Official Journal L 172 , 15/07/1993 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1891/93 tat-12 ta' Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3759/92 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti tas-sajd u akwakultura u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], billi d-domanda tal-Komunità għal, u importazzjoni ta', surimi (ġelatina ta' proteina maħsula u stabilizzata magħmula minn ħut maċinat) u preparazzjonijiet ta' surimi, maħsuba għal konsum dirett, dejjem żdiedet matul dawn l-aħħar snin; billi l-produzzjoni ta' surimi mill-Komunità u l-produzzjoni ta' surimi kibret fl-importanza pass pass flimkien ma' normi internazzjonli; billi l-esperjenza wriet li għalkemm xi speċi differenti ta' ħut b'kontenut baxx ta' xaħam jista' jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni ta' surimi, identifikazzjoni speċifika tal-materja prima li attwalment qiegħda tintuza mhuwiex possibbli minħabba l-karatteristiċi finali tas-surimi u l-preparazzjonijiet tas-surimi; billi fil-preżent la s-surimi u anqas il-preparazzjonijiet tas-surimi mhuma identifikabbli bħala prodotti bla ħsara għar-regolamenti tal-politika komuni dwar is-sajd stabbilita bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 3759/92 [4]; billi, għal dik ir-raġuni, il-Komunità ma tkunx tista' tissorvelja l-kummerċ f'dawn il-prodotti jew it-tendenza tal-prezzijiet tas-suq u billi għalhekk ir-Regolament għandu jkun kif emendat sabiex hekk jinkludi s-surimi u l-preparazzjonijiet tas-surimi; billi n-nomenklatura tat-tariffi li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 3759/92 hija inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni u emenda minħabba f'hekk għandha ssir għar-Regolament (KEE)u 58/87 [5], ADOTTAT DAWN IR-REGOLAMENTI LI ĠEJJIN: Artikolu 1 Is-Subintestaturi li ġejjin għandhom jiġu inseriti fl-Anness VII mar-Regolament (KEE) Nru 3759/92 u fl-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87: "Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju | Unità supplimentari | Perċentwali awtonoma (%) ta' levy AGR | Perċentwali (%) konvenzjonali | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 03049005 | - Surimi | 15 | 15 | - | - - Oħrajn | | | | 16042005 | - Preparazzjoni ta' surimi | 25 | 20 | - | - - Oħrajn" | | | | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-12 Lulju 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt [1] ĠU158, tal- 25.6.1992, p. 21. [2] ĠU C 2, tal-15.3.1993, p. 175. [3] ĠU C 32, tas-16.12.1992, p. 25. [4] ĠU C 88, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 697/93 (ĠU C 76, tat-30.3.1993, p. 12). [5] ĠU C 56, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir- REGOLAMENT (KEE) Nru) Nru 01/93 (ĠU C 04, tad-29.4.1993, p. 28). --------------------------------------------------