31993R1248



Official Journal L 127 , 25/05/1993 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0219
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0219


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1248/93

tal-24 ta’ Mejju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2252/92 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskema speċjali tal-lampun intenzjonat biex jiġi proċessat

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1991/92 tat-13 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi skema speċjali għall-lampun intenzjonat biex jiġi proċessat [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

billi l-Artikolu 8 tar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2252/92 [2], kif emendat mir- Regolament (KEE) Nru 839/93 [3], jippreskrivi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-approvazjoni tal-programmi sottomessi minn organizzazjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti u li la darba jkunu appruvati ma jistgħux jiġu riveduti; billi issa jidher li huwa xieraq li wieħed jintroduċi din l-għażla għal dawk l-aspetti tal-programm marbutin mar-riċerka u studji sabiex wieħed ikun jista’ jqis informazjoni xjentifika u teknika ġdida;

billi skond l-Artikolu 11(1) ta’ l-imsemmi Regolament l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna waħda biss fis-sena fi żmien xahrejn wara t-tmiem tas-sena tal-marketing għal xogħol imwettaq waqt is-sena tal-marketing in kwestjoni; billi dan it-terminu taż-żmien huwa twil meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja ta’ l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi; billi għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjonijiet sabiex l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jiġu sottomessi fit-tmiem tas-żewġ nofsijiet tas-sena tal-marketing;

billi l-miżuri stipulati f’dan ir- Regolament huma skond l-opinjoni ta’- Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR- REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir- Regolament (KEE) Nru 2252/92 qiegħed bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jinbidel kif ġej:

1. Il-punt (d) qiegħed jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 8(3):

"(d) Fit-tmiem ta’ perijodu minimu ta’ sentejn mid-data ta’ meta jiġi approvat il-programm, il-miżuri jistgħu jiġu riveduti skond l-istess proċedura li tintuża għall-approvazzjoni inizjali.

Il-programm jista’ jiġi rivedut darbtejn biss l-iktar u f’kull każ wieħed irid jikkunsidra r-riżultat tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 5 hawn isfel."

2. Il-Paragrafi 1, 2 u 3 ta’ l-Artikolu 11 huma mibdula b’dan li ġej:

"1. Sabiex ikunu jistgħu jiksbu għajnuna Komunitarja għall-programm tagħhom li tgħin lis-settur li jipproduċi l-lampun għall-iproċessar isir iktar kompetittiv, l-organiżżazzjonijiet ta’ produtturi li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità nazzjonali kompetenti fit-tmiem ta’ kull nofs tas-sena tal-marketing.

2. Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi skond l-Anness III fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta’ kull nofs tas-sena tal-marketing, u magħha għandhom jiġu mhemużin kull ifattura u kull dokument ekwivalenti li għandhom x’jaqsmu max-xogħol li jkun sar.

3. Il-finanzjament ta’ l-ispejjeż li jkunu intefqu fuq miżuri implimentati konġuntament minn bosta organizzazjonijiet ta’ produtturi għandu jinqasam fost dawk l-organiżżazzjonijiet u għandu jkun daqs l-ispiża li tkun saret waqt kull nofs sena in kwestjoni."

3. L- l-Artikolu 12 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 12

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, wara li jkunu raw l-applikazjonijiet għall-għajnuna u d-dokumenti tal-provi preżentati biex jappoġġaw l-applikazzjoni, għandhom iħallsu, fiż-żmien it-tlett xhur wara li tkun ġiet sottomessa l-applikazjoni għall-għajnuna, l-għajnuna mgħotija mill-Istat Membru u mill-Komunità skond l-Artikolu 6(3) tar- Regolament (KEE) Nru 1991/92."

Artikolu 2

Dan ir- Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Mejju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 199, tat-18.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 219, ta’ l-4.8.1992, p. 19.

[3] ĠU L 88, tat-8.4.1993, p. 18.

--------------------------------------------------