31993L0072



Official Journal L 258 , 16/10/1993 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0040


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/72/KEE

ta' l-1 ta' Settembru 1993

li tadatta għall-progress tekniku għad-dsatax-il darba d-Direttiva 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/21/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 28 u 29 tagħha,

Billi l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [3] għandu lista ta' sustanzi perikolużi, flimkien mad-dettalji tal-proċeduri tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar fir-rigward ta' kull sustanza u billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/32/KEE temenda d-dispożizzjonijiet rigward il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikoluzi;

Billi, għalhekk, huwa meħtieġ li tkun riveduta l-klassifikazzjoni ta' ċerti sustanzi fl-Anness I u, aktar, biex jinkludi, fejn xieraq fl-Anness I, in-numru KEE;

Billi l-Ġermanja talbet bidla fl-ittikkettjar ta' numru ta' sustanzi u nnotifikat lill-Kummissjoni għalhekk taħt l-Artikolu 23 tad-Direttiva 67/548/KEE kif emendata bid-Direttiva 79/831/KEE [4];

Billi eżami tal-lista ta' sustanzi perikolużi fl-Anness I imsemmi wera li din il-lista għandha bżonn tkun adattata fid-dawl ta' l-għarfien preżenti xjentifiku u tekniku;

Billi id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta' Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ f'Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE huwa mibdul bl-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1994 l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Settembru 1993.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 110, ta' l-4.5.1993, p. 20.

[3] ĠU L 154, tal-5.6.1992, p. 1.

[4] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 258 A tas-16 ta' Ottubru 1993.

(Ara l-avviż fil-qoxra ta' wara fuq ġewwa ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

--------------------------------------------------