31993L0116

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE li tirrigwardja l-konsum tal-karburant minn vetturi bil-mutur

Official Journal L 329 , 30/12/1993 P. 0039 - 0053
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0093
CS.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
ET.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
HU.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
LT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
LV.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
MT.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
PL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
SK.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306
SL.ES Chapter 13 Volume 012 P. 292 - 306


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE

tas-17 ta' Diċembru 1993

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE li tirrigwardja l-konsum tal-karburant minn vetturi bil-mutur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 li tirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/81/KEE [2] u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-konsum tal-karburant minn vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/491/KEE [4] u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha,

Billi d-Direttiva 80/1268/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jirrigwardjaw is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b'mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jitolbu li kull direttiva separata jkollha mehmuż magħha dokument ta' l-informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta' l-Anness I ta' dik id-Direttiva u wkoll iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip abbażi ta' l-Anness VI sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista' tkun kompjuterizzata;

Billi referenza għandha ssir għad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/59/KEE [6], li tirrigwarda l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-inkwinant ta' l-arja bl-emissjonijiet mill-vetturi bil-mutur, minħabba li dik id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tekniċi w amministrattivi li japplikaw ukoll għal din id-Direttiva;

Billi, in vista ta' aktar impenn dwar l-effetti ambjentali ta' l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-ħames programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent kif approvat mill-Kunsill fis-16 ta' Diċembru 1992 jipprovdi għall-istabilizzazzjoni ta' mira ta' dawn l-emissjonijiet; billi huwa meħtieġ li jkunu detterminati l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ta' vetturi żgħar bil-magna fil-qafas ta' l-approvazzjoni tat-tip; billi huwa xieraq li l-kejl tad-diossidu tal-karbonju jkun bażat fuq il-proċedura tat-test stabbilit bid-Direttiva 70/220/KEE dwar il-kejl tas-sustanzi ta' vetturi bil-mutur li jniġġzju l-arja, u konsegwentament għal kalkolazzjoni tal-konsum tal-karburant fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawk il-kejl;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 80/1268/KE għandha tkun emendata kif ġej:

1. It-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE rigward l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-karburant minn vetturi bil-mutur."

;

2. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta' vettura, jew jiċħad jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' vettura, fuq il-bażi li tirrigwardja l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-karburant minn din il-vettura jekk il-figuri ta' l-emissjonijiet u l-konsum ikunu ġew detterminati bi qbil ma' l-Annessi I u II u jkunu elenkati f'dokument mogħti lis-sid tal-vettura fil-waqt tax-xiri bil-manjiera u l-għamla deċiża minn kull Stat Membru.";

3. L-Annessi għandhom ikunu mibdula bl-Annessi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' April 1994, l-Istati Membri ma jistgħux fuq bażi li tirrigwardja l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-karburant:

- jiċħdu, fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura bil-magna, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

- jew- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

jekk il-figuri ta' l-emissjoni u tal-konsum ikunu ġew iddeterminati bi qbil mal-ħtiġiet tad-Direttiva 80/1268/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Jannar 1996, l-Istati Membri:

- m'għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, u

- jistgħu jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal xi tip ta' vettura fuq il-bażi li tirrigwardja l-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-karburant jew il-figuri ta' l-emissjoni u tal-konsum ma jkunux ġew determinati bi qbil mal-ħtiġiet tad-Direttiva 80/1268/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

3. B'effett mill-1 ta' Jannar 1997, l-Istati Membri:

- għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jistgħu jiċħdu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati biċ-ċertifikat tal-konformità bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE,

fuq bażi li tirrigwardja l-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-karburant jekk il-figuri ta' l-emissjoni u tal-konsum ma jkunux ġew determinati bi qbil mal-ħtiġiet tad-Direttiva 80/1268/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 1994. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 264, 23.10.1993, p. 49.

[3] ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36.

[4] ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.

[5] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.

[6] ĠU L 186, 28.7.1993, p. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS I

DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TA' CO2 U TAL-KONSUM TAL-KARBURANT

1. FIRXA TA' APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għall-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u għall-konsum tal-karburant tal-vetturi bil-mutur kollha tal-kategorija M1.

2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE permezz ta' l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' vettura f'dak li jirrigwardja l-enissjonijiet CO2 u l-konsum tal-karburant għandhom ikunu preżentati mill-manifattur.

2.2. Mudell tad-dokument ta' l-informazzjoni huwa mogħti f'L-Anness II, tad-Direttiva 70/220/KEE: Meta diġa disponibbli, in-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip għandu wkoll ikun irrapurtat. Meta xieraq, kopji ta' l-approvazzjonijiet tat-tip l-oħrajn flimkien mad-dettalji relevanti huma provduti sabiex jiffaċilitaw l-approvazzjonijiet bi qbil mal-punt 11. Fuq talba tas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet jew tal-manifattur, informazzjoni teknika komplimentarja tista' tkun meqjusa għal vetturi speċifiċi li huma partikolarment effettivi fil-konsum tal-karburant.

2.3. Għat-test deskritt fil-punt 6 ta' dan l-Anness, vettura rapreżentattiva tat-tip ta' vettura biex tkun approvata għandha tkun preżentata meta s-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip iwettaq it-testijiet huwa nnifsu. Matul it-test, is-servizz tekniku għandu jivverifika li din il-vettura tkun konformi mal-valuri limitanti applikabli għal dak it-tip, kif deskritt fid-Direttiva 70/220/KEE, kif modifikata skond l-aħħar emenda tagħha.

3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jkunu mwettqa, l-approvazzjoni tat-tip KE permezz ta' l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun mogħtija.

3.2. Mudell taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip huwa mogħti f'L-Anness II.

3.3. Numru ta' l-approvazzjoni bi qbil ma' l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lill-tip ieħor ta' vettura.

4. ĦTIĠIET ĠENERALI

4.1. L-emissjonijiet CO2 huma mkejjla matul iċ-ċiklu tat-test li jissimula l-imħieba tas-sewqa urban u extra-urban kif deskritt f'Appendiċi 1 ta' l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE [1].

4.2. Ir-riżultati tat-test għandhom ikunu espressi bħala emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fi g/km imqarrba lejn l-eqreb numru sħiħ.

4.3. Il-konsum tal-karburant huwa kkalkolat skond il-punt 7 mil-metodu tal-bilanċ tal-karbonju li jgħamel użu mill-emissjonijiet ta' CO2 u ta' l-emissjonijiet relatati l-oħrajn tal-karbonju (CO u HC). Ir-riżultati għandhom ikunu mqarrba lejn l-ewwel post deċimali.

4.4. Test tal-karburant

Il-karburant xierqa ta' referenza kif definiti f'L-Anness VIII tad-Direttiva 91/441/KEE għandhom ikunu wżati għall-ittestjar.

Għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni msemmija fil-punt 4.3, il-karatteristiċi li ġejjin tal-karburant għandhom ikunu wżati:

(a) densità: imkejla fuq il-karburant tat-test skond ISO 3675 jew metodu ekwivalenti;

(b) it-relattività ta' l-idroġenu – karbonju: valuri fissi għandhom ikunu wżati li huma 1,85 għal gasoline (petrol) u 1,86 għal diesel.

5. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

5.1. Il-vettura tat-test

5.1.1. Il-vettura għandha tkun preżentata f'kondizzjoni mekkanika tajba. Din trid li tkun għaddiet mir-run in u misjuqa mill-anqas għal 3000 kilometru, imma anqas minn 15000 kilometru, qabel it-test.

5.1.2. Is-settings tal-magna u tal-kontrolli tal-vettura għandhom ikunu dawk kif preskritti mill-manifattur. Din il-ħtieġa tapplika wkoll, partikolarment fis-settings ta' stennija, għal-apparat tal-istartjar fil-kiesaħ u għas-sistema tal-kontroll ta' l-emissjoni tal-gas tal-inkwinant mill-exhaust.

5.1.3. Il-laboratorju jista jivverifika li l-imġieba tal-vettura tkun kif speċifikata mill-manifattur u li jkun possibbli li tiġu użata fil-kondizzjonijiet normali tas-sewqan, partikolarment l-istartjar fil-kiesaħ u fis-sħun.

5.1.4. Qabel it-test, il-vettura għandha tkun miżmuma f'kamra fejn it-temperatura tibqa' stabbli bejn 293 u 303 K (20 u 30 °C). Dan il-perijodu ta' kondizzjonar għandu jdum mill-anqas sitt sigħat u sal-punt fejn it-temperatura taż-żejt lubrikanti tal-magna u l-likwidu tat-tkessieħ tal-magna jkunu fil-medda ta' ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Fuq talba mill-manifattur, it-test jista' jkun imwettaq fi żmien massimu ta' 30 siegħa wara li l-vettura tkun ġiet użata f'temperatura normali.

Fuq talba mill-manifattur, vetturi bil-magni tal-petrol jistgħu ikunu pre-kondizzjonati skond il-proċedura preskritta fil-punt 5.1.11 ta' l-Anness VI tad-Direttiva 91/441/KEE; vetturi bil-magni ta' compression-ignition jistgħu jkunu pre-kondizzjonati skond il-proċedura deskritta fil-punt 5.3 ta' l-Anness III ta' l-istes Direttiva.

5.1.5. Dak it-tagħmir biss meħtieġ għall-funzjonar tal-vettura għandu jkun operazzjonali waqt it-test. Jekk ikun hemm apparat ikkontrollat manwalment fuq id-dħul tal-kaboratur għas-sħana ta' l-arja, dan għandu jkun fil-pożizzjoni "sajf". Ġeneralment, it-tagħmir awżiljarju meħtieġ għat-tħaddim normali tal-vettura għandu jkun operazzjonali.

5.1.6. Jekk il-fan tar-radiator ikun kontrollat bit-temperatura, dan għandu jkun jopera hekk kif normalment ikun jopera fuq il-vettura. Is-sistema tal-kompartiment tal-passiġġier m'għandhiex tkun topera, l-anqas m'għandha s-sistema ta' l-arja kkondizzjonata, għalkemm il-kompressur tagħha għandu jkun jopera normalment.

5.1.7. Jekk apparat li jiċċarġja l-pressjoni jkun immuntat, dan għandu jkun jopera kif ikun jagħmel normalment.

5.2. Lubrikanti

Il-lubrikanti kollha għandhom ikunu dawk rakkommandati mill-manifattur tal-vettura u għandhom ikunu ndikati fuq ir-rapport tat-test.

5.3. Tyres

It-tyres għandhom ikunu minn dawk it-tipi speċifikati bħala tagħmir oriġinali mill-manifattur tal-vettura, minfuħa sal-pressjoni rakkomandata għal tagħbija u l-veloċitajiet tat-test (aġġustati, meta meħtieġ, għal fuq il-bank tat-test skond il-kondizzjonijiet tat-test). Il-pressjonijiet użati għandhom ikunu kif indikati fir-rapport tat-test.

6. KEJL TA' L-EMISSJONIJIET RELATATI MAL-CO2 U L-KARBONJU

6.1. Ċiklu tat-test

Iċ-ċiklu tat-test huwa deskritt f'Appendiċi 1 ta' l-Anness III tad-Direttiva 91441/KEE li jinkludi kemm il-Parti Wieħed (sewqan urban) u l-Parti Tnejn (sewqan extra-urban). Il-preskrizzjonijiet kollha tas-sewqan li jinsabu f'dan l-Appendiċi għandhom ikunu applikati għall-kejl tas-CO2.

6.2. Definizzjoni

6.2.1. Massa tar-referenza

Il-massa tal-vettura fi stat tajjeb ta' l-operat inqas bil-massa uniformi tax-xufier ta' 75 kg u miżjuda b'massa uniformi ta' 100 kg

6.3. Aġġustamenti tad-dinamometru

6.3.1. L-aġġustamenti tat-tagħbija u ta' l-inertia tad-dinamometru huma determinati kif definit fl-Anness III tad-Direttiva 91/441/KEE bl-eċċezzjoni tal-punt 5.1 u l-Appendiċi II, il-punt 3.3.1.

6.3.2. Għall-iskop tad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet CO2 u l-konsum relatat tal-karburant, il-piż ta' l-inertia użati għall-aġġustament tad-dinamometru għandu jkun magħżul kif ġej:

Massa ta' referenza tal-vettura RW (kg) | Potenza assorbita mid-dinamometru Pa (kW) | Inerzja ekwivalenti I (kg) |

RW ≤ 480 | 3,8 | 455 |

480 < RW ≤ 540 | 4,1 | 510 |

540 < RW ≤ 595 | 4,3 | 570 |

595 < RW ≤ 650 | 4,5 | 625 |

650 < RW ≤ 710 | 4,7 | 680 |

710 < RW ≤ 765 | 4,9 | 740 |

765 < RW ≤ 850 | 5,1 | 800 |

850 < RW ≤ 965 | 5,6 | 910 |

965 < RW ≤ 1080 | 6,0 | 1020 |

1080 < RW ≤ 1190 | 6,3 | 1130 |

1190 < RW ≤ 1305 | 6,7 | 1250 |

1305 < RW ≤ 1420 | 7,0 | 1360 |

1420 < RW ≤ 1530 | 7,3 | 1470 |

1530 < RW ≤ 1640 | 7,5 | 1590 |

1640 < RW ≤ 1760 | 7,8 | 1700 |

1760 < RW ≤ 1870 | 8,1 | 1810 |

1870 < RW ≤ 1980 | 8,4 | 1930 |

1980 < RW ≤ 2100 | 8,6 | 2040 |

2100 < RW ≤ 2210 | 8,8 | 2150 |

2210 < RW ≤ 2380 | 9,0 | 2270 |

2380 < RW ≤ 2610 | 9,4 | 2270 |

2610 < RW | 9,8 | 2270 |

Jekk l-inertia ekwivalenti korrespondenti ma tkunx disponibbli fid-dinamometru, l-akbar valur l-eqreb lejn il-massa ta' referenza tal-vettura, għandu jkun użat.

6.3.3. Meta jkun użat il-metodu alternattiv għall-issettjar tad-dinamometru, il-brake għandu jkun aġġustat skond il-valuri ta' Pa elenkati fit-tabbella ta' hawn fuq.

6.4. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet

6.4.1. Dispożizzjonijiet ġenerali

6.4.1.1. L-emissjonijiet tal-inkwinanti gassużi huma kkalkolati bil-massa ta' din l-ekwazzjoni li ġejja:

M

=

V

· Q

· C

· 10

, (1)

meta:

Mi = il-massa tal-emissjonijiet tal-inkwinant i fi grammi kull kilometru;

V taħlita = il-volum tal-gas iddilwit mill-exhaust espress f'litri kull test u korreġuta għal kondizzjonijiet standard (273,2 K u 101,33 kPa);

Qi = densità tal-inkwinant i fi grammi kull litru fit-temperatura u l-pressjoni normali (273,2 K u 101,33 kPa);

Ci = il-konċentrazzjoni tal-inkwinant i fil-gass iddilwit ta' l-exhaust espress fi ppm (partijiet kull miljun) u kkorreġut bl-ammont tal-inkwinant i li jinsab fl-arja mdewba. Jekk Ċi huwa espress fil-% tal-volum, il-fattur 10 -6 huwa mibdul bi 10 -2;

d = id-distanza misjuqa matul iċ-ċiklu ta' l-operat f'km.

6.4.1.2. Determinazzjoni tal-volum

6.4.1.2.1. Il-kalkolazzjoni tal-volum meta apparat varjabbli tat-trattib b'kontroll kostanti tat-tnixxija fit-toqba tad-dħul jew venturi jekk użati. Irrekordja kontiwament il-parametri li juru t-tnixxija volumetrika, u kkalkola l-volum totali għal matul it-test.

6.4.1.2.2. Il-kalkolazzjoni tal-volum meta pompa pożittiva tat-tneħħija tkun użata. Il-volum tal-gas iddilwit ta' l-exhaust fis-sistemi li jinkludu pompa pożittiva tat-tneħħija huwa kalkolat b'din il-formula li ġejja:

V = V

· N

,

meta:

V = il-volum ta' gass iddilwit ta' l-exhaust espress f'litri kull test (qabel il-korrezzjoni);

Vo = il-volum tal-gass imwassal bil-pompa pożittiva tat-tneħħija bil-kondizzjonijiet tat-test f'litri kull tidwira;

N = in-numru ta' tidwiriet kull test.

6.4.1.2.3. Korrezzjoni għall-volum tal-gas iddilwit ta' l-exhaust f'kondizzjonijiet standard. Il-volum tal-gass iddilwit ta' l-exhaust huwa kkorreġut permezz ta' din il-formula li ġejja:

V

= V · K

·

, (2)

li fiha:

K

=

= 2,6961

K · kPa− 1 (3)

meta:

Pp = il-pressa assoluta fid-dħul tal-pompa pożittiva tat-tneħħija fi kPa;

Tp = it-temperatura medja tal-gass iddilwit ta' l-exhaust li jidħol fil-pompa pożittiva tat-tneħħija matul it-test (K).

6.4.1.3. Il-kalkolazzjoni tal-konċentrati korreġuti tal-inkwinanti fil-borża tal-kampjun

C

= C

− C

1

DF

, (4)

meta:

Ci = il-konċentrazzjoni tal-inkwinant i fil-gass iddilwit ta' l-exhaust, espress f'ppm (partijiet kull miljun) jew il-% tal-volum u kkorreġut bl-ammont i li jinsab fl-arja mdewba.

Ce = il-konċentrazzjoni mkejjla tal-inkwinant i fil-gass iddilwit ta' l-exhaust, espressa fi ppm, jew % volum;

Cd = il-konċentrazzjoni mkejjla tal-inkwinant i fil-arja użata għat-tidwib, espressa fi ppm, jew % volum;

DF = il-fattur tad-dilwizzjoni.

Il-fattur tad-dilwizzjoni huwa kkalkolat kif ġej:

DF =

C

+

10

, (5)

meta:

CCO2 = il-konċentrazzjoni ta' CO2 fil-gass iddilwit ta' l-exhaust li jkun jinsab fil-borża tal-kampjun, espressa f' % volum;

CHC = il-konċentrazzjoni ta' HC fil-gass iddilwit ta' l-exhaust li jkun jinsab fil-borża tal-kampjun, espressa fi ppm ta' l-ekwivalent tal-karbonju;

CCO = il-konċentrazzjoni ta' CO fil-gass iddilwit ta' l-exhaust li jkun jinsab fil-borża tal-kampjun, espressa fi ppm.

6.4.1.4. Eżempju

6.4.1.4.1. Fatti magħrufa

6.4.1.4.1.1. Kondizzjonijiet ambjentali:

temperatura ambjentali: 23 °C = 296,2 °K,

pressjoni barometrika: PB = 101,33 kPa.

6.4.1.4.1.2. Il-volum imkejjel u mnaqqas għall-kondizzjonijiet standard

V = 51961 l

6.4.1.4.1.3. Il-qari ta' l-analiżżatur:

| Exhaust iddilwit | Arja iddilwita |

HC [2] | 92 ppm | 3,0 ppm |

CO | 470 ppm | 0 ppm |

CO2 | 1,6 % volum | 0,03 % volum |

6.4.1.4.2. Kalkolazjoni

6.4.1.4.2.1. Fattur tad-dilwizzjoni (DF) (ara formula 5)

DF =

C

+

10

− 4

DF =

1,6 +

10

− 4

DF = 8,091

6.4.1.4.2.2. Il-kalkolazzjoni tal-konċentrati kkorreġuti tal-inkwinant fil-borża tal-kampjun:

HC – massa ta' l-emissjonijiet (ara l-formulae 4 u 1)

C

= C

− C

1

DF

, (4)

C

= 92 − 3

1

8,091

C

= 89,371 ppm

M

= C

· V

· Q

·

· 10

, (1)

Q

= 0,619

M

= 89,371 · 51961 · 0,619 · 10

·

1d

M

=

g/km

CO2 – massa ta' l-emissjonijiet (ara l-formula 1)

M

= C

· V

· Q

·

· 10

(1)

Q

= 1,25

M

= 470 · 51961 · 1,25 · 10

·

1d

M

=

g/km

CO2 – massa ta' l-emissjonijiet (ara l-formula 1)

C

= C

− C

1

DF

(4)

C

= 1,6 − 0,03

1

8,091

C

= 1,573%

Q

= 1,964

M

= C

· V

· Q

· 10

·

1d (1)

M

= 1,573 · 51961 · 1,964 · 10

·

1d

M

=

g/km

6.4.2. Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw vetturi mgħammra b'magni compression- ignition

HC – kejl għal magni compression-ignition

Il-medja tal-konċentrazzjoni HC li hija wżata fid-determinazzjoni tal-massa HC ta' l-emissjonijiet minn magni compression-ignition hija kkalkolata bl-għajnuna tal-formula li ġejja:

C

=

C

• dt

t

− t

, (7)

meta:

C

• dt

= l-integral tar-rekordjar tal-FID imsaħħan matul il-ħin tat-test)

Ce = il-konċentrazzjoni ta' HC tal-kampjun fil-gass iddilwit ta' l-exhaust huwa kalkolat mit-traċċa HC integrata, f'ppm ta' l-ekwivalent tal-karbonju.

6.5. Interpretazzjoni tar-riżultati

6.5.1. Il-valur CO2 adottat bħala l-valur ta' l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun il-valur iddikjarat mill-manifattur jekk il-valur imkejjel mis-servizz tekniku ma jkunx jeċċedi il-valur iddikjarat b'aktar minn 4 %. Il-valur imkejjel jista jkun aktar baxx mingħajr limitazzjonijiet.

6.5.2. Jekk il-valur imkejjel ta' CO2 jeċċedi il-valur ta' CO2 dikjarat mill-manifattur b'aktar minn 4 %, allura test ieħor għandu jseħħ fuq l-istess vettura.

Meta l-medja taż-żewġ testijiet ma tkunx teċċedi il-valur dikjarat mill-manifattur b'aktar minn 4 %, allura l-valur dikjarat mill-manifattur għandu jkun meqjus bħala l-valur ta' l-approvazzjoni tat-tip.

6.5.3. Jekk il-medja tibqa' teċċedi l-valur iddikjarat b'aktar minn 4 %, test finali għandu jitwettaq fuq l-istess vettura.

Il-medja tat-tlett riżultati tat-testijiet hija meqjusa bħala l-valur ta' l-approvazzjoni tat-tip.

7. KALKOLAZZJONI TAL-KONSUM TAL-KARBURANT

7.1. Il-konsum tal-karburant huwa kalkolat mill-emissjonijiet ta' l-idrokarburi, l-monossidu tal-karbonju u d-diossidu tal-karbonju kalkolati skond paragrafu 6.

7.2. Il-konsum tal-karburant esperess f'litri kull 10 km huwa kalkolat bl-użu ta' dawn il-formulae:

(a) għal vetturi b'magna li taħdem bil-petrol:

FC =

0,273 · CO

2

(b) għal vetturi b'magna li taħdem bid-diesel:

FC =

0,273 · CO

2

meta:

FC = il-konsum tal-karburant f'litri kull 10 km;

HC = l-emissjonijiet imkejjla ta' l-idrokarburi fi g/km;

CO = l-emissjonijiet imkejjla tal-monossidu tal-karbonju fi g/km;

CO2 = l-emissjonijiet imkejjla tad-diossidu tal-karbonju fi g/km;

D = id-densita tal-karburant tat-test.

8. EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

8.1. Fil-każ ta' emendi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija permezz ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu applikabbli.

9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-CO2

9.1. Bħala regola ġenerali, miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni f'dak li jirrigwardja l-emissjonijiet CO2 minn vetturi huma mkejjla fuq il-bażi tad-deskrizzjoni taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip kif elenkat f'L-Anness II ta' din id-Direttiva u bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Jekk l-awtorità ma tkunx sodisfatta bil-proċedura ta' l-awditjar tal-manifattur, allura l-punti 2.4.2 u 2.4.3 ta' l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu applikabbli.

9.1.1. Jekk vettura tat-tip ikollha waħda jew aktar estenzjonijiet, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-vettura(i) deskritta fil-pakkett ta' l-informazzjoni li jakkumpanja l-ewwel applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

9.1.1.1. Konformità tal-vettura għal test dwar il-CO2.

9.1.1.1.1. Tlett vetturi huma meħuda mis-serje mingħajr ordni partikolari u huma ttestjati kif deskritt fil-paragrafu 6 ta' dan l-Anness.

9.1.1.1.2. Jekk l-awtorità hija sodisfatta bid-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-manifattur, bi qbil ma' l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE, it-testijiet ikunu mwettqa bi qbil mal-punt 9.2 ta' dan l-Anness.

Jekk l-awtorità mhix sodisfatta bid-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-manifattur, bi qbil ma' l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE, it-testijiet ikunu mwettqa skond il-punt 9.3 ta' dan l-Anness.

9.1.1.1.3. Il-produzzjoni ta' serje hija meqjusa bħala konformi jew mhux-konformi, fuq il-bażi tat-testijiet ta' tlett vetturi bħala kampjun, la darba deċiżjoni li jkunu għaddew (aċċettati) jew weħlu (miċħuda) tkun meħuda għal CO2, skond il-kriterja tat-test applikata fit-tabella xierqa.

Jekk l-ebda deċiżjoni li jkunu "għaddew" u/jew l-ebda deċiżjoni li jkunu "weħlu" ma tkun meħuda għal CO2, test għandu jkun imwettaq fuq vettura addizzjonali (ara l-Figura I/8).

+++++ TIFF +++++

FIGURA I/8

9.1.1.2. Minkejja l-ħtiġiet tal-punt 5.1.1 ta' dan l-Anness, it-testijiet għandhom jitwettqa fuq vetturi li ma jkunux ivvjaġġaw xi distanza.

9.1.1.2.1. B'dana kollu, fuq talba tal-manifattur, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq vetturi li jkunu għaddew mir-running-in ta' 15000 km.

F'dan il-każ, il-proċedura tar-running-in għandha tkun imwettqa mill-manifattur li għandu jimpenja ruħu li ma jagħmilx xi aġġustamenti fuq dawk il-vetturi.

9.1.1.2.2. Jekk il-manifattur jitlob li jwettaq il-proċedura tar-running-in (‘x' km, meta x = 15000 km), din tista tkum imwettqa kif ġej:

- l-emissjoni tas-CO2 tkun imkejla f'żero u fi ‘x' km fuq l-ewwel vettura ttestjata (li tista tkun il-vettura ta' l-approvazzjoni tat-tip),

- l-evoluzzjoni tal-koeffiċjent ta' l-emissjoni bejn żero u ‘x' km għandha tkun ikkalkolata kif ġej:

EC =

Emissions 'x' kmEmissions zerokm

Tista tkun anqas minn ‘wieħed',

- il-vetturi li ġejjin ma jeħtieġux li jkunu suġġetti għall-proċedura tar-running-in, imma l-emissjonijiet żero tagħhom għandhom ikunu mmodifikati bl-evoluzzjoni tal-koeffiċjent, KE.

F'dan il-każ, il-valuri miġbura għandhom ikunu:

- il-valur ‘x' għall-ewwel vettura,

- il-valuri f'żero km immoltiplikati bl-evoluzzjoni tal-koeffiċjent ta' dawn il-vetturi:

9.1.1.2.3. Bħala alternattiva ta' din il-proċedura, il-manifattur tal-karozza jista jiffissa evoluzzjoni tal-koeffiċjent KE ta' 0,92 u jimmoltiplika il-valuri kollha ta' CO2 imkejla f'żero km b'dan il-fattur.

9.1.1.2.4. Il-karburant referenza deskritti f'L-Anness VII tad-Direttiva 91/441/KEE għandhom ikunu wżati għal dan it-test

9.2. Konformità tal-produzzjoni meta l-informazzjoni statistika tal-manifattur tkun disponibbli

9.2.1. Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddiskrivu l-proċedura li għandha tkun użata għal verifika tal-konformità tal-CO2 tal-ħtiġiet tal-produzzjoni meta id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni tal-manifattur tkun sodisfaċenti.

9.2.2. B'daqs minimu ta' kampjun ta' tlett vetturi, il-proċedura tal-kampjonar hija stabbilita hekk li l-probabbilità li lott jgħaddi mit-test b' 40 % tal-produzzjoni difettuża tkun ta' 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabbilità tal-lott li jkun aċċettat bi 65 % tal-produzzjoni difettuża ikun 0,1 (ir-riskju tal-konsumatura = 10 %).

9.2.3. Din il-proċedura li ġejja hija wżata (ara l-Figura I/8).

Ħalli L, tkun il-logaritmu naturali tal-valur CO2 tat-tip approvat:

xi = il-logaritmu naturali tal-kejl għall-vettura numru… (numru kardinali) tal-kampjun;

s = estimi tal-devjazzjoni standard tal-produzzjoni (wara li jittieħed il-logaritmu naturali tal-kejl);

n = in-numru kurrenti tal-kampju.

9.2.4. Ikkalkola għal-kampjun, it-test statiku li jikkwantifika s-somma tad-devjazzjonijiet standard sal-limitu u definit bħala:

i =1nL − xi

9.2.5. Imbagħad:

- jekk it-test statiku jkun akbar min-numru tad-deċiżjoni ‘għadda' għad-daqs tal-kampjun kif mogħti fit-Tabella I/—/9.2.5, deċiżjoni ‘għadda' tkun meħuda,

- jekk it-test statiku jkun anqas min-numru tad-deċiżjoni ‘weħel' għad-daqs tal-kampjun kif mogħti fit-Tabella I/—/9.2.5, deċiżjoni ‘weħel' tkun meħuda,

- altrimentri, vettura addizzjonali tkun ittestjata skond il-punt 6 ta' dan l-Anness u l-proċedura tkun applikata fuq il-kampjun b'unità waħda oħra.

TABELLA I/–/9.2.5

Id-daqs tal-kampjun (numru kumulattiv tal-vetturi ttestjati) | Aċċettata Deċiżjoni Nru | Miċħuda Deċiżjoni Nru |

(a) | (b) | (ċ) |

3 | 3,327 | — 4,724 |

4 | 3,261 | — 4,790 |

5 | 3,195 | — 4,856 |

6 | 3,129 | — 4,922 |

7 | 3,063 | — 4,988 |

8 | 2,997 | — 5,054 |

9 | 2,931 | — 5,120 |

10 | 2,865 | — 5,185 |

11 | 2,799 | — 5,251 |

12 | 2,733 | — 5,317 |

13 | 2,667 | — 5,383 |

14 | 2,601 | — 5,449 |

15 | 2,535 | — 5,515 |

16 | 2,469 | — 5,581 |

17 | 2,403 | — 5,647 |

18 | 2,337 | — 5,713 |

19 | 2,271 | — 5,779 |

20 | 2,205 | — 5,845 |

21 | 2,139 | — 5,911 |

22 | 2,073 | — 5,977 |

23 | 2,007 | — 6,043 |

24 | 1,941 | — 6,109 |

25 | 1,875 | — 6,175 |

26 | 1,809 | — 6,241 |

27 | 1,743 | — 6,307 |

28 | 1,677 | — 6,373 |

29 | 1,611 | — 6,439 |

30 | 1,545 | — 6,505 |

31 | 1,479 | — 6,571 |

32 | — 2,112 | — 2,112 |

9.3. Konformità tal-produzzjoni meta l-informazzjoni statistika tal-manifattur ma tkunx disponibbli.

9.3.1. Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddeskrivu l-proċedura li għandha tkun użata għal verifika tal-konformità tas-CO2 tal-ħtiġiet tal-produzzjoni meta l-evidenza tad-devjazzjoni standard tal-produzzjoni tal-manifattur tkun jew mhux sodisfaċenti jew inkella mhux disponibbli.

9.3.2. B'daqs minimu ta' kampjun ta' tlett vetturi, il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni hija stabbilita hekk li l-probabbilità li lott jgħaddi mit-test b' 40 % tal-produzzjoni difettuża tkun ta' 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 %), waqt li l-probabbilità tal-lott li jkun aċċettat bi 65 % tal-produzzjoni difettuża ikun 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 %).

9.3.3. Il-kejl ta' CO2 huwa meqjus li jkun il-log normali distribwit u għandu l-ewwel ikunu trasformat billi jittieħdu il-logaritmi naturali. Ħalli m0 u m jindikaw il-qisien minimi u massimi rispettivi tal-kampjun (m0 = 3 and m = 32) u ħalli n juri b'għelm in-numru kurrenti tal-kampjun.

9.3.4. Jekk il-logaritmi naturali tal-kejl fis-serje huma x1, x2,…, xj u L, tkun il-logaritmu naturali tal-valur CO2 tat-tip approvat, allura mbagħad iddiffenixxi:

d

= x

− L

d

=

d

j

u:

V

=

j = 1ndj − d-n2

9.3.5. d

-n/Vn u għandha tintu\a sabiex tistabbilixxi jekk is-serje tkuns għaddiet jew weħlitx kif ġej:

Għal m0 ≤ n≤ m:

- d

-n/Vn ≤ An,

- d

-n/Vn ≥ Bn,

- kejjel darba oħra jekk An <

d

/Vn < Bn

9.3.6. Rimarki

Il-formulae rikorrenti li ġejjin huma wżati għal kompjutizzazzjoni tal-valuri suċċessivi tat-test statiku:

d

=

1

n

d

− 1 +

d

n

V

=

1

n

V

− 1 +

d

− d

n2n − 1

n = 2, 3,…; d

= d

; V1 = 0

TABELLA I/-/9.3.5

Id-daqs tal-kampjun (numru kumulattiv tal-vetturi ttestjati) n | Aċċettata Deċiżjoni Nru An | Miċħuda Deċiżjoni Nru Bn |

(a) | (b) | (ċ) |

3 | — 0,80381 | 16,64743 |

4 | — 0,76339 | 7,68627 |

5 | — 0,72982 | 4,67136 |

6 | — 0,69962 | 3,25573 |

7 | — 0,67129 | 2,45431 |

8 | — 0,64406 | 1,94369 |

9 | — 0,6175 | 1,59105 |

10 | — 0,59135 | 1,33295 |

11 | — 0,56542 | 1,13566 |

12 | — 0,5396 | 0,9797 |

13 | — 0,51379 | 0,85307 |

14 | — 0,48791 | 0,74801 |

15 | — 0,46191 | 0,65928 |

16 | — 0,43573 | 0,58321 |

17 | — 0,40933 | 0,51718 |

18 | — 0,38266 | 0,45922 |

19 | — 0,3557 | 0,40788 |

20 | — 0,3284 | 0,36203 |

21 | — 0,30072 | 0,32078 |

22 | — 0,27263 | 0,28343 |

23 | — 0,2441 | 0,24943 |

24 | — 0,21509 | 0,21831 |

25 | — 0,18557 | 0,1897 |

26 | — 0,1555 | 0,16328 |

27 | — 0,12483 | 0,1388 |

28 | — 0,09354 | 0,11603 |

29 | — 0,06159 | 0,0948 |

30 | — 0,02892 | 0,07493 |

31 | — 0,00449 | 0,05629 |

32 | — 0,03876 | 0,03876 |

10. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

10.1. Fil-futur, vetturi b'teknoloġiji speċjali ta' l-effiċċjenza tal-karburant jistgħu jkunu offruti hekk li jistgħu ikunu preżentati għall-programmi komplimentarji tat-testijiet. Dawn ikunu speċifikati fi stadju aktar tard li jista' jkun mitlub mill-manifattur sabiex juri l-vantaġġi tas-soluzzjoni.

11. ESTENZJONI TA' L-APPROVAZZJONI

11.1. L-approvazzjoni tat-tip tista tkun estiża lejn vetturi mill-istess tip jew minn tipi differenti li jvarjaw f'dak li jirrigwardja l-karatteristiċi li ġejjin ta' l-Anness II jekk l-emissjonijiet CO2 imkejla mis-servizz tekniku ma jeċċedux b'aktar minn 4 % tal-valur tat-tip approvat:

11.1.1. Massa.

11.1.2. Il-massa massima awtoriżżata.

11.1.3. Tip ta' karozzerija: saloon, estate, coupé.

11.1.4. Relattivitajiet ġenerali tal-gerijiet.

11.1.5. Tagħmir u aċċessorji tal-magna.

[1] ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1.

[2] F'ppm ekwivalenti tal-karbonju

--------------------------------------------------

ANNESS II

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------