Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0257
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0257
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/62/KEE tal-5 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar il-marketing tal-propagazzjoni veġitali u tal-materjal tat-tħawwil, apparti milli ż-żerriegħa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-propagazzjoni veġitali u l-materjal għat-tħawwil, apparti milli għaż-żerriegħa [1], u partikolarment l-Artikolu 6(4) tagħha, Billi huwa xieraq li jkunu stabbiliti miżuri dwar is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li l-attivitajiet tagħhom huma limitati għat-tqegħid fis-suq tal-materjali għall-propagazzjoni veġitali u tat-tħawwil; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa ta’ l-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija u tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni li jikkonċernaw is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti tagħhom, apparti milli għal dawk li l-attivita’ tagħhom hija limitata għat-tqegħid fis-suq tal-materjal għall-propagazzjoni veġitali u tat-tħawwil, permezz ta’ l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/33/KEE, f’każi meta l-verifiki referuti fl-Artikolu 5(2) ta’ l-imsemmija Direttiva jitwettqu mill-fornituri nnfushom jew minn fornitur akkreditat. Artikolu 2 Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq regolarment, mill-inqas darba fis-sena fi żmien xieraq, superviżjoni u monitoraġġ tal-fornituri u l-istabbilimenti tagħhom sabiex jassigura li jibqgħu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 92/33/KEE, u partikolarment mal-prinċipji stabiliti fl-ewwel sar-raba’ inċiżi ta’ l-Artikolu 5(2) tagħha, wara li jkun ħa akkont tan-natura partikolari ta’ l-attivita jew l-attivitajiet tal-fornitur. Artikolu 3 F’dak li jirrigwardja l-identifikazzjoni tal-punti kritiċi tal-proċess tal-produzzjoni referuti fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/33/KEE u ż-żamma tar-rekords referuti fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tagħha, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq is-superviżjoni u l-monitoraġġ biex jasigura li l-fornitur: (a) ikompli jieħu akkont tal-punti kritiċi li ġejjin, meta applikabbli: - il-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni veġitali u tat-tħawwil biex jibda l-proċess tal-produzzjoni; - iż-żriegħ, it-tneħħija tal-partijiet ħżiena, it-tħawwil fil-qsari, u it-tħawwil tal-materjal tal-propagazzjoni veġitali u tat-tħawwil, - il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [2], - il-pjan u l-metodu tal-koltivazzjoni, - il-ħarsien ġenerali ta’ l-uċuh tar-raba, - l-operazzjonijiet tal-moltiplikazzjoni, - l-operazzjonijiet tal-ħsad, - l-iġjene, - it-trattamenti, - l-ippakkjar, - il-ħażna, - it-trasport, - l-amministrazzjoni; (b) li jżomm rekord, bil-għan li jkollu informazzjoni kompleta disponibbli għall-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli, dwar: (i) il-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn: - li nxtraw għall-ħażna jew biex jinżergħu fuq il-post, - li ikunu fil-produzzjoni, jew - mibgħuta lil ħaddieħor; u (ii) kull trattament bil-kimiċi li kien applikat fuq il-pjanti, u li jżomm id-dokumenti relatati għall-inqas għall-sena; (ċ) li jkun disponibbli personalment jew li jinnomina persuna oħra li hija teknikament bl-esperjenza fil-produzzjoni tal-pjanti u l-materji relatati mas-saħħa tal-pjanti, biex iżomm kuntatt reċiproku ma’ l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli; (d) li jwettaq spezzjonijiet viżwali u f’ħinijiet opportuni f’manjiera li hija aċċettata mill-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli; (e) li jippermetti aċċess lill-persuni li huma intitolati li jaġixxu għall-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli, partikolarment għall-iskopijiet ta’ spezzjoni u/jew ta’ teħid ta’ kampjuni, u li jippermetti aċċess għar-rekords u d-dokumenti relatati referuti fil-punt (b); (f) li barra minn hekk jikkopera mal-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli. Artikolu 4 F’dak li għandu x’jaqsam ma l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-metodi għall-monitoraġġ u l-verifika tal-punti kritiċi referuti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/33/KEE li huma konċernati, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornituri biex jasigura, meta xieraq, li dawn il-metodi jkomplu jitwettqu, b’attenzjoni partikolari tingħata lejn: (a) id-disponibbiltà u l-użu attwali tal-metodi għall-verifika ta’ kull punt kritiku msemmi fl-Artikolu 3; (b) l-affidabbilità ta’ dawk il-metodi; (ċ) l-adattabilità tagħhom għall-estimi tal-kontenut tal-produzzjoni u ta’ l-arranġamenti tal-marketing, inklużi l-aspetti amministrattivi; u (d) il-kompetenza ta’ l-impjegati tal-fornitur biex iwettqu l-verifiki. Artikolu 5 Sa fejn it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi f’laboratorju akkreditat kif referut fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/33/KEE huwa kkonċernat, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq superviżjoni u l-monitoraġġ tal-fornitur biex jassigura, meta xieraq, li: (a) il-kampjuni jittieħdu matul varji stadi tal-produzzjoni f’dawk l-intervalli li huma stabbiliti mill-korp uffiċjali responsabbli meta l-metodi tal-produzzjoni kienu verifikati fil-ħin ta’ l-akkreditazzjoni; (b) il-kampjuni jittieħdu f’manjiera teknikament korretta u bl-użu ta’ proċedura statistikalment affidabbli, wara li jkun ikkunsidrat it-tip ta’ l-analiżi li għandu jitwettaq; (ċ) il-persuni li jieħdu l-kampjuni ikunu kwalifikati li jagħmlu hekk; u (d) l-analiżi tal-kampjuni titwettaq fl-laboratorju li huwa akkreditat għal dak l-iskop permezz ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-imsemmija Direttiva. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1994. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għall-imsemmija referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10. [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20. --------------------------------------------------