha ċ-ċereali huma mqiegħda taħt il-kontroll.

B’danakollu, fejn għandhom x’jaqsmu l-kwantitajiet distillati f’kull wieħed mill-perjodi fiskali tad-distillazzjoni wara dik li fihom it-tqiegħid taħt kontroll iseħħ, dawk ir-rati għandhom ikunu dawk validi fl-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni kkonċernat.

L- Artikolu 7

1. Meta s-sitwazzjoni fis-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta’ xi swieq jiddettaw hekk, ir-rifużjoni għandha tkun abolita għal ċerti destinazzjonijiet.

2. Jekk ir-rifużjoni tkun abolita skond l-ewwel paragrafu, jew jekk tkun introdotta mill-ġdid, il-koeffiċjent referut fl-Artikolu 4(1) għandu jkun imnaqqas jew miżjuda, kif xieraq, fi proporzjon mar-relattività bejn il-kwantitajiet esportati fis-sena preċedenti għad-destinazzjonijiet li għalihom ir-rifużjoni tkun abolita jew introdott mill-ġdid u l-kwantitajiet totali esportati f’dik is-sena.

L- Artikolu 8

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċereali jistgħu jiġu mibdula bil-maltu.

F’dak il-każ il-koeffiċjent għall-kalkolazzjoni tax-xgħir ta’ l-ekwivalent tal-maltu għandu jkun 1,30.

B’danakollu, meta l-maltu ikun imqiegħed taħt kontroll huwa maltu aħdar b’kontenut niedi ta’ bejn 43 u 47 %, il-koefiċjent għall-kalkolazzjoni tal-piż ekwivalenti għal-maltu b’kontenut niedi ta’ 7 % għandu jkun 0, 57.

L- Artikolu 9

1. Distillaturi stabbiliti fil-Komunità biss għandhom ikunu intitolati għar-rifużjoni.

2. Id-distillatur għandu jikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti qabel il-bidu ta’ kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni dikjarazzjoni li tinkludi d-dettalji kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tar-rifużjoni, b’mod partikulari:

(a) deskrizzjoni taċ-ċereali jew tal-maltu skond in-nomenklatura komuni tat-tariffa doganali, meta meħtieġ imqassma skond il-lott omoġenju;

(b) il-piż nett tal-prodotti u l-kontenut niedi, mqassma għal kull lot elenkat taħt (a);

(ċ) konferma li ċ-ċereali jwettqu l-kundizzjoijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat;

(d) il-post tal-ħażna u tad-distillazjoni.

Matul il-perjodu fiskali tad-distillazzjoni id-dikjarazzjoni tista’ tkun aġġornata waqt li l-proċess tad-distillazjoni jkompli sabiex jittieħed akkont tal-kwantitajiet akbar jew iżgħar li attwalment qed jiġu distillati.

3. Wara kull perjodu fiskali tad-distillazzjoni, id-distillatur għandu jippreżenta ma’ l-awtoritajiet kompetenti dikjarazzjoni, minn hawn ‘l hemm imsejħa ‘dikjarazzjoni tad-distillazzjoni’, li fiha jikkonferma li hu jkun iddistilla, matul il-perjodu tad-distillazzjoni kkonċernat, iċ-ċereali stabbiliti fid-dikjarazzjoni referuta fil-paragrafu 2, sabiex jipproduċu wieħed mill-ispirti għax-xorb f’dak il-każ; għandu jindika l-kwantità ta’ prodotti distillati miksuba. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iċċertifikata mill-awtoritajiet fit-twettiq tat-tqegħid taħt il-kontroll.

4. Ir-rifużjoni għandha tkun imħallasa ladarba l-prova tkun ġiet fornuta li ċ-ċereali ikunu ġew mqiegħda taħt kontroll u distillati.

5. Il-piż taċ-ċereali li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-kalkulazzjoni tal-pagament għandu jkun il-piż nett, jekk il-kontenut niedi mhuwiex aktar minn 15 %. Jekk il-kontenut niedi taċ-ċereali wżati huwa iktar minn 15 % imma mhux aktar minn 16 %, il-piż li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għandu jkun il-piż nett imnaqqas bi 1 %. Jekk il-kontenut niedi taċ-ċereali wżati huwa aktar minn 16 % imma mhux aktar minn 17 %, it-tnaqqis għandu jkun ta’ 2 %. Jekk il-kontenut niedi taċ-ċereali wżati huwa aktar minn 17 % it-tnaqqis għandu jkun żewġ punti ta’ persentaġġ għal kull punt ta’ persentaġġ ta’ umidità ‘l fuq minn 15 %.

Il-piż tal-maltu apparti milli maltu aħdar, kif referut fl-Artikolu 8, li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-kalkulazzjoni tal-pagament għandu jkun il-piż nett, jekk l-umidità ma tkunx aktar minn 7 %. Jekk l-umidità tal-kontenut tal-maltu wżat hijaa aktar minn 7 % imma mhux aktar minn 8 %, il-piż li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għandu jkun il-piż nett imnaqqas b’ 1 %. Jekk l-umidità tal-kontenut tal-maltu wżat hija aktar minn 8 % it-tnaqqis għandu jkun żewġ punti ta’ persentaġġ għal kull punt ta’ persentaġġ ta’ umidità ‘l fuq minn 7 %.

Il-metodu ta’ referenza tal-Komunità għad-determinazzjoni tal-kontenut umdu taċ-ċereali u l-maltu għall-produzzjoni ta’ l-ispirti għax-xorb referuti f’dan ir-Regolament għandha tkun dik murija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni 1908/84 [11].

L- Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet referuti fl-Artikolu 9 u dawk li jirrigwardjaw il-kontroll fiżiku taċ-ċereali, il-proċess tad-distillazzjoni u l-użu tal-prodott distillat miksub.

L- Artikolu 11

1. Il-prodotti sekondarji tal-ipproċessar għandhom ikunu eżenti mill-kontroll jekk ikun ġie stabbilit li ma jeċċedux il-kwantità ta’ prodotti sekondarji normalment miksuba.

2. L-ebda rifużjoni m’għandha tkun mogħtija meta ċ-ċereali jew il-maltu m’humiex ta’ kwalità sħiħa u ġusta għall-bejgħ.

L- Artikolu 12

1. Ir-rifużjoni għandha tkun imħallsa mill-Istat Membru li fih id-dikjarazzjonijiet referuti fl-Artikolu 9 huma aċċettati.

2. Ir-rifużjoni għandha tkun imħallsa biss mal-applikazzjoni bil-miktub min-neguzjant. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu formola speċjali li għandha tkun wżata għal dan l-iskop.

3. Ħlief fil-każi ta’ force majeure id-dokumenti meħtieġa għall-għotja ta’ rifużjoni għandhom ikunu ppreżentati fi żmien 12 -il xahar mill-ġurnata li fiha l-awtoritajiet li jwettqu t-tqegħid taħt il-kontroll ikunu aċċettaw id-dikjarazzjoni tad-distillazzjoni, inkella l-intitulament għar-rifużjoni għandu jkun mitluf.

L- Artikolu 13

1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 4, għandha tkun mogħtija prova li l-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb li jwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat ikunu ġew esportati.

2. Il-prova applikabbli għandha tkun dik li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘esportazzjoni’ tfisser:

- l-esportazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikoli 161 u 162 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92,

u

- l-konsenji għad-destinazzjonijiet koperti bl-Artikolu 34 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

4. Il-Prodotti mqiegħda f’ maħżen tal-provvediment ta’ l-ikel li huma approvati skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala li ġew esportati. Meta l-prodotti ikunu ġew imqiegħda fi mħażen bħal dawn, l-Artikoli 38 sa 41 tar-Regolament imsemmi hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L- Artikolu 14

1. L-Ispirti għax-Xorb għandhom ikunu meqjusa li ġew esportati fil-ġurnata li fiha l-formalitajiet doganali ta’ l-esportazzjoni ikunu ġew imwettqa.

2. Id-dikjarazzjoni ippreżentata meta l-formalitajiet doganali ta’ l-esportazzjoni huma mwettqa għandha jkun fiha:

(a) deskrizzjoni ta’ l-ispirti għax-xorb ikkonċernati, skond in-nomenklatura magħquda;

(b) il-kwantitjiet espressi f’ litri ta’ alkohol pur, tal-ispirti għax-xorb li qed jiġu esportati;

(ċ) deskrizzjoni ta’, jew referenza oħra għall-kompożizzjoni ta’ l-ispirti għax-xorb b’tali mod li t-tip ta’ ċereali wżati jistgħu jiġu determinati;

(d) l-Istat Membru ta’ produzzjoni.

3. Għall-iskopijiet ta’ paragrafu 2 (c), jekk l-ispirtu għax-xorb huwa miksub minn tipi differenti ta’ ċereali u huwa r-riżultat ta’ taħlit għandu jkun biżżejjed li dan jiġi mistqarr fid-dikjarazzjoni.

L- Artikolu 15

1. Għall-kwantità ta’ spirtu għax-xorb biex jiġi meqjus li ġie esportat, il-prova referuta fl-Artikolu 13 għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet innominati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-formalitajiet doganali ta’ l-esportazzjoni huma mwettqa.

2. Jekk ma tkunx ġiet fornuta prova fil-limitu taż-żmien preskritt avolja l-aħjar sforzi ta’ l-esportatur biex jiksibha f’dak il-limitu ta’ żmien, estenzjonijiet ma’ dak il-limitu ta’ żmien, li ma jeċċedux is-sitt xhur b’kollox, jistgħu jiġu mogħtija.

B’danakollu, jekk prova ta’ l-esportazzjoni hija fornuta barra l-limitu taż-żmien li kien jippermetti l-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni li tiġi nkluża ma’ l-esportazzjonijiet imwettqa matul l-istess sena, l-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni f’dan il-każ għandha tkun aggregata ma’ l-esportazzjonijiet imwettqa matul is-sena ta’ wara.

L- Artikolu 16

1. Meta l-proċedura ta’ transitu fil-Komunità tapplika, ix-xorb referut fl-Artikolu 13(1) għandu jkun imqiegħed taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità.

2. Għall-iskopijiet tar-Regolament (KEE) Nru 754/76, l-ispirti għax-xorb referuti fl-Artikolu 13(1) għandhom ikunu meqjusa merkanzija li għaliha il-formalitajiet doganali meħtieġa ta’ l-esportazzjoni għall-għoti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ikunu ġew imwettqa. Xorb bħal dan ma jistax jitqiegħed f’ċirkulazzjoni ħielsa sakemm l-ammont li jikkorrispondi mar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni mħallsa ikun reimburżat.

L- Artikolu 17

Meta l-Artikolu 7 japplika, għandha wkoll tiġi mogħtija prova li l-ispirti għax-xorb ikkonċernati ikunu laħqu d-destinazzjoni li għalihom ir-rifużjoni tkun ġie iffissata.

F’dak il-każ, il-prova ta’ l-importazzjoni f’pajjiż terz li għalih japplika r-rifużjoni għandha tkun il-prova li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

L- Artikolu 18

1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill- Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi kompetenti biex japplikaw dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja qabel is-16 ta’ Lulju ta’ kull sena;

(a) il-kwantitajiet ta’ ċereali u maltu li jwettqu l-Artikolu 9(2) tat-Trattat u distillati fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, imqassma skond in-nomenklatura magħquda;

(b) il-kwantitajiet taċ-ċereali u l-maltu, imqassma skond in-nomenklatura magħquda, li kienu s-suġġett ta’ l-arranġamenti tal-ipproċessar il-ġewwa matul l-istess perjodu;

(ċ) il-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb koperti bl-Artikolu 2, imqassma skond il-kategoriji mogħtija fl-Artikolu 19, li jinkludu kemm il-kwantitajiet esportati kif ukoll il-kwantitajiet mibjugħa matul l-istess perjodu;

(d) il-kwantitajiet tal-ispirti għax-xorb prodotti taħt l-arranġamenti ta’ proċess il-ġewwa u esportati lill-pajjizi terzi matul l-istess perjodu, imqassma skond il-kategoriji mogħtija fl-Artikolu 19;

(e) il-kwantitajiet ta’ spirti għax-xorb maħżuna fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-kwantitajiet prodotti matul dak il-perjodu.

3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni elenkata taħt (a) sa (d) għal kull kwart ta’ kull sena qabel is-16 ta’ Ottubru, is-16 ta’ Jannar u s-16 ta’ April, meta disponibbli.

L- Artikolu 19

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 18:

(a) ‘qamħ tal-whisky’ jfisser whisky magħmul mil-maltu u ċ-ċereali;

(b) ‘whisky tal-maltu’ jfisser whisky magħmul esklussivament mill-maltu;

(ċ) ‘Whisky Irlandiż, kategorija A’ jfisser whisky magħmul mill-maltu u miċ-ċereali, b’mill-anqas 30 % maltu;

(d) ‘Whisky Irlandiż, kategorija B’ jfisser whisky magħmul mix-xgħir u l-maltu, b’mill-anqas 30 % maltu;

(e) Il-persentaġġi tat-tipi varji ta’ ċereali wżati fil-manifattura ta’ l-ispirti għax-xorb referuti fl-Artikolu 14(3) għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantitajiet totali tat-tipi varji taċ-ċereali wżati fil-manifattura tal-ispirti għax-xorb referutu fl-Artikolu 2.

L- Artikolu 20

Il-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1, 4 (1) u 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1842/81 [12] għandhom jibqgħu applikabbli bejn l-1 ta’ Lulju 1993 u d-data ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 8, 9 (2), (3) u (5) u 10 ta’ dan ir-Regolament.

L- Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1993, apparti milli għall-Artikoli 8, 9 (2), (3) u (5) u 10, li għandhom japplikaw mill-ewwel perjodu fiskali tad-distillazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 196, tal-5.8.1993, p. 22.

[3] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[4] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

[6] ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 77.

[7] ĠU L 89, tat-2.4.1976, p. 1.

[8] ĠU L 105, tat-22.4.1986, p. 1.

[9] ĠU L 323, tad-29.11.1980, p. 27.

[10] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1.

[11] ĠU L 178, tal-5.7.1984, p. 22.

[12] ĠU L 183, ta’ l-4.7.1981, p. 10.

--------------------------------------------------