Official Journal L 186 , 28/07/1993 P. 0001 - 0020
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0044
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 dwar il-preżentazzjoni ta' l-istatistika tal-qabda u ta' l-attività mibgħuta mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral ta' l-Atlantiku IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi l-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali futura fis-sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku approvata bir-Regolament (KEE) Nru 3179/78 [1], u li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku (NAFO), teħtieġ li l-Komunità tipprovdi lill-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO b'kull informazzjoni xjentifika u ta' statistika mitluba mill-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq ta' xogħolu; Billi l-istatistiki ta' qabdiet u attivitajiet fil-ħin ġew identifikati mill-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO bħala essenzjali għat-twettiq ta' xogħolu fl-evalwar ta' l-istat ta' skorti ta' ħut fil-Majjistral ta' l-Atlantiku; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3881/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar l-istatistika ta' qabdiet nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral ta' l-Atlantiku [2] ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet neċessarji għall-Komunità li jipprovdi lill-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO bl-informazzjoni ta' l-istatistika kif stipulat fl-Artikolu 6(3) tal-Konvenzjoni tan-NAFO; billi huwa neċessarju li jitħassar dan ir-Regolament; Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandha tkompli l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'mod partikolari permezz tal-Kumitat Permanenti għal Statistiki ta' l-Agrikoltura stabbiliti bid-Deċiżjoni 72/279/KEE [3], ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-qabdiet mill-bastimenti rreġistrati fi, jew li jtajjru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru li jkun jistad fil-Majjistral ta' l-Atlantiku, waqt li tingħata konsiderazzjoni xierqa għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta' informazzjoni soġġetta għall-konfidenzjalità ta' l-istatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [4]. L-informazzjoni tal-qabda nominali għandha tinkludi l-prodotti tas-sajd kollha mniżżla l-art jew mgħoddija għat-trasbord fi kwalunkwe għamla iżda għandha teskludi kwantitajiet li, wara l-qabda, jiġu mormija l-baħar, jiġu kkunsmati abbord jew jintużaw bħala lixka abbord. Il-produzzjoni ta' l-akwakultura għandha tiġi eskluża. L-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata bħala piż ħaj ekwivalenti għat-tniżżil l-art jew għal dak għat-trasbord, sa l-eqreb tunnellata. L-Artikolu 2 1. L-informazzjoni li għandha tingħata għandha tkun ta' żewġ tipi: (a) il-qabdiet nominali fis-sena, imfissra f'piż ta' tunnellati ekwivalenti għat-tniżżil l-art, ta' kull speċi elenkata fl-Anness 1 f'kull waħda mir-reġjuni tas-sajd ta' l-istatistika fil-Majjistral ta' l-Atlantiku elenkati fl-Anness 2 kif imfissra fl-Anness 3; (b) il-qabdiet kif speċifikati taħt 1(a) u l-attività tas-sajd li tikkorrispondi, suddiviża skond ix-xahar kalendarju tal-qabda, irkaptu tas-sajd, daqs tal-bastiment u speċi ewlenija mfittxa. 2. L-informazzjoni li hemm riferenza għaliha f'1(a) għandha tingħata sal-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena ta' riferenza u tista' tkun informazzjoni preliminarja. L-informazzjoni li hemm riferenza għaliha f'1(b) għandha tingħata sal-31 ta' Awissu tas-sena ta' wara s-sena ta' riferenza u għandha tkun informazzjoni definittiva. L-informazzjoni li hemm riferenza għaliha f'1(a) u li tingħata bħala informazzjoni preliminarja għandha tkun identifikata b'mod ċar bħala tali. Ma jkunu meħtieġa l-ebda sottomissjonijiet għall-kombinazzjonijiet ta' l-ispeċi/reġjuni tas-sajd li għalihom ma jkunux ġew irreġistrati qabdiet fil-perjodu ta' riferenza tas-sottomissjoni. Jekk Stat Membru ma jkunx stad fil-Majjistral ta' l-Atlantiku fis-sena kalendarja ta' qabel, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan sal-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara. 3. Id-definizzjonijiet u l-kodiċi li għandhom jintużaw meta tiddaħħal l-informazzjoni dwar l-attività tas-sajd, irkaptu tas-sajd, metodu ta' sajd u daqs tal-bastiment huma mogħtija fl-Anness IV. 4. Il-lista ta' l-ispeċi u r-reġjuni tas-sajd ta' l-istatistika u d-deskrizzjonijiet ta' dawn ir-reġjuni, kif ukoll il-miżuri, kodiċi u tifsiriet definizzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd, irkapti tas-sajd, daqs tal-bastimenti u metodi tas-sajd jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6. L-Artikolu 3 Minbarra fejn id-dispożizzjonijiet addottati taħt il-politika tas-sajd komuni jipprovdu mod ieħor, Stat Membru jkun jista' juża l-metodi ta' teknika ta' teħid ta' kampjuni biex jikseb minnhom informazzjoni dwar il-qabdiet għal dawk il-partijiet tal-flotta tas-sajd li għaliha, firxa sħiħa ta' informazzjoni tkun tinvolvi applikazzjoni eċċessiva ta' proċeduri amministrattivi. Id-dettalji tal-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni, flimkien mad-dettalji tal-proporzjon ta' l-informazzjoni totali li tinkiseb minn dawn il-metodi ta' teknika, għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri fir-rapport mogħti skond l-Artikolu 7(1). L-Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-Kummissjoni skond l-Artikoli 1 u 2 billi jdaħħlu l-informazzjoni fuq mezz manjetiku, li l-format tiegħu huwa mogħti fl-Anness 5. Bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-informazzjoni f'forma differenti jew fuq mezz differenti. L-Artikolu 5 Fi żmien 24 siegħa mill-wasla tar-rapporti, fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tinsab fihom lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. L-Artikolu 6 1. Fejn għandha tiġi segwita l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, il-President għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Permanenti fuq Statistiki ta' l-Agrikoltura, minn issa 'l quddiem issir riferenza għalih bħala "l-Kumitat" sew fuq inizjattiva tiegħu stess kif ukoll fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu juri l-fehma tiegħu dwar l-abbozz f'limiti ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Il-fehma tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat ta' l-KEE fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat jingħaddu b'mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu jaqblu mal-fehma tal-Kumitat. (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux bi qbil mal-fehma tal-Kumitat, jew ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk wara li jiskadu t-tliet xhur mid-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill, il-Kunsill ikun baqa' ma ħax passi, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni. L-Artikolu 7 1. Fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport iddettaljat lill-Kummissjoni li jiddeskrivi kif l-informazzjoni dwar il-qabdiet u l-attività tas-sajd tkun ġiet miksuba waqt li jispeċifikaw il-grad ta' rappreżentattività u affidabilità ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tagħmel taqsira ta' dawn ir-rapporti. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil ta' l-informazzjoni taħt paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tagħhom. 3. Fejn ir-rapporti metodoloġiċi taħt il-paragrafu 1 juru li Stat Membru ma jistax jissodisfa minnufih il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament u li t-tibdiliet fil-metodi ta' stħarriġ ta' teknika u metodoloġija ikunu meħtieġa, il-Kummissjoni tista', b'kooperazzjoni ma' l-Istat Membru, tistabbilixxi perjodu ta' transizzjoni ta' mhux aktar minn sentejn li fih ikollu jintlaħaq il-programm ta' dan ir-Regolament. 4. Rapporti metodoloġiċi, arranġamenti transizzjonali, disponibiltà ta' l-informazzjoni, eżattezza ta' l-informazzjoni u affarijiet rilevanti oħra dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu eżaminati darba f'sena fi ħdan il-Grupp Ħaddiem kompetenti tal-Kumitat ta' l-Istatistika Agrikola. L-Artikolu 8 Ir-Regolament (KEE) Nru 3881/91 huwa b'dan il-mezz imħassar. L-Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1993. Għall-Kunsill Il-President S. Bergstein [1] ĠU L 378, tat-30.12.1978, p. 1. [2] ĠU L 365, tal-31.12.1991, p. 19. [3] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1. [4] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I LISTA TA' SPEĊI LI ĠEW IRRAPPORTATI FL-ISTATISTIKA TA' QABDIET KUMMERĊJALI GĦALL-MAJJISTRAL TA' L-ATLANTIKU L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-qabdiet nominali ta' dawk l-ispeċi mmarkati b'asterisk (*). Ir-rappurtar ta' qabdiet nominali ta' l-ispeċi li jifdal mhuwiex obbligatorju fejn ikun jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' speċi individwali. Madanakollu, fejn l-informazzjoni dwar speċi individwali ma tkunx mogħtija, l-informazzjoni għandha tiddaħħal f'kategoriji miġburin. L-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-informazzjoni għal speċi li mhux fil-lista sakemm l-ispeċi ikunu identifikati b'mod ċar. Nota: "m.i.m.i." hija l-abbrevjazzjoni għal "mhux identifikata x'imkien ieħor" Isem Bil-Malti | 3-Alpha Identifier | Isem Xjentifiku | ĦUT TAT-TKAXKIR Bakkaljaw | COD (*) | Gadus morhua | Balottra tal-Baħar | HAD (*) | Melanogrammus aeglefinus | Balottra m.i.m.i. | RED (*) | Sebastes spp. | Nemusa | HKS (*) | Merluccius bilinearis | Marlozz | HKR (*) | Urophycis chuss | Lipp | POK (*) | Pollachius virens | Fjamma | REG (*) | Sebastes marinus | Fjamma Rasha Kbira | REB (*) | Sebastes mentella | Paġell | PLA (*) | Hippoglossoides platessoides | Lingwata tal-Għajn | WIT (*) | Glyptocephalus cynoglossus | Lingwata Safra | YEL (*) | Limanda furruginea | Lingwata Ħarxa | GHL (*) | Reinhardtius hippoglossoides | Lingwata Tikek Koħol | HAL (*) | Hippoglossus hippoglossus | Ligwata Tikek Bojod | FLW (*) | Pseudopleuronectes americanus | Lingwata tax-Xulliefa | FLS (*) | Paraliehthys dentatus | Lingwata Lixxa | FLD (*) | Scophtalmus aquosus | Lingwata m.i.m.i. | FLX | Pleuronectiformes | Petriċa | ANG (*) | Lophius americanus | Atlantic searobins | SRA | Priontus spp. | Lipp tal-Qamar | TOM | Microgadus tomcod | Blue antimora | ANT | Antimora rostrata | Stokkafixx | WHB | Micromesistius poutassou | Cunnar | CUN | Tautgolabrus adspersus | Cusk (= Tusk) | USK | Brosme brosme | Bakkaljaw | GRC | Gadus ogac | Blue ling | BLI | Molva dypterygia | Linarda | LIN (*) | Molva molva | Buwaħħal | LUM (*) | Cyclopterus lumpus | Northern kingfish | KGF | Menticirrhus saxatilis | Ħmar Jinteffaħ | PUF | Sphoeroides maculates | Murina m.i.m.i. | ELZ | Lycodes spp. | Murina Kanella | OPT | Macrozoarces americanus | Sawrella Imperjali | POC | Boreogadus saida | Roundhouse grenadier | RNG | Coryphaenoides rupestris | Roughhead grenadier | RHG | Macrouris berglax | Ċiċċirella | SAN | Ammodytes spp. | Sculpins m.i.m.i. | SCU | Myxocephalus spp. | Scup | SCP | Stenotomus chrysops | Tatoug | TAU | Tautoga onitis | Tilefish | TIL | Lopholatilus chamaeleonticeps | Tonna Bajda | HKW (*) | Urophycis tenuis | Klieb Il-Baħar m.i.m.i. | CAT (*) | Anarhichas spp. | Atlantic wolf-fish | CAA (*) | Anarhichas lupus | Kelb il-baħar bit-Tikek | CAS (*) | Anarhichas minor | Ħut tat-Tkaxkir m.i.m.i. | GRO | Osteichthyes | ĦUT TAL-BAĦAR MIFTUĦ Aringa | HER (*) | Clupea harengus | Kavall | MAC (*) | Scomber scombrus | Strilja Bagħlija | BUT | Peprilus triacanthus | Makku B'Erba' Tikek | MHA (*) | Brevoortia tyrannus | Kastardella | SAU | Scomberesox saurus | Inċova | ANB | Anchoa mitchilli | Serra tas-Snien | BLU | Pomatomus saltatrix | Sawrella | CVJ | Caranx hippos | Tumbrell | FRI | Auxis thazard | Kavall | KGM | Scomberomorus cavalla | Kavall tal-Għajn | SSM (*) | Scomberomorus maculates | Pastardella | SAI | Istiophorus platypterus | Buxiħ | WHM | Tetrapetrus albidus | Buxiħ Blu | BUM | Makaira nigicans | Pixxispad | SWO | Xiphias gladius | Alonga | ALB | Thunnas alaunga | Plamtu | BON | Sarda sarda | Kubrita | LTA | Euthynnus alletteratus | Xabla Denbha Rqiq | BET | Thunnus obesus | Tonna | BFT | Thunnus thynnus | Palamit (Tonn qabbieżi) | SKJ | Katsuwonus pelamis | Tonna tal-pinna safra | YFT | Thunnus albacares | Tonn m.i.m.i. | TUN | Scombridae | Ħut tal-baħar miftuħ m.i.m.i. | PEL | Osteuchtyes | ĦUT IEĦOR BIX-XEWKA Alewife | ALE | Alosa pseudoharengus | Ċervjoli m.i.m.i. | AMX | Seriola spp. | Laċċa tat-Tbajja | COA | Conger oceanicus | Sallura | ELA | Anguilla rostrata | Laċċa | SHA | Alosa sapidissima | Arġentini m.i.m.i. | ARG | Argentina spp. | Atlantic croaker | CKA | Micropoganias undulates | Atlantic Needlefish | NFA | Strongylura marina | Salamun | SAL (*) | Salmo salar | Atlantic silverside | SSA | Menidia menidia | Atlantic thread herring | THA | Opisthonema oglinum | Baird's slickhead | ALC | Aleppocephalus bairdii | Tannuta | BDM | Pogonias cromis | Spnotta tat-Tbajja | BSB | Centropristis striata | Bażuga | BBH | Alosa aestivalis | Capelin | CAP (*) | Mallotus villosus | Char m.i.m.i. | CHR | Salvelinus spp. | Cobia | CBA | Rachycentron canadum | Strilja | POM | Trachinotus carolinus | Gizzard shad | SHG | Dorosoma cepedianum | Grunts m.i.m.i. | GRX | Pomadasyidae | Laċċu tat-Tbajja | SHH | Alosa mediocris | Lanternfish | LAX | Notoscopelus spp. | Mulett m.i.m.i. | MUL | Mugiladae | N. Atlantic harvestfish | HVF | Peprilus alepidotus (= Paru) | Pixxiporku | PIG | Orthopristis chrysoptera | Għarusa | SMR | Osmerus mordax | Debba | RDM | Sciaenops ocellatus | Red Porgy | RPG | Pagrus pagrus | Laċċa Kaħla | RSC | Trachurus lathami | Sand perch | PES | Diplectrum formosum | Trilja tal-Lvant | SPH | Archosargus probatocephalus | Spot Croaker | SPT | Leiostomus xanthurus | Spotted Weakfish | SWF | Cynoscion nebulosus | Squeteague | STG | Cynoscion regalis | Spinotta | STB | Morona saxatilis | Sturjun m.i.m.i. | STU | Acipenseridae | Tarpun | TAR | Tarpon | Trota m.i.m.i. | TRO | Salmo spp. | White Perch | PEW | Morone Americana | Alfonsinus | ALF | Beryx spp | Mazzola Griża | DGS (*) | Squalus acanthias | Xkatlu m.i.m.i. | DGX (*) | Squalidae | Pixxiplamtu | POR (*) | Lamna nasus | Murruna m.i.m.i. | SHX | Squaliformes | Raja m.i.m.i. | SKA (*) | Raja spp. | Ħut bix-xewka m.i.m.i. | FIN | Osteichthyes | INVERTEBRATI Klamar | SQL (*) | Loligo pealei | Totlu | SQI (*) | Illex illcebrosus | Klamar m.i.m.i. | SQU (*) | Loliginidae | Atlantic razor calm | CLR | Ensis directus | Gamblu tal-Qoxra | CLH | Mercenaria mercenaria | Ocean quahog | CLQ | Artica Islandica | Soft clam | CLS | Mya arenaria | Surf clam | CLB | Spisula solidissima | Clams m.i.m.i. | CLX | Prionodesmacea | Pellegrini | SCB | Argopecten irradians | Farfett | SCC | Argopecten gibbus | Mrewħa | ISC | Chlamys islandica | Taġen | SCA | Plcopecten magellanicus | Moxt tal-baħar m.i.m.i. | SCX | Pectinidae | Koċċla | OYA | Crassostrea virginica | Masklu | MUS | Mytilus edilus | Whelks m.i.m.i. | WHX | Busycon spp. | Periwinkles m.i.m.i. | PER | Littorina spp. | Molluski m.i.m.i. | MOL | Mollusca | Grottlu | CRK | Cancer irroratus | Farfett il-Baħar | CRB | Callinectes sapidus | Granċ tal-Marsa | CRG | Carcinus maenas | Zakak | CRJ | Cancer borealis | Kapott | CRQ | Chinoecetes opilio | Farfett il-Baħar | CRR | Gryon quinquadens | Grottlu Żgħir | KCT | Lithodes maia | Granċ m.i.m.i. | CRA | Reptania | Ljunfant tal-Baħar | LBA | Homarus americanus | Gamblu tax-Xatt | PRA (*) | Pandalus borealis | Gamblu tal-Elmu | AES | Pandalus montagui | Gamblu Imperjali m.i.m.i. | PEN (*) | Penaeus spp. | Gambli | PAN (*) | Pandalus | Krustaċeji m.i.m.i. | CRU | Crustacea | Rizza | URC | Stongylocentrotus spp. | Dud tal-Baħar m.i.m.i. | WOR | Polychaeta | Horseshoe crab | HSC | Limulus polythemus | Invertebrati tal-baħar m.i.m.i. | INV | Invertebrata | ĦAXIX TAL-BAĦAR Ħaxix tal-Baħar Kanella | SWB | Phaeophyceae | Ħaxix tal-Baħar Aħmar | SWR | Rhodophyceae | Ħaxix tal-Baħar m.i.m.i. | SWX | Algae | FOKI Foka | SEH | Pagophilius groenlandicus | Bumerin | SEZ | Cystophora cristata | -------------------------------------------------- L-ANNESS II ŻONI TA' STATISTIKA GĦAS-SAJD FIL-MAJJISTRAL TA' L-ATLANTIKU LI GĦALIHOM GĦANDHA TINGĦATA INFORMAZZJONI Sub-żona 0 Id-Diviżjoni 0 A Id-Diviżjoni 0 B Sub-żona 1 Id-Diviżjoni 1 A Id-Diviżjoni 1 B Id-Diviżjoni 1 Ċ Id-Diviżjoni 1 D Id-Diviżjoni 1 E Id-Diviżjoni 1 F Id-Diviżjoni 1 NK (mhux magħrufa) Sub-żona 2 Id-Diviżjoni 2 G Id-Diviżjoni 2 H Id-Diviżjoni 2 J Id-Diviżjoni 2 NK (mhux magħrufa) Sub-żona 3 Id-Diviżjoni 3 K Id-Diviżjoni 3 L Id-Diviżjoni 3 M Id-Diviżjoni 3 N Id-Diviżjoni 3 O Id-Diviżjoni 3 P Sud-diviżjoni 3 P n Sud-diviżjoni 3 P s Id-Diviżjoni 3 NK (mhux magħrufa) Sub-żona 4 Id-Diviżjoni 4 R Id-Diviżjoni 4 S Id-Diviżjoni 4 T Id-Diviżjoni 4 V Sud-diviżjoni 4 V n Sud-diviżjoni 4 V s Id-Diviżjoni 4 W Id-Diviżjoni 4 X Id-Diviżjoni 4 NK (mhux magħrufa) Sub-żona 5 Id-Diviżjoni 5 Y Id-Diviżjoni 5 Z Sud-diviżjoni 5 Z e Sub-unità 5 Z ċ Sub-unità5 Z u Sud-diviżjoni 5 Z w Id-Diviżjoni 5 NK (mhux magħrufa) Sub-żona 6 Id-Diviżjoni 6 A Id-Diviżjoni 6 B Id-Diviżjoni 6 Ċ Id-Diviżjoni 6 D Id-Diviżjoni 6 E Id-Diviżjoni 6 F Id-Diviżjoni 6 G Id-Diviżjoni 6 H Id-Diviżjoni 6 NK (mhux magħrufa) Żoni ta' statistika tas-sajd għall-Majjistral ta' l-Atlantiku +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III DESKRIZZJONI TAS-SUB-ŻONI U D-DIVIŻJONIJIET TAN-NAFO GĦALL-GĦAN TA' STATISTIKI U TA' REGOLAMENTI DWAR IS-SAJD FIL-MAJJISTRAL TA' L-ATLANTIKU Sub-żona 0 Dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tmiss fin-nofsinhar ma' linja li testendi lejn il-lvant minn punt f'61°00′ latitudini tat-tramuntana u 65°00′ lonġitudini tal-punent sa punt sa f'61°00′ latitudini tat-tramuntana u 59°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm f'direzzjoni fix-xlokk matul linja ta' rombu (rhumb-line) sa punt fi 60°12′ latitudini tat-tramuntana u 57°13′ lonġitudini tal-punent; minn hemm tmiss mil-lvant ma' sensiela ta' linji ġeodeżiċi li jagħqdu l-punti segwenti: Numru tal-Punt | Latitudni | Lonġitudni | 1 | 60°12′0 N | 57°13′0 W | 2 | 61°00′0 N | 57°13′1 W | 3 | 62°00′5 N | 57°21′1 W | 4 | 62°02′3 N | 57°21′8 W | 5 | 62°03′5 N | 57°22′2 W | 6 | 62°11′5 N | 57°25′4 W | 7 | 62°47′2 N | 57°41′0 W | 8 | 63°22′8 N | 57°57′4 W | 9 | 63°28′6 N | 57°59′7 W | 10 | 63°35′0 N | 58°02′0 W | 11 | 63°37′2 N | 58°01′2 W | 12 | 63°44′1 N | 57°58′8 W | 13 | 63°50′1 N | 57°57′2 W | 14 | 63°52′6 N | 57°56′6 W | 15 | 63°57′4 N | 57°53′5 W | 16 | 64°04′3 N | 57°49′1 W | 17 | 64°12′2 N | 57°48′2 W | 18 | 65°06′0 N | 57°44′1 W | 19 | 65°08′9 N | 57°43′9 W | 20 | 65°11′6 N | 57°44′4 W | 21 | 65°14′5 N | 57°45′1 W | 22 | 65°18′1 N | 57°45′8 W | 23 | 65°23′3 N | 57°44′9 W | 24 | 65°34′8 N | 57°42′3 W | 25 | 65°37′7 N | 57°41′9 W | 26 | 65°50′9 N | 57°40′7 W | 27 | 65°51′7 N | 57°40′6 W | 28 | 65°57′6 N | 57°40′1 W | 29 | 66°03′5 N | 57°39′6 W | 30 | 66°12′9 N | 57°38′2 W | 31 | 66°18′8 N | 57°37′8 W | 32 | 66°24′6 N | 57°37′8 W | 33 | 66°30′3 N | 57°38′3 W | 34 | 66°36′1 N | 57°39′2 W | 35 | 66°37′9 N | 57°39′6 W | 36 | 66°41′8 N | 57°40′6 W | 37 | 66°49′5 N | 57°43′0 W | 38 | 67°21′6 N | 57°52′7 W | 39 | 67°27′3 N | 57°54′9 W | 40 | 67°28′3 N | 57°55′3 W | 41 | 67°29′1 N | 57°56′1 W | 42 | 67°30′7 N | 57°57′8 W | 43 | 67°35′3 N | 58°02′2 W | 44 | 67°39′7N | 58°06′2 W | 45 | 67°44′2 N | 58°09′9 W | 46 | 67°56′9 N | 58°19′8 W | 47 | 67°01′8 N | 58°23′3 W | 48 | 68°04′3 N | 58°25′0 W | 49 | 68°06′8 N | 58°26′7 W | 50 | 68°07′5 N | 58°27′2 W | 51 | 68°16′1 N | 58°34′1 W | 52 | 68°21′7 N | 58°39′0 W | 53 | 68°25′3 N | 58°42′4 W | 54 | 68°32′9N | 59°01′8 W | 55 | 68°34′0 N | 59°04′6 W | 56 | 68°37′9 N | 59°14′3 W | 57 | 68°38′0 N | 59°14′6 W | 58 | 68°56′8N | 60°02′4 W | 59 | 68°00′8 N | 60°09′0 W | 60 | 69°06′8 N | 60°18′5 W | 61 | 69°10′3 N | 60°23′8 W | 62 | 69°12′8 N | 60°27′5 W | 63 | 69°29′4 N | 60°51′6 W | 64 | 69°49′8 N | 60°58′2 W | 65 | 69°55′3 N | 60°59′6 W | 66 | 69°55′8 N | 61°00′0 W | 67 | 70°01′6 N | 61°04′2 W | 68 | 70°07′5 N | 61°08′1 W | 69 | 70°08′8 N | 61°08′8 W | 70 | 70°13′4 N | 61°10′6 W | 71 | 70°33′1 N | 61°17′4 W | 72 | 70°35′6 N | 61°20′6 W | 73 | 70°48′2 N | 61°37′9 W | 74 | 70°51′8 N | 61°42′7 W | 75 | 71°12′1 N | 62°09′1 W | 76 | 71°18′9 N | 62°17′5 W | 77 | 71°25′9 N | 62°25′5 W | 78 | 71°29′4 N | 62°29′3 W | 79 | 71°31′8 N | 62°32′0 W | 80 | 71°32′9N | 62°33′5 W | 81 | 71°44′7 N | 62°49′6 W | 82 | 71°47′3 N | 62°53′1 W | 83 | 71°52′9 N | 63°03′9 W | 84 | 72°01′7 N | 63°21′1 W | 85 | 72°06′4 N | 63°30′9 W | 86 | 72°11′0 N | 63°41′0 W | 87 | 72°24′8 N | 64°13′2 W | 88 | 72°30′5 N | 64°26′1 W | 89 | 72°36′3 N | 64°38′8 W | 90 | 72°43′7 N | 64°54′3 W | 91 | 72°45′7 N | 64°58′4 W | 92 | 72°47′7 N | 65°00′9 W | 93 | 72°50′8 N | 65°07′6 W | 94 | 73°18′5 N | 66°08′3 W | 95 | 73°25′9 N | 66°25′3 W | 96 | 73°31′1 N | 67°15′1 W | 97 | 73°36′5 N | 68°05′5 W | 98 | 73°37′9 N | 68°12′3 W | 99 | 73°41′7 N | 68°29′4 W | 100 | 73°46′1 N | 68°48′5 W | 101 | 73°46′7 N | 68°51′1 W | 102 | 73°52′3 N | 69°11′3 W | 103 | 73°57′6 N | 69°31′5 W | 104 | 74°02′2 N | 69°50′3 W | 105 | 74°02′6 N | 69°52′0 W | 106 | 74°06′1 N | 70°06′6 W | 107 | 74°07′5 N | 70°12′5 W | 108 | 74°10′0 N | 70°23′1 W | 109 | 74°12′5 N | 70°33′7 W | 110 | 74°24′0 N | 71°25′7 W | 111 | 74°28′6 N | 71°45′8 W | 112 | 74°44′2 N | 72°53′0 W | 113 | 74°50′6 N | 73°02′8 W | 114 | 75°00′0 N | 73°16′3 W | 115 | 75°00′ N | 73°30′ W | u t-tramuntana tal-parallel ta' 78°10′ latitudini tat-tramuntana; u li tmiss mill-punent ma' linja li tibda f'61°00′ latitudini tat-tramuntana u 65°00′ lonġitudini tal-punent u li testendi fid-direzzjoni tal-majjistral matul linja ta' rombu sax-xatt tal-Gżira Baffin fil-Promontorju tal-lvant (61°55′ latitudini tat-tramuntana u 66°20′ lonġitudini tal-punent), u minn hemm f'direzzjoni lejn it-tramuntana matul ix-xatt tal-Gżejjer Baffin, Bylot, Devon u Ellesmere u ssegwi t-80 meridjan ta' lonġitudini tal-punent f'ibħra bejn dawn il-gżejjer sal-parallel ta' 78°10′ latitudini tat-tramuntana. Is-sub-żona 0 hija magħmula minn żewġ diviżjonijiet: id-diviżjoni 0 A: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 66°15′ latitudini tat-tramuntana; id-diviżjoni 0 B: din id-diviżjoni tas-sub-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 66°15′ latitudini tat-tramuntana. Sub-żona 1 Dik il-parti miż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tinsab fil-lvant tas-sub-żona 0 mit-tramuntana u l-lvant linja ta' rombu li jagħqad punt minn 60°12′ latitudini tat-tramuntana u 57°13′ lonġitudini tal-punent ma' punt fi 52°15′ latitudini tat-tramuntana fi 42°00′ lonġitudini tal-punent. Is-sub-żona 1 hija magħmula minn sitt diviżjonijiet: id-diviżjoni 1 A: dik il-parti mis-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 68°50′ latitudinitat-tramuntana (Christianshaab); id-diviżjoni 1 B: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 66°15′ latitudini tat-tramuntana (ħames mili nawtiċi mit-tramuntana ta' Umanarsugssuak) u l-parallel ta' 68°50′ latitudini tat-tramuntana (Christianshaab); id-diviżjoni 1 Ċ: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 64°15′ latitudini tat-tramuntana (erba' mili nawtiċi fit-tramuntana ta' Godthaab) u l-parallel ta' 66°15′ latitudini tat-tramuntana (ħames mili nawtiċi mit-tramuntana ta' Umanarsugssuak); id-diviżjoni 1 D: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 62°30′ latitudini tat-tramuntana (Frederikshaab Glacier) u l-parallel ta' 64°15′ latitudini tat-tramuntana (erba' mili nawitiċi mit-tramuntana ta' Godthaab); id-diviżjoni 1 E: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 60°45′ latitudini tat-tramuntana (Cape Desolation) u l-parallel ta' 62°30′ latitudini tat-tramuntana (Frederikshaab Glacier); id-diviżjoni 1 F: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 60°45′ latitudini tat-tramuntana (Cape Desolation). Sub-żona 2 Dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tinsab fil-lvant tal-meridjan ta' 64°30′ lonġitudini tal-punent fl-arja ta' Hudson Strait, għan-nofsinhar ta' sub-żona 0, għan-nofsinhar u l-punent ta' sub-żona 1 u għat-tramuntana tal-parallel ta' 52°15′ latitudini tat-tramuntana. Is-sub-żona 2 hija magħmula minn tliet taqsimiet: id-diviżjoni 2 G: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 57°40′ latitudini tat-tramuntana (Cape Mugford); id-diviżjoni 2 H: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 55°20′ latitudini tat-tramuntana (Hopedale) u l-parallel of 57°40′ latitudini tat-tramuntana (Cape Mugford); id-diviżjoni 2 J: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-parallel ta' 55°20′ latitudini tat-tramuntana (Hopedale). Sub-żona 3 Dik il-parti ta' l-Arja tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 52°15′ latitudini tat-tramuntana, u mil-lvant ta' linja li testendi lejn it-tramuntana minn Cape Bauld fuq ix-xatt tat-tramuntana ta' Newfoundland sa 52°15′ latitudini tat-tramuntana; għat-tramuntana tal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana; u mil-lvant għat-tramuntana ta' linja ta' rombu li jibda fi 39°00′ latitudini tat-tramuntana, 50°00′ lonġitudini tal-punent u li testendi minn direzzjoni mill-majjistral li tgħaddi minn punt fi 43°30′ latitudini tat-tramuntana, 55°00′ lonġitudini tal-punent fid-direzzjoni f'punt fi 47°50′ latitudini tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent sa meta taqsam f'linja dritta madwar Cape Ray, fuq ix-xatt ta' Newfoundland, ma' Cape North fil-Gżira Cape Breton; minn hemm f'direzzjoni lejn il-majjistral matul linja għal direzzjoni lejn il-majjistral matul il-linja msemmija sa Cape Ray. Is-sub-żona 3 hija magħmula minn sitt taqsimiet: id-diviżjoni 3 K: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 49°15′ latitudini tat-tramuntana (Cape Freels, Newfoundland); id-diviżjoni 3 L: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn ix-xatt ta' Newfoundland minn Cape Freels sa Cape Santa Marija u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Cape Freels; minn hemm lejn il-lvant sal-meridjan ta' 46°30′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar sal-parallel ta' 46°00′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lejn il-punent sal-meridjan ta' 54°30′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn linja ta' rombu sa Cape Santa Marija, Newfoundland. id-diviżjoni 3 M: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 49°15′ latitudini tat-tramuntana u l-lvant tal-meridjan ta' 46°30′ lonġitudini tal-punent; id-diviżjoni 3 N: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 46°00′ latitudini tat-tramuntana u bejn il-meridjan ta' 46°30′ lonġitudini tal-punent u l-meridjan ta' 51°00′ lonġitudini tal-punent; id-diviżjoni 3 O: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 46°00′ latitudini tat-tramuntana u bejn il-meridjan of 51°00′ lonġitudini tal-punent u l-meridjan ta' 54°30′ lonġitudini tal-punent; id-diviżjoni 3 P: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fin-nofsinhar tax-xatt ta' Newfoundland u l-punent ta' linja minn Cape Santa Marija, Newfoundland sa punt fi 46°00′ latitudini tat-tramuntana, 54°30′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar sal-limitu tas-sub-żona. Id-diviżjoni 3 P hija diviża f'żewġ sud-diviżjonijiet: is-sud-diviżjoni 3 P n (sud-diviżjoni tal-majjistral) : dik il-parti tad-diviżjoni 3 P li tinsab fil-majjistral ta' linja li testendi minn Newfoundland, bejn wieħed u ieħor lejn il-lbiċ sa punt f'46°50′ latitudini tat-tramuntana u 58°50′ lonġitudini tal-punent; is-sud-diviżjoni 3 P s (sud-diviżjoni tax-xlokk) : dik il-parti tad-taqsima 3 P li tinsab fix-xlokk tal-parti ta' taqsima 3 P li tinsab fix-xlokk tal-linja deskritta għas-sud-diviżjoni 3 P n. Sub-żona 4 Dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana, lejn il-punent tas-sub-żona 3, u lejn il-lvant deskritta kif segwit: li tibda fit-terminus internazzjonali bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada fil-Grand Manan Channel, f'punt fi 44°46′35,346″ latitudini tat-tramuntana; 66°54′11,253″ lonġitudini tal-punent; minn hemm lejn in-nofsinhar lejn il-parallel ta' 43°50′ latitudini tat-tramuntana; minn hemm lejn il-punent sal-meridjan ta' 67°24′27,24″ lonġitudini tal-punent; minn hemm matul il-linja ġeografika bejn żewġ punti fid-direzzjoni lejn il-lbiċ sa punt fi 42°53′14″ latitudini tat-tramuntana u 67°44′35″ lonġitudini tal-punent; minn hemm matul il-linja ġeografika lejn id-direzzjoni tal-lbiċ sa 42°31′08″ latitudini tat-tramuntana u 67°28′05″ lonġitudini tal-punent; minn hemm matul linja ġeografika lejn punt fi 42°20′ latitudini tat-tramuntana u 67°18′13,15″ lonġitudini tal-punent; minn hemm lejn il-lvant sa punt fi 66°00′ lonġitudini tal-punent; minn hemm matul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk sa punt fi 42°00′ latitudini tat-tramuntana u 65°40′ lonġitudini tal-punent; u minn hemm lejn il-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana. Is-sub-żona 4 hija maqsuma f'sitt taqsimiet: id-diviżjoni 4 R: dik il-biċċa miż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tinsab bejn ix-xatt ta' Newfoundland minn Cape Bauld sa Cape Ray u linja deskritta kif ġej: li tibda minn Cape Bauld, minn hemm għat-tramuntana sal-parallel ta' 52°15′ latitudni tat-tramuntana, minn hemm lejn il-punent għax-xatt ta' Labrador, minn hemm matul ix-xatt ta' Labrador għat-tmiem tal-periferija ta' Labrador-Quebec, minn hemm matul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-lbiċ sa punt f'49°25′ latitudni tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar sa punt f'47°50′ latitudni tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm matul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk sal-punt li fiha l-periferija tas-sub-żona 3 taqsam il-linja dritta li tgħaqqad Cape North, Nova Scotia ma' Cape Ray, Newfoundland, minn hemm għal Cape Ray, Newfoundland; id-diviżjoni 4 S: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn ix-xatt tan-nofsinhar ta' Quebec mit-terminustal-periferija ta' Labrador-Quebec għal Pte. des Monts u linja deskritta kif ġej: tibda minn Pte. des Monts, minn hemm lejn il-lvant sa punt f'49°25′ latitudni tat-tramuntana, 64°40′ lonġitudini tal-punent, minn hemm matul il-linja ta' rombu lejn direzzjoni lvant-xlokk sa punt f'47°50′ latitudni tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn il-grigal sal-venda tal-periferija bejn Labrador-Quebec; id-diviżjoni 4 T: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn ix-xtut ta' Nova Scotia, New Brunswick u Quebec minn Cape North sa Pte. des Monts u linja deskritta kif ġej: tibda minn Pointe des Monts, minn hemm lejn il-lvant sa punt f'49°25′ latitudini tat-tramuntana, 64°40′ lonġitudini tal-punent, minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lvant-xlokk sa punt f'47°50′ latitudni tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn in-nofsinhar għal Cape North, Nova Scotia; id-diviżjoni 4 V: dik il-parti tas-sub-żona l tinsab bejn ix-xatt ta' Nova Scotia bejn Cape North u Fourchu, u linja deskritta kif ġej: mill-bidu ta' Fourchu minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn il-lvant matul il-meridjan lejn punt f'45°40′ latitudini tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar matul il-meridjan ta' 60°00′ lonġitudini tal-punent sal-parallel ta' 44°10′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lejn il-lvant sal-meridjan ta' 59°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofinhar sal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lejn il-lvant sa punt fejn il-periferija bejn sub-arji 3 u 4 jiltaqgħu mal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm matul il-periferija bejn sub-żoni 3 u 4 u linja li tkompli fid-direzzjoni lejn il-majjistral sa punt fi 47°50′ latitudini tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, u minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn in-nofsinhar sa Cape North, Nova Scotia. Id-diviżjoni 4 V hija maqsuma f'żewġ sud-diviżjonijiet: sud-diviżjoni 4 V n (sud-diviżjoni tat-tramuntana): dik il-parti ta' diviżjoni 4 V li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 45°40′ latitudini tat-tramuntana; sud-diviżjoni 4 V s (sud-diviżjoni lejn in-nofsinhar) : dik il-parti ta' diviżjoni 4 V li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 45°40′ latitudini tat-tramuntana; id-diviżjoni 4 W: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn ix-xatt ta' Nova Scotia minn Halifax sa Fourchu u linja deskritta kif ġej: tibda minn Fourchu, minn hemm matul il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn il-lvant sa punt f'45°40′ latitudini tat-tramuntana, 60°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar matul il-meridjan ta' 60°00′ lonġitudini tal-punent sal-parallel ta' 44°10′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm sal-lvant sal-meridjan ta' 59°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar sal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lejn il-punent sal-meridjan ta' 63°20′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn it-tramuntana sa punt sal-meridjan ta' 44°20′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lejn il-linja ta' rombu f'direzzjoni lejn il-majjistral għal Halifax, Nova Scotia; id-diviżjoni 4 X: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn il-periferija tal-punent f'sub-żona 4 u x-xtut ta' New Brunswick u Nova Scotia mit-tmiem tal-periferija bejn New Brunswick u Maine sa Halifax, u linja deskritta kif ġej: tibda minn Halifax, minn hemm matul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk sa punt f'44°20′ latitudini tat-tramuntana, 63°20′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn nofsinhar sal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana; minn hemm sal-punent sal-meridjan ta' 65°40′ lonġitudini tal-punent. Sub-żona 5 Dik il-parti mill-Żona tal-Konvenzjoni ta' l-NAFO li tinsab lejn il-punent tal-periferija ta' sub-żona 4, lejn it-tramuntana sa parallel ta' 39°00′ latitudni tat-tramuntana u lejn il-lvant tal-meridjan ta' 71°40′ lonġitudini tal-punent. Is-sub-żona 5 hija magħmula minn żewġ taqsimiet: id-diviżjoni 5 Y: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab bejn ix-xtut ta' Maine, New Hampshire u Massachusetts mill-periferija bejn Maine u New Brunswick sa 70°00′ lonġitudini tal-punent fuq Cape Cod (f'madwar 42° latitudini tat-tramuntana) u linja deskritta kif ġej: tibda minn punt fuq Cape Cod f'70° lonġitudini tal-punent (f'madwar 42° latitudini tat-tramuntana), minn hemm tramuntana sa 42°20′ latitudini tat-tramuntana, minn hemm lvant sa 67°18′13,15″ lonġitudini tal-punent fil-periferija tas-sub-żoni 4 u 5; minn hemm matul dik il-periferija sal-periferija tal-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika; id-diviżjoni 5 Z: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab lejn in-nofsinhar u lvant tad-diviżjoni 5 Y. Id-diviżjoni 5 Z hija maqsuma f'żewġ sud-diviżjonijiet: sud-diviżjoni 5 Z e (sud-diviżjoni tal-lvant) : dik il-parti tad-diviżjoni 5 Z li tinsab fil-lvant tal-meridjan ta' 70°00′ lonġtudini tal-punent. Għal skopijiet ta' statistika sud-diviżjoni 5 Z e hija maqsuma f'żewġ sub-unitajiet: sub-unità 5 Z ċ: dik il-parti tas-sud-diviżjoni 5 Z e li tinsab fit-tramuntana tal-linja ġeodetika li tgħaqqad il-punti fejn il-linja ta' ġeografika li turi l-fruntiera bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada minn 42°31′08″ latitudni tat-tramuntana 67°28′05″ lonġitudini tal-punent sa 40°27′05″ latitudni tat-tramuntana 65°41′59″ lonġitudini tal-punent tingħaqad mal-parallel f'42°00′ latitudni tat-tramuntana għal fejn l-estensjoni tagħha tingħaqad mal-meridjan f'65°40′ lonġitudini tal-punent; sub-unità 5 Z u: dik il-parti ta' diviżjoni 5 Z li tinsab fin-nofsinhar tal-linja ġeografika li tgħaqqad il-punti fejn il-linja ġeografika li tgħaqqad il-punti li juru l-fruntiera bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada minn 42°31′08″ latitudni tat-tramuntana 67°28′05″ lonġitudini tal-punent to 40°27′05″ latitudni tat-tramuntana 65°41′59″ lonġitudini tal-punent jiltaqa' mal-parallel f'42°00′ latitudni tat-tramuntana sa fejn l-estensjoni tiegħu tiltaqa' mal-meridjan f'65°40′ lonġitudini tal-punent; sud-diviżjoni 5 Z w (sud-diviżjoni tal-majjistral) : dik il-parti tad-diviżjoni 5 Z li tinsab fil-punent tal-meridjan ta' 70°00′ lonġitudini tal-punent. Sub-żona 6 Dik il-parti miż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO li tmiss ma' linja li tibda f'punt fuq ix-xatt ta' Rhode Island f'71°40′ lonġitudini tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar għal 39°00′ latitudni tat-tramuntana, minn hemm għal-lvant għal 42°00′ lonġitudini tal-punent, minn hemm għan-nofsinhar għal 35°00′ latitudni tat-tramuntana, minn hemm għall-punent għax-xatt ta' l-Amerika ta' Fuq, minn hemm għat-tramuntana matul ix-xatt ta' l-Amerika ta' Fuq sa punt fuq Rhode Island f'71°40′ lonġitudini tal-punent. Is-sub-żona 6 hija magħmula minn tminn diviżjonijiet: id-diviżjoni 6 A: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana ta' parallel ta' 39°00′ latitudni tat-tramuntana u fuq il-punent tas-sub-żona 5; id-diviżjoni 6 B: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fil-punent ta' 70°00′ latitudni tal-punent, għan-nofsinhar tal-parallel ta' 39°00′ latitudni tat-tramuntana, u min-nofsinhar u mill-punent ta' linja li tgħaddi lejn il-punent matul il-parallel of 37°00′ latitudni tat-tramuntana sa 76°00′ lonġitudini tal-punent; minn hemm għan-nofsinhar sa Cape Henry, Virginia; id-diviżjoni 6 Ċ: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fil-punent ta' 70°00′ lonġitudini tal-punent u n-nofsinhar tas-sud-diviżjoni 6 B; dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana u lejn il-punent ta' sub-żona 5; id-diviżjoni 6 D: dik il-parti tas-sub-żona lejn il-lvant ta' diviżjonijiet 6B u 6Ċ u lejn il-punent ta' 65°00′ londġitudini tal-punent; id-diviżjoni 6 E: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab lejn il-lvant ta' diviżjoni 6 D u lejn il-punent ta' 60°00′ lonġitudni tal-punent; dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 39°00′ latitudini tat-tramuntana u lejn il-punent tas-sub-żona 5; id-diviżjoni 6 F: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fil-lvant ta' diviżjoni 6 E u lejn il-punent ta' 55°00′ lonġitudni tal-punent; id-diviżjoni 6 G: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fil-lvant ta' diviżjoni 6 F u għall-punent ta' 50°00′ lonġitudni tal-punent; id-diviżjoni 6 H: dik il-parti tas-sub-żona li tinsab fil-lvant ta' diviżjoni 6 G u għall-punent ta' 42°00′ lonġitudni tal-punent. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV DEFINIZZJONIJIET U KODIFIKAR LI GĦANDHOM JINTUŻAW FL-GĦOTI TA' L-INFORMAZZJONI TAL-QBID (a) LISTA TA' IRKAPTU TAS-SAJD/KATEGORIJI TA' BASTIMENT TAS-SAJD (mill-Klassifikazzjoni ta' l-Istatistika Standard Internazzjonali ta' Irkaptu tas-Sajd [ISSCFG]) Kategoriji | Taqsira | Gangmi Gangmi tal-Qiegħ —gangmi tat-tmun | TBB | —gangmi tal-lontra (ġenb jew poppa mhux speċifikati) | OTB | —gangmi tal-lontra (ġenb) | OTB1 | —gangmi tal-lontra (poppa) | OTB2 | —gangmi ta' bit-tnejn (żewġ bastimenti) | PTB | —gangmi tal-gambli | TBS | —gangmi tal-krustaċeji | TBN | —gangmi tal-qiegħ (mhux speċifikati) | TB | Gangmi tal-Baxx —gangmi tal-lontra (ġenb jew poppa mhux speċifikati) | OTM | —gangmi tal-lontra (ġenb) | OTM1 | —gangmi tal-lontra (poppa) | OTM2 | —gangmi ta' bit-tnejn (żewġ bastimanti) | PTM | —gangmi tal-gambli | TMS | —gangmi tal-baxx (mhux speċifikati) | TM | Gangmi tal-lontra doppji | OTT | Gangmi ta' bit-tnejn (żewġ bastimenti) [mhux speċifikati] | PT | Gangmi tal-lontra (mhux speċifikati) | OT | Gangmi oħrajn (mhux speċifikati) | TX | Tartaruni Tartaruni tal-bajja | SB | Tartaruni tad-dghajjes jew bastimenti | SV | —Tartaruni Daniżi | SDN | —Tartaruni Skoċċiżi | SSC | —Tartaruni ta' bi tnejn (żewġ bastimenti) | SPR | Tartaruni (mhux speċifikati) | | Xbieki tal-madwar Bix-xlief | PS | —imħaddma minn bastiment wieħed | | —imhaddma minn żewġ bastimenti | PS2 | Bil-lampara | LA | Xbieki tal-garġi u tat-twegħir Xbieki tal-garġi ankrati | GNS | Xbieki tal-garġi tat-tkarkir | GND | Xbieki tal-garġi magħluqin | GNC | Xbieki tal-garġi fissi | GNF | Parit | GTR | Xbieki tal-garġi u parit magħqudin | GTN | Xbieki tal-garġi u tat-twegħir (mhux speċifikati) | GEN | Xbieki tal-garġi (mhux speċifikati) | GN | Snanar u xlief Xlief tat-tul ankrati | LLS | Xlief tat-tul tat-tkarkir | LLSD | Xlief tat-tul (mhux speċifikati) | LL | Xlief tal-id u tal-qasba (mħaddma bl-id) | LHP | Xlief tal-id u tal-qasba (mekkanizzati) | LTM | Xlief tal-qasba | LTL | Snanar u Xlief (mhux speċifikati) | LX | Nases Xbieki tal-libbra weqfin u mikxufin | FPN | Vażett mgħotti | FPO | Terrieħa | FYK | Żgirma | FWR | Xbieki tal-istiva | FSN | Xbieki tal-għoli | FAR | Nases (mhux speċifikati) | FIX | Apparat tal-qiegħ Xbieki mitfugħa | FCN | Apparat tal-Qiegħ (mhux speċifikati) | FG | Talla Talla bil-gangmu | DRB | Talla tal-id | DRH | Taqbid u Feriment Harpun | HAR | Xketti Xketti li jinġarru | LNP | Xketti mħaddma mid-dgħajjes | LNB | Xketti weqfin imħaddma mill-art | LNS | Xketti (mhux speċifikati) | LN | Magni tal-ħsad Pompi | HMP | Talla mekanizzata | HMD | Magni tal-ħsad (mhux speċifikat) | HMX | Apparat ieħor | MIS | Apparat mhux magħruf | HK | (b) DEFINIZZJONIJIET GĦAL MIŻURI DWAR ĦIDMIET TAS-SAJD GĦALL-KATEGORIJI GĦAT-TGĦAMIR Fejn ikun possibbli għandhom jitniżżlu tliet livelli ta' preċiżjoni ta' ħidma tas-sajd. Il-Kategorija A Tagħmir tas-sajd | Kejl tal-ħidma | Definizzjoni | Xbieki tal-Madwar (bix-Xlief) | Numru ta' Tqegħid | Numru ta' drabi li l-apparat ġie imqiegħed jew mitfugħ, sew jekk is-sajda tkun saret kif ukoll jekk le. Din il-miżura hija importanti meta d-daqs tas-sajda u l-ippakjar huwa relatat ma' l-abbundanza tal-qabda jew it-tqegħid huwa magħmul b'mod irregolari. | Tartaruni tal-bajja | Numru ta' tqegħid | Numru ta' drabi lill-apparat ġie imqiegħed jew mitfugħ, minkejja li s-sajda setgħet saret jew le. | Tartaruni tad-dgħajjes | Numru ta' siegħat jistadu | Numru ta' siegħat lit-tartarun ghamel fil-baħar waqt is-sajda. | Gangmi | Numru ta' siegħat | Numru ta' siegħat lill-gangmu għamel fil-baħar (baħar baxx), jew fil-qiegħ (gangmu tal-qiegħ), waqt is-sajda. | Talla bil-gangmu | Numru ta' siegħat jistadu | Numru ta' siegħat lit-talla kienet fil-qiegħ waqt is-sajda. | Xbieki tal-garġi (ankrati jew tat-tkarkir) | Numru ta' unità użati fl-isforz | Tul tax-xbieki f'kejl ta' 100 metru l-waħda multiplikat bin-numru ta' tqegħid magħmul (= tul totali akkumulat f'metri ta' xbieki użzat fi żmien stabbilit diviż b'100). | Xbieki tal-garġi (fissi) | Numru ta' unità użati fl-isforz | Tul tax-xbieki f'kejl ta' 100 metru l-waħda multiplikat bin-numru ta' drabi li x-xbieki ġew imnaddfa. | Nases (xbieki tal-libbra mikxufa) | Numru ta' unità użati fl-isforz | Numru ta' ġranet ta' sajd multiplikat bin-numru ta' unità użat. | Vażetti mgħottija u terrieħa | Numru ta' unità użati fl-isforz | Numru ta' drabi li x-xbieki ġew merfugħin multiplikat bin-numru ta' unità (numru tal-qabda fi żmien stabbilit). | Xlief tat-tul (ankrati jew tat-tkarkir) | Eluf ta' snanar | Numru ta' snanar tas-sajda multiplikat bi żmien stabbilit diviż b'mija. | Xlief tal-id (bil-qasba eċċ.) | Numru ta' ġranet bix-xlief | Numru ta' xlief użati fi żmien stabbilit. | Ħarpun | | (Irraporta livelli ta' ħidma B u Ċ biss), | Il-Kategorija B Numru ta' jiem mistada: in-numru ta' jiem li fihom ikun sar is-sajd. Għal dawk is-sajdiet li fihom it-tiftix huwa parti sostanzjali mill-ħidma tas-sajd, il-jiem li fihom ikun sar tiftix imma mhux sajd għandhom jidħlu mad-data ta' "jiem mistada". Il-Kategorija Ċ Għal numru ta' jiem fuq l-art b'żjieda ma' jiem għas-sajd u għat-tfittxija għandhom jidħlu wkoll il-jiem l-oħra kollha waqt li l-bastiment ikun fuq l-art. Perċentwal ta' l-isforz stmat (sforz fuq l-iskala) Billi miżuri ta' sforz relatat jistgħu ma jkunux disponibbli għall-qabda kollha, il-perċentwal ta' l-isforz li jkun ġie stmat għandu jiġi indikat. Dan jiġi kkalkulat minn: × 100 Qabda totali (ċ) KATEGORIJI TA' DAQS TAL-BASTIMENTI (mill-Klassifikazzjoni ta' l-Istatistika Standard Internazzjonali tal-Bastimenti tas-Sajd [ISSCFV]) Kategoriji ta' tunnellaġġ Kategorija ta' tunnellaġġ gross | Kodiċi | | | 0– | 49,9 | 02 | 50– | 149,9 | 03 | 150– | 499,9 | 04 | 500– | 999,9 | 05 | 1000– | 1999,9 | 06 | 2000– | 99999,9 | 07 | mhux magħruf | 00 | (d) SPEĊI EWLENIN IMFITTXIJA Din hija l-ispeċi li għaliha kien dirett b'mod prinċipali s-sajd. Madankollu, tista' ma jikkorrispondix ma' l-ispeċi li kienet tifforma l-ikbar biċċa tal-qabda. L-ispeċi għandha tkun indikata bl-użu ta' 3-alpha identifier (ara l-Anness I). -------------------------------------------------- L-ANNESS V FORMAT GĦALL-GĦOTI TA' DATA FUQ MEZZI MANJETIĊI (a) MEZZ MANJETIKU Tapes tal-kompjuter: | Tape ta' disa tracks b'densità ta' 1600 jew 6250-BPI u EBCDIC ta' kodifika ta' ASCII, preferibbilment bit-tikkettjar. Jekk ikollu l-ittikkettjar, għandu jiġi inkluż it-tmiem tal-file. | Floppy discs Diski floppy: | Formatjati għall-MS-DOS, diski 3,5″ 720 K jew 1,4 Mbyte jew diski 5,25’’ 360 K jew 1,2 Mbyte. | (b) FORMAT TAL-KODIFIKA Għas-sottomissjonijiet rikjesti mill-Artikolu 2.1(a) Numru ta' Bytes | Oġġett | Rimarki | 1 sa 4 | Pajjiż (ISO 3-alpha Code) | eż. FRA = Franza | 5 sa 6 | Sena | eż. 90 = 1990 | 7 sa 8 | Arja tas-Sajd Ewlenija skond il-FAO | 21 = Majjistral tal-Atlantiku | 9 sa 15 | Diviżjoni | ez. 3 Pn = NAFO sub-diviżjoni 3 Pn | 16 sa 18 | Speċi | 3-alpha identifier | 19 sa 26 | Qabda | tunnellati | Għas-sottomissjonijiet rikjesti mill-Artikolu 2.1(b) Numru ta' Bytes | Oġġett | Rimarki | 1 sa 4 | Pajjiż | ISO 3-alpha Code (eż. FRA = Franza) | 5 sa 6 | Sena | eż. 94 = 1994 | 7 sa 8 | Xahar | eż. 01 = Jannar | 9 sa 10 | Arja tas-Sajd Ewlenija skond il-FAO | 21 = Majjistral tal-Atlantiku | 11 sa 18 | Diviżjoni | ez. 3 Pn = NAFO sub-diviżjoni 3 Pn: alpha — numerika | 19 sa 21 | Speċi ewlenin imfittxija | 3-alpha identifier | 22 sa 26 | Bastiment/apparat kategorija | Kodiċi ISSCFG (eż. OTB2 = gangmu tal-lontra tal-qiegħ): alpha — numerika | 27 sa 28 | Klassi tad-daqs tal-bastiment | Kodiċi ISSCFV (eż. 04 = 150-499.9 GT): alpha — numerika | 29 sa 34 | Medja tat-tunnellaġġ sħiħ | Tunnellati: numeriku | 35 sa 43 | Medja tas-saħħa tal-magna | Kilowatts: numeriku | 44 sa 45 | Persentaġġ tal-isforz stmat | Numeriku | 46 sa 48 | Unità | 3-alpha identifier għall-ispeċi jew identifier tal-isforz (eż. COD = Bakkaljaw A — = Kejl tal-isforz A) | 49 sa 56 | Data | Qabda (f'tunnellati) jew unità ta sforz | Notamenti: (a) Il-kaxxi kollha numeriċi għandhom ikunu taħt xulxin min-naħa tal-lemin bl-ewwel kaxxa titħalla vojta. L-oqsma alfanumeriċi kollha għandhom ikunu taħt xulxin fuq in-naħa tax-xellug l-kaxex ta' wara għandhom jitħallew vojta. (b) Is-sajda għandha tiġi reġistrata fl-ekwivalenti tal-piż ħaj tal-qabdiet mtella 'l-art lejn l-eqreb tunnellata metrika (ċ) Kwantitajiet (bytes 49 sa 56) ta' anqas minn nofs unità għandhom jiġu reġistrati bħala "- 1". (d) Kwantitajiet mhux magħrufa (bytes 49 sa 56) għandhom jiġu reġistrati bħala "- 2". (e) Kodiċijiet tal-pajjiżi (kodiċi ISO): Il-Belġju | BEL | Id-Danimarka | DNK | Franza | FRA | Il-Ġermanja | DEU | Il-Greċja | GRC | L-Irlanda | IRL | L-Italja | ITA | Il-Lussemburgu | LUX | L-Olanda | NLD | Il-Portugall | PRT | Spanja | ESP | Ir-Renju Unit | GBR | L-Ingilterra u Wales | GBRA | L-Iskozja | GBRB | L-Irlanda ta' Fuq | GBRC | --------------------------------------------------