31993R1764



Official Journal L 162 , 03/07/1993 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0212
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0212


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1764/93

tat-30 ta' Ġunju, 1993,

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 dwar għajnuna ekonomika għal ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kumissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/93 [3] jipprovdi għal operazzjonijiet ta' għajnuna ta' natura ekonomika u umanitarja b'appoġġ għall-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

Billi l-Annex ta' dak ir-Regolament għandu lista tal-pajjiżi li jistgħu jirċievu għajnuna bħal din;

Billi ċ-Ċekoslovakkja ġiet xolta fl-1 ta' Jannar, 1993, u fl-istess waqt ġew stabbiliti żewġ pajjiżi sovrani ġodda, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka;

Billi l-Annex tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 għandu jkun emendat biex tkun żgurata l-kontinwità ta' l-arranġamenti msemmija f'dak ir-Regolament għar-repubbliki suċċessuri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annex tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 qiegħed hawn ikun emendat kif ġej:

1. għandhom jidħlu l-pajjiżi li ġejjin: ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka;

2. ir-referenza għaċ-"Ċekoslovakkja" għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1993.

Għall Kunsill

Il-President

S. Bergstein

[1] ĠU C 110, ta' l-20.4.1993, p. 16.

[2] ĠU C 176, tat-28.6.1993.

[3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11, kif emendat l-aħħar bir-Regulament (KEE) Nru 2334/92 (ĠU L 227, tal-11.8.1992, p.1).

--------------------------------------------------