31993R0183

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 183/93 tad-29 ta’ Jannar 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristici taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi rilevanti ta’ l-analiżi

Official Journal L 022 , 30/01/1993 P. 0058 - 0068
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0054
CS.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
ET.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
HU.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
LT.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
LV.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
MT.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
PL.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
SK.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367
SL.ES Chapter 3 Volume 13 P. 357 - 367


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 183/93

tad-29 ta’ Jannar 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristici taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi rilevanti ta’ l-analiżi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 li jwaqqaf l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2046/92 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEEC) Nru 2568/91 [3], skond kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3288/92 [4], jiddefinixxi l-karatteristici tat-tipi diversi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u l-metodi rilevanti ta’ l-analiżi; billi r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jemenda wkoll in-noti addizzjonali 2, 3 u 4 tal-Kapitolu 15 tan-nomenklatura konġunta kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [5], kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2505/92 [6];

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, il-metodi ta’ l-analiżi jridu jiġu adatti jew stabbiliti b’iktar preciżjoni f’certi każi; billi, sar ukoll evidenti li rriżultaw żbalji fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91;

Billi, minħabba studji li qed isiru, il-perjodu li fih l-Istati Membri Mejju jistgħu jużaw metodi testjati, il-metodi ta’ l-analiżi nazzjonali xjentifikament validi għandhom ikunu estiżi;

Billi, minħabba żviluppi fir-ricerka, il-karatteristici taż-żejt taż-żebbuġa kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91, għandhom ikunu aġġustati sabiex jassiguraw aħjar il-purità tal-prodotti li jkunu marketed u biex tipprovdi għall-metodu rilevanti ta’ l-analiżi;

Billi, biex jippermetti l-introduzzjoni tal-mezzi meħtieġa biex japplikaw il-metodu l-ġdid, id-dħul tiegħu fis-seħħ għandu jkun differit għall-ftit xhur;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu għalhekk ikun emendat;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:

1. fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3 ‘31 ta’ Diċembru 1992’ hu sostitwit bi ‘28 ta’ Frar 1993’;

2. L-Artikolu 5 hu mibdul b’dan li ġej:

"‘L-Artikolu 5

In-noti addizzjonali 2, 3 u 4 tal-Kapitolu 15 ta’ Nomenklatura Konġunta kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [7] huma mibdula bit-test li jinsab fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.";

3. l-Annessi huma emendati kif muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regoalment għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, punt 10 ta’ l-Anness japplika mill-1 ta’ Lulju 1993 għaż-żejt taż-żebbuża ippakjat minn dik id-data.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 215, 30.7.1992, p. 1.

[3] ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.

[4] ĠU L 327, 13.11.1992, p. 28.

[5] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

[6] ĠU L 267, 14.9.1992, p. 1.

[7] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Fil-lista ta’ l-Annessi, it-titolu ta’l-Anness IV jinbidel għal: Determinazzjoni tal-kontenut tax-xama bil-kolonna kapillari tal-likwidu ggassat kromotografat.

2. Fis-sunt, it-titolu ta’ l-Anness XIII "Prova li seħħ raffinament’ hija sostitwita b’Newtralizzazzjoni u dekolorizzazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-laboratorju"

3. L-ewwel tabella fl-Anness I hi mibdula bit-tabella li ġejja:

"M = massimu, m = minimu.

[1] [2]

"Notamenti:

"Iż-żejt għandu jiġi skartat jekk wieħed mill-karatteristici tiegħu qiegħed barra mil-limiti imposti.'"

"Tip | Aċidità meq % | Peroxide value meq O2/kg % | Halogemated solvents mg/kg % [1] | Waxes mg/kg % | Saturated fatty acids fit-2 pożizzjoni tat- triglyceride % | Erythiodiol + Uvaol % | Trilinolein % | Cholesterol % | Brassicasterol % | Campesterol % | Stigmasterol % | Betasitosterol % [2] | Delta-7-stigmasterol % | Total sterols mg/kg % |

1.Żejt extra-verġni | M 1,0 | M 20 | M 0,20 | M 250 | M 1,3 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

2.Żejt extra-verġni | M 2,0 | M 20 | M 0,20 | M 250 | M 1,3 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

3.Żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju | M 3,3 | M 20 | M 0,20 | M 350 | M 1,3 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

4.Żejt taż-żebbuġa verġni lampante | > 3,3 | > 20 | > 0,20 | M 350 | M 1,3 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | — | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

5.Żejt taż-żebbuġa raffinat | M 0,5 | M 10 | M 0,20 | M 350 | M 1,5 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

6.Żejt taż-żebbuġa | M 1,5 | M 15 | M 0,20 | M 350 | M 1,5 | M 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1000 |

7.Fdal taż-Żejt taż-żebbuġa mhux maħdum | m 2,0 | — | — | — | M 1,8 | m 12 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | — | m 93,0 | M 0,5 | m 2500 |

8.Fdal taż-żejt taż-żebbuġa raffinat | M 0,5 | M 10 | M 0,20 | — | M 2,0 | m 12 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1800 |

9.Fdal taż-żejt taż-żebbuġa | M 1,5 | M 15 | M 0,20 | > 350 | M 2,0 | > 4,5 | M 0,5 | M 0,5 | M 0,2 | M 4,0 | < Camp. | m 93,0 | M 0,5 | m 1800 |

4. In-nota tal-qiegħ li ġejja hija miżjuda mat-tieni tabella fl-Anness I:

"Għall-għan li tkun stabbilita l-purità, fejni K270 jeccedi l-limitu għall-kategorija interessata, din għandha terġa’ tiġi stabbilita wara li jerġa’ jsir kisi bl-alumina."

5. Fl-Anness II, il-punt 1.5 in fine, il-kliem "taż-żewġ kalkulazzjonijiet" huma sostitwiti bil-kliem "ta’ żewġ kalkulazzjonijiet".

6. Fl-Anness IV, punt 5.1.1, il-kliem "jew żejt taż-żerriegħa" huma mħassra.

7. Fl-Anness IV, punt 5.2.2, l-ewwel żewġ sentenzi huma mibdula b’dawn li ġejjin: "Soluzzjoni ta’ 65": 35 bil-volum ta’ hexane u ethyl ether huma introdotti fil-kamra ta’ l-iżvilupp għall-fond approssimattiv ta’ 1 ċm. [3].

8. Fl-Anness IV, punt 5.4.5.2.u punt 6, in-numru "100" hu sostitwit b’ "1000" u l-kliem "f’millimetri kwadri" huma mħassra.

9. Fl-Appendici għall-Anness IV, il-figura 1 hi mibdula b’dan li ġej:

+++++ TIFF +++++

10. l-Anness IV hu mibdul bit-test u d-dijagramma li ġejjin:"

L-ANNESS IV

DETERMINAZZJONI TAL-KONTENUT TAX-XAMA PERMEZZ TAL-KOLONNI KAPILLARI TAL-GASS-LIKWIDU KROMATOGRAFAT

1. GĦAN

Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xama ta’ ċerti xaħmijiet u żjut, taħt kondizzjonijiet ta’ testijiet.

Dan jista’ jintuża b’mod partikolari biex issir distinzjoni bejn iż-żejt taż-żebbuġa miksub permezz ta’ pressar u dak miksub permezz ta’ l-estrazzjoni (żejt taż-żebbuġa magħsur).

2. PRINĊIPJU

Żieda ta’ standard intern addattat għax-xaħam jew iż-żejt, imbagħad frazzjonar permezz tal-kromotagrafija fuq hydrated silica gel column. Irkuprar tal-frazzjon miksub l-ewwel taħt il-kondizzjonijiet tat-test (li l-polarità tiegħu hija inqas minn dik ta’ triglycerides), imbagħad analiżi diretta b’kolonna kapillari ta’ kromotografija ta gass-likwidu.

3. APPARAT

3.1. 25-ml Erlenmeyer flask.

3.2. Kolonna tal-ħġieġ għal kromotagrafija, 15 mm djametru intern u 30-40 ċm twila.

3.3. Gass-likwidu kromotografiku addattat b’kolonna kapillari, armat b’sistema għall-intoduzzjoni diretta fil-kolonna li fiha dan li ġej:

3.3.1 Forn kontrollat bit-termostat għall-kolonni, kapaċi li jżomm it-temperatura mixtieqa għal 1 °C.

3.3.2. Injettur kiesaħ għal introduzzjoni diretta fil-kolonna.

3.3.3. Flame-ionization detector u converter-amplifier.

3.3.4. Recorder-integrator kapaci li jaħdem bil-converter-amplifier (3.3.3.), rata ta’ respons ta’ inqas minn sekonda, b’velocità tal-karta varjabbli.

3.3.5. Kolonna kapillari, ħġieġ jew fused silico, 10 sa 15 m twil 0,25 sa 0,32 mm dijametru intern, miksi internament b’ SE-52 jew SE-54 likwidu jew ekwivalenti, għall-ħxuna uniformi ta’ 0.10 sa 0,30 mm.

3.4. Mikrosiringa b’facilitajiet għall-kapacità ta’ injezzjonijiet on-column 10 ml, fornut b’labra case-hardened.

4. REAGENTS

4.1. Silica gel, 70/230 mesh, oġġett 7754 Merck.

Poġġi l-ġel fil-forn f’temperatura ta’ 500 °C għal erba’ siegħat. Ħallih jiksaħ, imbagħad żid 2 % ilma. Ħawwad sew it-taħlita omoġenizzata. Ħalli fid-dlam għal mill-inqas 12 -il siegħa qabel użu.

4.2. n-hexane, għal kromatografija

4.3. Ethyl ether, għal kromatografija.

4.4. n-heptane, għal kromatografija.

4.5. Soluzzjoni standard ta’ lauryl arachidate, f’ 0,1 % (m/v) fil-hexane (internal standard).

4.6. Carrier gas: idroġenu, pur, għall-gass-likwidu kromotografiku.

4.7. Gassijiet awżiljarji:

- idroġenu, pur, għal gas-likwidu kromotografiku,

- arja, pura, għal gas-likwidu kromotografija.

5. PROĊEDURA

5.1. Separazzjoni tal-frizzjoni tax-xama.

5.1.1 5.1.1. Preparazzjoni tal-kolonna kromotografika.

Issospendi 15 g ta’ silica gel hydrated ta’ 2 % f’ anhydrous n-hexane u introduċi fil-kolonna.

Ħallih joqgħod spontanjament. Kompli it-tqegħid bl-għajnuna ta’ shaker elettroniku biex tagħmel il-banda kromotografika iktar omoġenja.. Saffi 30-ml n-hexane biex tneħħi l-impuritajiet.

5.1.2. Kolonna kromotografika

Iżen eżattament 500 mg tal-kampjun fi flask ta’ 25-ml, u żid ammont xieraq ta’ standard intern, skond il-kontenut tax-xama, eż. żid 0,1 mg lauryl arachidate fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa u 0,25 sa 0,5 mg fil- każ ta’ żejt imsaffi.

Ittrasferixxi l-kampjun ippreparat għall-kolonna kromotografika, ippreparat skond 5.1., bil-għajnuna ta’ żewġ 2-ml porzjonijiet ta’ n-hexane.

Ħalli s-solvent inixxi sa 1 mm ’il fuq mill-ogħla livell ta’ l-assorbent. Imbagħad ibda elution kromotografika; iġbor 140 ml ta’ taħlita ta’ n-hexane/ethyl ether, at 99: 1, b’rata ta’ madwar 15-il taqtira kull 10 sekondi (2,1 ml/minuta).

Nixxef il-frazzjoni riżultanti f’evaporatur li jdur sakemm kważi s-solvent kollu jiġi eliminat. Neħħi l-aħħar 2 jew 3 ml ta’ solvent bl-għajnuna ta’ kurrent debboli ta’ nitroġenu, imbagħad żid 10 ml n-heptane.

5.2. Analiżi ta’ gass-likwidu kromatografiku

5.2.1. Proċedura preliminari, ikkundizzjonar ta’ kolonna.

5.2.1.1. Waħħal il-kolonna mal-gass-likwidu kromatografu, u għaqqad il-parti ta’ ġewwa mas-sistema fuq il-kolonna u l-parti ta’ barra mad-detector.

Iċċekkja l-apparat gass-likwidu kromatografiku (operazzjoni ta’ gas loops, detector u efficjenza tar-recorder, eċċ.).

5.2.1.2. Jekk il-kolonna qed tintuża għall-ewwel darba, huwa aħjar jekk titlaħlaħ sew. Għaddi nixxija rqiqa ta’ gass fil-kolonna, imbagħad ixgħel l-apparat tal-gass-likwidu kromatografiku. Bil-mod saħħan sa temperatura ta’ mill-inqas 20 °C ogħla mit-temperatura operattiva(nota). Żomm din it-temperatura għal mill-inqas sagħtejn, imbagħad irregola l-apparat għall-kondizzjonijiet operattivi (irregola n-nixxija tal-gass, ixgħel fjamma, qabbad ma’ recorder elettroniku, irregola t-temperatura tal-forn għall-kolonna, irregola d-detector, eċċ.). Irrekordja s-sinjal fi stat sensittiv mill-anqas darbtejn ogħla minn dak meħtieġ biex tagħmel l-analiżi.. Il-base-line għandha tkun lineari, mingħajr ebda tip ta’ truf, u jrid ikollha xi tip ta’ devjazzjoni.

Devjazzjoni negattiva rettilineari tindika li l-irbit tal-kolonna mhumiex korretti; devjazzjoni pożittiva tindika li l-kolonna ma ġietx magħmula f’kondizzjoni kif suppost.

Nota:

Ħalli t-temperatura kondizzjonata f’kull ħin mill-inqas 20 °C taħt it-temperatura massima specifikata għall-eluent użat

5.2.2. Għażla tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

5.2.2.1. Il-kondizzjonijiet tax-xogħol ġeneralment huma kif ġej:

- temperatura tal-kolonna: 80 °C għall-ewwel, togħla bi 30 °C/minuta sa 120 °C, imbagħad ipprogrammata biex tiżdied b’ 5 °C/minuta sa 340 °C,

- detector temperature: 350 °C,

- veloċità lineari ta’ carrier gas: idroġenu, 20 sa 35 ċm/sek,

- sensittività ta’ l-istrument: 4 sa 16-il darba attenwazzjoni minima,

- sensittività tar-recorder: 1 sa 2 mV, mill-qiegħ ta’ skala,

- velocità tal-karta: 30 ċm/siegħa,

- ammont injettat: 0,5-1 ml soluzzjoni.

Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jiġu modifikati biex jaqblu mal-karatteristici tal-kolonna u l-apparat tal-gass-likwidu kromatografiku (biex jinkiseb chromotograms li josservaw dawn il-kondizzjonijiet: żmien ta’ retenzjoni’ C32 standard intern irid ikun ta’ 25 ± 2 minuti u l-ogħla punt rappreżentattiv tax-xama jrid ikun bejn 60 u 100 % mill-qiegħ ta’ l-iskala).

5.2.2.2. Stabbilixxi l-parametri ta’ l-integrazzjoni ta’ l-ogħla punt b’tali mod li tikseb evalwazzjoni korretta tal-punti għoljin ikkunsidrati.

5.2.3. Esekuzzjoni ta’ l-analiżi

5.2.3.1. Tella’ 1 ml tas-soluzzjoni bl-għajnuna ta’ siringa żgħira ta’ l-10; daħħal il-ġewwa l-piston sakemm il-labra tiżvojta. Introduċi l-labra fis-sistema ta’ l-injezzjoni u injetta malajr wara sekonda jew tnejn. Wara madwar ħames sekondi, oħroġ il-labra bil-mod.

5.2.3.2. Agħmel ir-recording sakemm ix-xama hija kompletament imneħħija.

Il-linja bażi trid dejjem tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa (5.2.1.2).

5.2.4. Identifikazzjoni ta’ l-ogħla punt

Identifika l-ogħla ponot mill-ħinijiet tar-retenzjoni billi tikkomparahom mat-taħlit tax-xama bi żminijiet magħrufa ta’ retenzjoni, analizzati taħt l-istess kondizzjonijiet.

Figura 1 tagħti l-kromatogramma tax-xama taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

5.2.5. Analiżi kwantitattiva

5.2.5.1. Istabbilixxi l-postijiet ta’ l-ogħla ponot li jikkorrispondu ma’ l-istandard intern u l-aliphatic esters minn C40 sa C46 bl-għajnuna ta’ integratur.

5.2.5.2. Stabbilixxi l-kontenut tax-xama ta’ kull wieħed mill-esters, f’ mg/kg ta’ xaħam, skond il-formula:

ester (mg/kg)=

A

m

100

fejn:

Ax = area tal-ponta ta’ kull ester;

As = area tal-ponta tal-lauryl arachidate;

ms = massa tal-ponta tal-lauryl arachidate miżjuda f’milligrammi;

m = massa tal-kampjun meħud għall-għarfien tiegħu, fi grammi.

6. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Agħti l-kontenut differenti tax-xama u s-somma ta’ dawk il-kontenuti, f’ mg/kg ta’ xaħam.

APPENDIĊI

Determinazzjoni tal-veloċità tal-gass lineari

Injetta minn 1 sa 3 μl metanu (propane) fl-apparat kromatografiku tal-gass likwidu, wara li tirregolah għall-kondizzjonijiet normali tax-xogħol. Żomm kont tal-ħin li l-gass jieħu biex jgħaddi mill-kolonna, mill-mument li jiġi injettat sakemm tintlaħaq il-quċċata (tM).

Il-veloċità lineari f’ ċm/sek. hija mogħtija bil-formola L/tM fejn L huwa t-tul tal-kolonna, f’ċm, u tM huwa l-ħin imkejjel f’sekondi.

+++++ TIFF +++++

"

11. Fl-Anness V, punt 4.11., "5 %" huwa sostitwit bi "2 %".

12. Fl-Anness V, punt 5.1.1., l-ewwel subparagrafu, "żejt taż-żerriegħa jew" hu mħassar.

13. Fl-Anness V, punt 5.1.1., it-tielet subparagrafu, "żjut jew xaħmijiet ta’ l-annimali jew veġetali" hu sostitwit bi "żjut".

14. Fl-Anness V, punt 5.1.1. in fine, hu miżjud dan li ġej:

"jew betulinol ikollu jintuża minflok cholestanol."

15. Fl-Anness V, punt 5.4.5.2., "f’millimetri kwadri" hija mħassra.

16. Fl-Anness VI, punt 6., "f’millimetri kwadri" hija mħassra.

17. Fl-Anness IX, punt 3.4. huwa mibdul b’dan li ġej:

"3.4. Kolonna kromatografika li għandha l-parti ta’ fuq twila 270 mm u dijametru ta’ 35 mm u l-parti t’isfel twila 270 mm u dijametru ta’ madwar 10 mm."

18. Fl-Anness IX, punt 4.1., it-tieni indent huwa mħassar.

19. Fl-Anness XIII, it-Titolu "Prova li ir-raffinament seħħ" huwa mibdul f’dan li ģej "Newtralizzazzjoni u dekolorizzazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-laboratorju".

20. L-Anness XIV hu mibdul b’dan li ġej:

"

ANNESS XIV

NOTI ADDIZJONALI 2, 3 U 4 GĦAL KAPITLU 15 TAN-NOMENKLATURA KOMBINATA

2. A. A. Nru 1509 u 1510 ikopru biss iż-żjut li jirriżultaw biss mit-trattament tal-ħajjiet, il-karatteristici analitici tal-kompożizzjoni aċida u ta’ l-isterol li huma dawn li ġejjin:

M = minimu

M = Massimu

[1] [2]

Tabella I: Kompożizzjoni aciduża ta' grass bħala perċentwali totali tal-aċidi bil-grass | Tabella II: Kompożizzjoni ta' l-isterol bħala perċentwali ta' l-isterols kollha |

Aċidu Myristic | M 0,1 | Cholesterol | M 0,5 |

Aċidu Linolenic | M 0,9 | Brassicasterol | M 0,2 |

Arachidic | M 0,7 | Campesterol | M 4,0 |

Aċidu Eicosanoic | M 0,5 | Stigmasterol [1] | < Campesterol |

Aċidu Behenic | M 0,3 | Betasitosterol [2] | m 93,0 |

Aċidu Lignoceric | M 0,5 | Delta-7-stigmastzerol | M 0,5 |

Nri 1509 u 1510 ma jkoprux iż-żejt taż-żebbuġa kimikament mibdul (b’mod partikolari ż-żejt taż-żebbuġa re-esterifikat) u taħlit taż-żejt taż-żebbuġa ma’ żjut oħra. Il-preżenza taż-żejt taż-żebbuġa re-esterifikat jew ta żjut oħra hi aċċertata billi jintużaw il-metodi mniżżla fl-Annessi V, VIII, X A u X B tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

B. L-intestatura 150910 tkopri biss żjut taż-żebbuġ definiti f’Taqsimiet I u II t’hawn taħt miksuba biss bl-użu ta’ mezzi mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra taħt kondizzjonijiet, u b’mod partikolari taħt il-kondizzjonijiet termali, li ma jikkawżawx deterjorazzjoni taż-żejt, u li m’għaddew minn ebda trattament ħlief ħasil, tiswib, ċentrifugazzjoni jew filtrazzjoni. Żjut miksuba miż-żebbuġ li jużaw solvents jaqgħu taħt l-intestatura 1510.

I. I.Għall-fini ta’ l-intestatura 15091010, żejt taż-żebbuġa verġni lampante, hi x’inhi l-aċidità tiegħu, ifisser li ż-żejt taż-żebbuġa flimkien ma’

(a) il-kontenut ta’ alkohol alifatiku li ma jeċċedix 400 mg/kg;

(b) kontenut ta’ l-erythrodical u ta’ l-uvaol li ma jeċċedix 4,5 %;

(ċ) kontenut f’aċti grassi saturati fil-pożizzjoni 2 fit-triglycerides li ma jeċċedix 1,3 %

u/jew

(d) is-somma ta’ transoleic isomers inqas minn 0,10 % u s-somma ta’ translinolenic isomers inqas minn 0,10 %;

(e) waħda jew iktar minn dawn il-karatteristici:

(i) numbru perjodiku li jeċċedi 20 meq 02/kg;

(ii) kontenut f’volatile ħaloganated solvents li jeccedu 0,1 mg/kg għal kwalunkwe solvent wieħed;

(iii) K270 (100) extinction coefficient ogħla minn 0,250 u, wara t-trattament taż-żejt ma’ alumina attivata, mhix ogħla minn 0,11. Fil-fatt xi ftit żjut li għandħom kontenut nieqes minn acidi grassi,espressi f’aċtu ta’ żejt, ta’ aktar minn 3,3 g kull 100 g jistgħu, wara li jgħaddu minn alumina attivata, skond il-metodu stabbilit fl-Anness IX tar- Regolament (KEE) Nru 2568/91, jista’ jkollhom K270 extinction coefficient ogħla minn 0,10. Jekk dan ikun minnu, wara n-newtralizzazzjoni u d-dekolorizzazzjoni fil-laboratorju, skond il-metodu stabbilit fl-Anness XIII għar-regolament imsemmi aktar ’il fuq, dawn għandhom ikollhom dawn il-karatteristiċi:

- aK270 extinction coefficient mhux ogħla minn 1,20,

- varjazzjoni ta’ extinction coefficient (Delta K), fir-reġjun ta’ 270nm, ogħla minn 0,01 iżda mhux għola minn 0,16, i.e.:

Delta K = Km – 0,5 (Km-4 + Km + 4)

Km = l-extinction coefficient tal-punta tal-kurva assorbitiva fir-reġjun ta’ 270 nm,

Km-4 en Km + 4 = l-extinction coefficients fil-wavelengths ta’ 4 nm iktar baxx u ogħla mill-wavelength Km;

(iv) karatteristi organolettiċi li jinkludu difetti li jistgħu jiġu mikxufa li jeċċedu l-limitu ta’ aċċettazzjoni u panel test score inqas minn 3,5 skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

II. Għall-fini ta’ l-intestatura 15091090, żejt verġni jfisser żejt verġni li għandu dawn il-karatteristiċi:

(a) kontenut aċituż, espress bħala aċtu żejtni, li ma jeċċedix 3,3 g kull 100 g;

(b) numbru ta’ peroxide li ma jeċċedix 20 meq attiv 02/kg;

(ċ) kontenut ta’ alkoħol alifatiku li ma jeċċedix 300 mg/kg;

(d) kontenut ta’ volatile halogenated solvents li ma jeċċedix total ta’ 0,2 mg/kg u li ma jeċċedix 0,1 mg/kg għal kull solvent;

(e) K270 extinction coefficient mhux ogħla minn 0,250 u, wara trattament taż-żejt b’alumina attiva, mhux ogħla minn 0,10;

(f) extinction coefficient variation (Delta K), fir-reġjun ta’ 270, mhux ogħla minn 0,01;

(g) karatteristiċi organolettiċi li jistgħu jinkludu difetti li jistgħu jinkixfu fil-limiti ta’ aċċettazzjoni u panel test score ogħla minn 3,5 skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91;

(h) kontenut ta’ erythrodiol u uvaol li ma jeċċedix 4,5 %;

(i) kontenut ta’ aċti ta’ grass saturati fil-pożizzjoni 2 fit-triglycerides li ma jeċċedux;

(j) is-somma ta’ transloeic isomers inqas minn 0,03 %u s-somma ta’ translinoleic + translinolenic isomers inqas minn 0,03 %.

C. Ċ. L-intestatura 15099000 tkopri ż-żejt taż-żebbuġa miksub permezz tat-trattament taż-żjut taż-żebbuġa li jaqgħu taħt l-intestatura 15091010 jew 15091090, kemm jekk ġew jew ma ġewx imħallta maż-żejt taż-żebbuġa verġni, li għandhom dawn il-karatteristiċi:

(a) kontenut aċituż, espress bħala aċtu żejtni, li ma jeċċedix 3,3 g kull 100 g;

(b) kontenut ta’ alkol alifatiku li ma jeċċedix 350 mg/kg;

(ċ) K270 extinction coefficient (100) ogħla minn 0,250 u mhux ogħla minn 1,20 u, wara t-trattament tal-kampjun b’alumina attivata, ogħla minn 0,10;

(d) extinction coefficient variation (Delta K), fir-reġjun ta’ 270 nm, ogħla minn 0,01 u mhux ogħla minn 0,16;

(e) kontenut ta’ erythrodiol u uvaol li ma jeċċedix 4,5 %;

(f) kontenut f’aċti saturati bil-grass fil-pożizzjoni 2 fit-triglycerides li ma jeċċedix 1,5 %;

(g) is-somma ta’ transoleic isomers iktar baxxi minn 0,20 % u s-somma ta’ translinoleic + translinolenic isomers iktar baxxi minn 0,30 %.

D. Għall-fini ta’ l-intestatura 15100010, żjut mhux maħduma tfisser żjut, b’mod partikolari l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa, li għandhom dawn il-karatteristiċi:

(a) kontenut aċituż, li espress bħala aċtu żejtni, ta’ aktar minn 2 g kull 100 g;

(b) kontenut ta’ erythrodiol u uvaol li jeċċedi 12 %;

(ċ) kontenut f’aċti saturati tax-xaħam fil-pożizzjoni 2 fit-triglycerides li ma jeċċedix 1,8 %;

(d) is-somma ta’ transoleic isomers iktar baxxa minn 0,20 % u s-somma ta’ translinoleic + translinolenic isomers iktar baxxi minn 0,10 %.

E. L-intestatura 15100090 tkopri ż-żjut miksuba bit-trattament taż-żjut li jaqgħu fl-intestatura 15100010, kemm jekk ġew jew ma ġewx imħallta maż-żejt taż-żebbuġa verġni, u żjut, li m’għandhomx il-karatteristiċi taż-żjut imsemmija fin-noti addizzjonali 2B, 2Ċ u 2D. Iż-żjut li jinsabu f’din l-intestatura jrid ikollhom kontenut f’aċti saturati bix-xaħam fil-pożizzjoni 2 fit-triglycerides li ma jeċċedix 2 %, tas-somma ta’ transoleic isomers iktar baxxa minn 0,4 % u s-somma ta’ translinoleic + translinolenic isomers iktar baxxi minn 0,35 %.

3. L-intestaturi 15220031 u 15220039 ma jkoprux:

(a) fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi bil-grass li fihom żejt u indici ta’ iodine index stabbilit skond il-metodu msemmi fl-Anness XVI tar- Regolament (KEE) Nru 2568/91, inqas minn 70 jew ogħla minn 100;

(b) fdalijiet li jirriżultaw minn trattament tas-sustanzi bix-xaham li jkun fihom żejt li għandu indici ta’ iodine inqas minn 70 jew ogħla minn 100, li l-ogħla punt tal-massa tagħhom li jirrappreżenta l-volum tar-retenzjoni ta’ Beta-Sitosterol [3], stabbilit skond l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, huwa inqas minn 93 fil-mija tat-total ta’ l-isterol fil-peak areas.

4. Il-metodi analitiċi għall-għarfien tal-karatteristiċi tal-prodotti msemmija iktar ’il fuq huma dawk imniżżla fl-Annessi tar- Regolament (KEE) Nru 2568/91.

"

[1] "Limitu globali massimu ta' "compounds" maqbuda minn "electron capture detectors". Għall-komponenti maqbuda individwalment l-ogħla limitu huwa 0,10 mg/kg.

[2] "Delta-5,23-stigmastadianol + clerosterol + sitosterol + sitostanol + delta-5-avamesterol + delta-5-24 stigmastadienol.

[3] F’dawn il-każijiet specjali, a 95:5 permezz ta’ volume eluent mixture ta’ benżina u acetone jridu jiġu użati biex tinkiseb separazzjoni tajba’.

[1] Kundizzjoni mhix valida għaż-żejt verġni lampante (sottotitolu 15091010) u għall-fdal taż-żejt taż-żebbuġa (sottotitolu 15100010).

[2] Delta-5,23-Stigmastadienol + Chlerosterol + Beta-Sitosterol + Sitostanol + Delta-5-Avenasterol + Delta-5,24-Stigmastadienol

[3] Delta-5,23-Stigmastadienol + Chlerosterol + Beta-Sitosterol + Sitostanol + Delta-5-Avenasterol + Delta-5,24-Stigmastadienol.

--------------------------------------------------