31993R2191



Official Journal L 196 , 05/08/1993 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0106


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/93

tas-27 Lulju 1993

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/91 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/81 sabiex jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem adulti tal-fart

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 li jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem adulti tal-fart [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2 tiegħu;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/91 tat-13 ta’ Frar 1991 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 li jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem tal-fart [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3087/91 [3], jistabbilixxi regoli sabiex jiġu identifikati l-karkassi u n-nofs karkassi; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza, dawn ir-regoli għandhom jiġu ssupplimentati b’regoli dwar il-pożizzjonijiet li għandhom jintużaw, u l-waqt ta’ l-identifikazzjoni u l-kontrolli ta’ l-identifikazzjoni, u ż-żamma tal-kummerċ intra-Komunitarju, is-simboli li għandhom jintużaw għas-sub-klassijiet u t-tqassim waħda waħda tal-kategoriji; billi, b’żieda ma’ dan, ir-regoli li jridu jitħarsu fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-klassifika lill-fornitur tal-bhejjem jew lill-persuna responsabbli mill-ħidmiet tal-qatla għandhom ikunu speċifikati għalbiex jiġġustifikaw il-prezz tal-karkassi u biex iħajru lill-produtturi għalbiex jippromwovi l-kwalità tal-bhejjem ikkunsinnati billi jistinkaw għall-klassifika ogħla;

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Laħam taċ-ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 344/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1:

(a) l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiġi mibdula b’dan b’dan li ġej:

"Dan il-għoti tal-marki għandu jitwettaq billi jiġu ttimbrati fuq il-wiċċ ta’ barra tal-karkassa bl-użu ta’ linka li ma titħassarx u li mhix tossika wara li jiġi segwit metodu approvat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; l-ittri u ċ-ċifri ma għandhomx ikunu anqas minn żewġ ċentimetri għolja.";

(b) l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiġi mibdula b’dan b’dan li ġej:

"Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pożizzjonijiet oħra fuq kull waħda mill-erba’ partijiet tal-karkassa sakemm dawn il-pożizzjonijiet ikunu fuq il-wiċċ ta’ barra tal-karkassa u sakemm jgħarrfu lill-Kummissjoni minn qabel.";

(ċ) l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tiġi mibdula b’dan li ġej:

"2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3)(ċ) u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 859/89 u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3445/90 [4], l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bdil tal-għoti tal-marka bl-bl-użu tat-tikketti skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:";

(d) ir-raba’ inċiż tal-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— it-tikketti jridu jkunu tal-kwalità li ma jistgħux jiġu mbagħbsa, jirreżistu t-tqattigħ u mwaħħla fis-sod fuq kull waħda mill-erba’ partijiet tal-karkassa fil-postijiet iddefiniti fil-paragrafu 1.";

(e) il-paragrafu li ġej jiġi mdaħħal wara l-paragrafu 2:

"2a. Il-klassifika u l-identifikazzjoni jridu jitwettqu mhux aktar tard minn siegħa wara l-bidu tal-ħidmiet tal-qatla";

(f) is-subparagrafu li ġej qiegħed jiġi miżjud mal-paragrafu 3:

"B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi approprjati għalbiex jiżguraw illi din id-dispożizzjoni tiġi mħarrsa fil-kummerċ intra-Komunitarju.";

(g) is-subparagrafu li ġej jiġi miżjud mal-paragrafu 4:

"L-indikazzjoni tas-sub-klassijiet u, meta meħtieġ, it-tqassim waħda waħda fil-kategoriji skond il-għomor għandu jsir permezz ta’ simboli oħra minn dawk użati għall-klassifika.";

(h) jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

"5. Għall-għanijiet tal-komunikazzjoni tar-riżultati tal-klassifika riferiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEEC) Nru 1186/90, il-klassijiet tal-konformazzjoni u l-kopertura tax-xaħam kif ukoll il-kategorija għandhom ikunu indikati fil-fattura, jew f’dokument mehmuż magħhom indirizzati lill-fornitur tal-bhima jew, fin-nuqqas ta’ dan, lill-persuna fiżika jew legali reponsabbli mill-ħidmiet tal-qatla, permezz tas-simboli pprovduti espressament għal dan il-għan fil-leġislazzjoni Komunitarja.";

2. fl-Artikolu 3:

(a) l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tiġi mibdula b’dan b’dan li ġej:

"2. Il-klassifika u l-identifikazzjoni ta’ l-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1186/90 għandhom jiġu ċċekkjati fuq il-post mingħajr twissija minn qabel minn korp indipendenti mill-biċċerija.";

(b) l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tiġi mibdula b’dan li ġej:

"Meta l-korp responsabbli mill-kontrolli jkun l-istess wieħed li jkun responsabbli mill-klassifika u l-identifikazzjoni jew fejn ma jaqax taħt l-awtorità ta’ korp pubbliku, il-kontrolli pprovvduti fis-subparagrafu ta’ qabel iridu jitwettqu taħt is-sorveljanza fiżika ta’ korp pubbliku fuq l-istess kondizzjonijiet u mill-inqas darba fis-sena."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1993.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 119, 11.5.1990, p. 32.

[2] ĠU L 41, 14.2.1991, p. 15.

[3] ĠU L 291, 23.10.1991, p. 15.

[4] ĠU L 333, tat-30.11.1990, p. 30.

--------------------------------------------------