31993R2028



Official Journal L 184 , 27/07/1993 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0065
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0065


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2028/93

tas-26 ta’ Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1609/88 fir-rigward tad-data l-aktar tard li fiha l-butir għandu jitqiegħed fil-ħażna biex jinbiegħ skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KEE) 570/88

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2071/92 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 985/68 tal-15 ta’ Lulju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-butir u l-krema [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2045/91 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 7a tiegħu,

Billi, skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir konċentrat [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1756/93 [6], il-butir offrut għall-bejgħ għandu jkun inħareġ mill-ħażna qabel data li għandha tiġi stabbilita: billi l-istess japplika għall-butir mibjugħ taħt l-arranġamenti mniżżla fir-Regolament tal-Kummisjsoni (KEE) Nru 570/88 tas-16 ta’ Frar 1988 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa l-għoti ta’ għajnuna għall-krema, butir u butir konċentrat għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għaġina, ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1813/93 [8];

Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1609/88 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1761/93 [10], jiffissa l-aħħar żmien għad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ skond ir-Regolamenti (EEC) Nru 3143/85 u (EEC) Nru 570/88;

Billi l-aġenzija ta’ intervent Ġermaniża qiegħda żżomm kwantità ta’ butir li daħal fil-ħażna matul il-perijodu April sa Lulju 1991 u li kien prodott fit-territorju ta’ l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża; billi l-butir x’aktarx jiddeterjora konsiderevolment fil-kwalità jekk jinħażen fit-tul; billi, għalhekk, il-butir għandu jinbiegħ bħala materja ta’ prijorità u d-dati l-aktar tard għad-dħul fil-ħażna mniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 1609/88 għandhom ikunu modifikati għal dak il-għan;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat li Jimmaniġġa l-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej qiegħed b’dan jiżdied ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1609/88:

"Minkejja d-dati msemmija hawn fuq, il-butir Ġermaniż klassifikat "Export-Qualitaet" kellu jittieħed fil-ħażna qabel l-1 ta’ Awissu 1991."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 64.

[3] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 187, tat-13.7.1991, p. 1.

[5] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.

[6] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 48.

[7] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 31.

[8] ĠU L 166, tat-8.7.1993, p. 16.

[9] ĠU L 143, ta’ l-10.6.1988, p. 23.

[10] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 63.

--------------------------------------------------