Official Journal L 182 , 24/07/1993 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0045
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1987/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2(4) tiegħu; Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 [2] jispeċifika l-istadju li fih għandha titwettaq iċ-ċertifikazzjoni u jipprovdi il-kondizzjonijiet li dwarhom il-prodotti tal-ħop jistgħu ikunu proċessati ulterjorment; Billi trab ta’ ħops iżomerizzat u linja sħiħa ta’ prodotti ġodda iżomerizzati, użati qabel jew wara l-istadju ta’ fermentazzjoni u li, mill-punt tal-kompożizzjoni kimika jaqgħu bejn trab tal- ħops iżomerrizzat u estratt iżomerizzat tal-ħops, akkwistaw ċerta mportanza fuq is-suq; billi l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni mhix ċara, tagħmel il-marketing tagħhom diffiċili; billi dawn il-prodotti, bħal fil-każ ta’ estratti iżomerrizzati tal- ħops, tilfu l-parti l-kbira tal-karatteristiċi marbuta mal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, jagħmlu l-identifikazzjoni ta’ l-oriġini tagħhom impossibbli, ukoll bl-użu ta’ tagħmir tal-laboratorju sofistikat; billi dawn il-prodotti għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ eċċezzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 1784/77; Billi, fl-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża, it-trattament tal-ħops wara l-ħsad huwa tradizzjonalment differenti minn dak ta’ partijiet oħra tal-Komunità fis-sens illi, fuq irziezet numerużi li jipproduċu l- ħops it-tindif u t-tnixxif tal-bidu tal-kon huwa mwettaq fl-istess żmien tad-dħin u ppressar fi trab, it-tagħmir eżistenti ma jippermettix is-separazzjoni taż-żewġ stadji; billi din il-proċedura, iżda, ma tikkonformax mal-leġislazzjoni tal-Komunità, li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjoni għandha sseħħ qabel kull proċessar; billi, biex jippermetti lill-produtturi li jifirxu l-investiment tagħhom matul perijodu addattat, perijodu trażitorju itwal minn dak li għalih jipprovdi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2239/91 tas-26 ta’ Lulju 1991 dwar miżuri tranżitorji applikabbli fis-settur tal-ħop wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja [3], li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 1992, għandu jistipula, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1784/77 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1: (a) il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 meta jinħasdu fil-Komunità jew meta preparati minn dawk il-prodotti li jkunu jew ġew maħsuda fil-Komunità jew importati minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Regolament, bl-eċċezzjoni ta’: (a) ħops maħsud fuq art li tkun proprjetà tal-birrerija u wżat minn dik il-birrerija fl-istat naturali jew proċessat; (b) estratt tal-ħops iżomerizzat; (ċ) trab tal-ħops iżomerizzat; (d) lista ta’ prodotti iżomerizzati għandha titħejja skond il-proċedura li għaliha jirreferi l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71; (e) prodotti derivati mill-ħops u proċessati b’kuntratt għan-nom tal-birrerija, sakemm dawk il-prodotti jkunu wżati mill-birrerija nnifisha; (f) ħops u prodotti derivati mill-ħops imqiegħda f’pakketti għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu tagħhom. Il-prodotti li għalihom jirreferu f’(a) sa (f) għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kontroll li għandha tiġi stabbilita."; (b) dan li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 3: "Mingħajr preġudizzju għall-limitu ta’ żmien imniżżel hawn fuq, għall-ħops imkabbra fit-territorju tal-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża, preparati u proċessati fl-irżieżet li jipproduċu ħops li għalih jirreferi l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament u sal-31 ta’ Diċembru 1995, iċ-ċertifikazzjoni tista’ titwettaq wara l-ipproċessar tal-ħops f’trab iżda qabel kull proċessar ieħor, sakemm tista’ tiġi garantita konformità mal-ħtiġijiet minimi tas-suq li għaliha jirreferi l-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru No 890/78. ċertifikazzjoni għat-trab tal-ħops proċessat fl-irziezet fuq imsemmija għandha titwettaq fiċ-ċentri ta’ ċertifikazzjoni fit-territorju tal-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża."; 2. l-Anness li jidher fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied mar-Regolament (KEE) Nru 1784/77. Artikolu 2 Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Iżda, d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(1)(b) għandhom japplikaw b’effett mill-1 ta’ Jannar 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1993. Għall-Kunsill A. Bourgeois Il-President [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3124/92 (ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 1). [2] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1605/91 (ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, p. 14). [3] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS Irziezet li dwarhom iċ-ċertifikazzjoni tista’ titwettaq wara l-ipproċessar fi granules: LAND TAS-SASSONJA: | Borthen | Stockhausen | Kohren-Sablis | LAND TAS-SASSONJA-ANHALT: | Rottmersleben | Irrleben | Osterweddingen | Langenweddingen | Oschersleben | Harsleben | LAND TA' THÜRINGIA: | Großfahner | Bad Tennstedt | Gräfentonna | Heringen | Nordshausen | Straußfurt | Kindelbrück | Großbrembach | Westerengel | Großnehrich | Hohenebra | --------------------------------------------------