31993L0094



Official Journal L 311 , 14/12/1993 P. 0083 - 0088


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE

tad-29 ta' Ottubru 1993

li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu assigurat; billi l-miżuri meħtieġa għall-operazzjoni tiegħu għandhom jiġu adottati;

Billi, f'dak li jirrigwardja l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, f'kull Stat Membru il-vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti għandhom juru ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet mandatorji li jvarjaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor; billi, bħala riżultat tad-differenzi tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu barriera għan-negozju fi ħdan il-Komunità;

Billi dawk l-ostakoli għall-operazzjoni tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġiet ikunu adottati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħhom;

Billi huwa meħtieġ li jiġu mfassla ħtiġiet armonizzati li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti sabiex il-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip u ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent stabbiliti fid-Direttiva 92/61/KEE ikunu jistgħu jiġu applikati għal kull tip ta' vettura ta' din ix-xorta;

Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva mhuwiex li jiġu armoniżżati id-dimensjonijiet tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni użati fl-Istati Membri varji; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jassiguraw li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jisbruffaw il-barra ma jikkostitwixxux periklu għall-utenti, mingħajr, madankollu, ma' dan jikkawża xi modifika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kostruzzjoni tal-vettura;

Billi, meqjusa l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta fis-settur in kwistjoni, il-miżuri tal-Komunità koperti minn din id-Direttiva huma meħtieġa, infatti essenzjali, biex tinkiseb il-mira maħsuba, dik li tiġi stabbilita l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fil-Komunità; billi dik il-mira ma tistax tinkiseb kif xieraq mill-Istati Membri individwalment,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva u l-Anness tagħha japplikaw għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara tat-tipi kollha ta' vettura kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/61/KEE.

L-Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara ta' vettura bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-kondizzjonijiet li jirrregolaw il-moviment liberu ta' dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE.

L-Artikolu 3

Kwalunkwe emendi meħtieġa biex jaddattaw il-ħtiġiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5].

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Mejju 1995. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz tal-vetturi li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu sa mill-1 ta' Novembru 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id- 29 ta' Ottubru 1993.

F'isem il-Kunsill

Il-President

R. Urbain

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU C 293, tad-9.11.1992, p. 38.

[3] ĠU C 337, tal-21.12.1992, p. 104 u d-Deċiżjoni tas-27 ta' Ottubru 1993 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 22.

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1, id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. DIMENSJONIJIET

Id-dimensjonijiet għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti [1] huma kif ġej:

1.1. Mopeds u kwadriċikli ħfief

1.1.1. Wisa': 100 mm;

1.1.2. Għoli: 175 mm;

jew

1.1.3. Wisa': 145 mm;

1.1.4. Għoli: 125 mm.

1.2. Muturi, triċikli sa saħħa massima ta' 15 kW u kwadriċikli ta' xort'oħra minn kwadriċikli ħfief:

1.2.1. Wisa': 280 mm;

1.2.2. Għoli: 210 mm.

1.3. Triċikli b'saħħa massima li teċċedi l-15-il kW:

1.3.1. Id-dispożizzjonijiet għall-karrozzi għall-passiġġieri kif stabbilita fid-Direttiva 70/222/KEE għandhom jappliaw.

2. IL-POŻIZZJONI ĠENERALI

2.1. L-immuntar għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara ta' mutur, kumbinar ta' mutur jew triċiklu għandu jkun jinstab fuq in-naħa ta' wara tal-vettura b'tali mod li:

2.1.1. il-pjanċa tista' tiġi mqiegħdha fi ħdan il-pjanijiet lonġitudinali li jgħaddu mill-estremitajiet ta' barra tal-vettura.

3. L-INKLINAZZJONI

3.1. Il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara:

3.1.1. għandha tkun perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

3.1.2. tista' tkun inklinata mill-vertikal b'mhux iktar minn 30° meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'il fuq;

3.1.3. tista' tkun inklinata b'mhux iktar minn 15° meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'l isfel;

4. L-GĦOLI MASSIMU

4.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma jista' jkun iktar minn 1,5m 'l fuq mill-art meta l-vettura hi mgħobbija (il-massa wieqfa flimkien ma' massa ta' 75kg).

5. L-GĦOLI MINIMU

5.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni m'għandu jkun inqas minn 0,20 m 'l fuq mill-art, jew inqas mir-radius tar-rota 'l fuq mill-art jekk dak hu inqas minn 0,20m, meta l-vettura tkun mgħobbija (il-massa wieqfa kif ukoll massa ta' 75 kg).

6. VISIBILITÀ ĠEOMETRIKA

6.1. L-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa għandu jkun viżibbli fi ħdan spazju li jkun ikkwadrat b'żewġ diħedrali: wieħed b'tarf oriżżontali definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu mit-trufijiet oriżżontali ta' fuq u t'isfel ta' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis l-oriżżontali jidhru fil-Figura 1; l-ieħor b'tarf wieqaf li jidher definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu minn kull naħa tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura jidhru fil-Figura 2.

+++++ TIFF +++++

L-angolu tal-viżibilità ġeometrika (diħedrali b'xifer oriżżontali)

+++++ TIFF +++++

L-angolu tal-viżibilità ġeometrika (diħedrali b'xifer vertikali apparenti)

[1] Fil-każ ta' mopeds, din hija kwalunkwe pjanċa tar-reġistrazzjoni u/jew l-identifikazzjoni.

--------------------------------------------------