31993L0049



Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0009 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0238
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0238


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE

tat-23 ta’ Ġunju 1993

li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunittà Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-marketing ta’ materjal propagattiv ta’ pjanti ornamentali u ta’ pjanti ornamentali [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hu xieraq li jittieħed kont taċ-ċikli tal-produzzjoni tal-materjali differenti;

Billi, il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu meqjusa bħala l-istandard minimu aċċettabbli bħalissa meta jittieħed kont tal-kondizzjonijiet kurrenti tal-produzzjoni fil-Komunità; billi huma dawn għandhom ikunu progressivament żviluppati u raffinati sabiex fl-aħħar mill-aħħar jilħqu standards għolja ta’ kwalità aħjar;

Billi l-miżuri li hemm provediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Materjal Propagattivi u Pjanti Ornamentali,,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-iskedi referuti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/682/KEE inklużi l-ħtiġiet fir-rigward tal-ittikkettjar referuti fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

2. L-iskeda tapplika għal uċuh li jikbru u l-materjal ornamentali propagattiv (inklużi zkuk bl-għeruq), u l-pjanti ornamentali derivati minnhom, tal-ġeneri u l-ispeċi kollha referuti fl-Anness tad-Direttiva 91/682/KEE, u għall-għeruq tal-ġeneri u l-ispeċi l-oħra referuti fl-Artikolu 4(2), irrispettivament mis-sistema tal-propagazzjoni applikata, dawn l-oggetti hawn minn hawn il-quddiem referuti bħala ‘il-materjal’.

3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli progressivament, wara li jittieħed kont tal-poduzzjoni tal-materjal referut fil-paragrafu 2.

Artikolu 2

Il-materjal għandu, meta applikabbli, jkun konformi mal-kondizzjonijiet relevanti għas-saħħa tal-pjanti kif stabiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [2]

Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, il-materjal, għandu mill-anqas fuq spezzjoni viżiva, ikun sostanzjalment ħieles minn kull organiżmu jew marda li ttellef il-kwalità tajba, jew minn sinjali jew sintomi tagħom, li jnaqqsu s-siwi tal-materjal propagattiv jew pjanti ornamentali u partikolarment ikun ħieles minn organiżmi jew mard elenkati fl-Anness rigward il-ġeneri jew l-ispeċi koncernati.

2. Kull materjal li juri sinjali jew sintomi viżibbli tal-organiżmi jew tal-mard referuti fil-paragrafu 1 waqt l-istadju tat-tkabbir ta’ l-uċuh għandu jkun trattat immedjatament kif xieraq malli jidhru dawn is-sinjali jew, meta xieraq, ikun imwarrab.

3. Fil-każ ta’ materjal taċ-ċitru dawn il-ħriġiet għandhom ukoll ikunu milħuqa:

(i) li jkun derivat minn-materjal inizjali li jkun ġie kontrollat u nstab mingħajr is-sintomi tal-virus rilevanti, ta’ l-organiżmi li jixbhu l-virus jew tal-mard elenkat fl-Anness;

(ii) ikun ġie vverifikat u nstab sostanzjalment ħieles minn dawn il-virus, l-organiżmi li jixbhu l-virus jew mard sa mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu tal-veġitazzjoni; u

(iii) fil-każ ta’ tilqim, ikun gie mlaqqam fuq zkuk bl-għeruq li ma jkunux suxxettibbli għal virojdi.

4. Fil-każ ta’ basal tal-fjuri dawn il-ħtiġiet għamdhom ukoll ikunu milħuqa:

- il-materjal propagattiv għandu jkun derivat direttament minn materjal li, waqt l-istadju tat-tkabbir, ikun ġie verifikat u nstab sostanzjalment ħieles minn organiżmi ta’ ħsara jew minn mard, is-sinjali jew is-sintomi tagħhom kif referuti fil-paragrafu 1 u partikolarment minn dawk elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

1. Il-materjal għandu ikollu identità u purittà relattiva għall ġeneri jew l-ispeċi kkonċernati jew meta xieraq, il-grupp ta’ pjanti u, meta marketed jew intiż li jkun marketed b’referenza għall-varjetà permeżż ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/682/KEE, għandu jkollu wkoll identità u purità fir-riward il-varjetà nnifisha.

2. Fil-każ ta’ varjetajiet komunement magħrufa kif referuti fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 91/682/KEE l-isem uffiċjali tal-varjetà għandu ikun użat mill-fornitur.

3. Fil-każ ta’ varjetajiet li huna s-suggett ta’ applikazzjoni għad-drittijiet ta’ min ikabbar il-pjanti jew għal registrazzjoni uffiċjali referuta fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 91/682/KEE, ir-referenza ta’ min ikabbar jew l-isem propost għandhom jintużaw sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni.

4. Fil-każ ta’ varjetajiet elenkati fil-listi miżmuma mill-fornituri permezz tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 91/682/KEE, il-ħtieġa referuta fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-varjetà għandha tkun ibbażata fuq deskrizzjoni dettaljata kif moghtija fil-listi miżmuma mill-fornituri.

Artikolu 5

1. Il-materjal għandu ikun sostanzjalment ħieles minn kull difett li jista’ jnaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew għall-ippjantar.

2. Il-qawwa jew qisien tal-materjal għandhom ikunu soddisfaċenti rigward l-utilità tiegħu bħala materjal propagattiv jew bħala pjanti ornamentali. Aktar minn hekk, għandu jkun assigurat bilanċ xieraq bejn l-għeruq, iz-zkuk u l-weraq.

3. Fil-każ ta’ żerriegħa, b’żieda mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1, il-kapacità tal-ġerminazzjoni għandha tkun soddisfaċenti.

Artikolu 6

1. Id-dokument tal-fornituri referuti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/682/KEE għandhom ikunu ta’ materjal adattat li ma jkunx intuża qabel u jkun stampat f’mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal- Komunittà. Dan għandu jkollu l-intestaturi informattivi li ġejjin:

(i) l-indikazzjoni ’ kwalità KEE’;

(ii) l-indikazzjoni tal-kodiċi tal-Istati Membri tal-KEE;

(iii) l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi distintiv tiegħu;

(iv) in-numru ta’ reġistrazzjoni jew ta’ l-akkreditazzjoni;

(v) l-isem tal-fornitur;

(vi) in-numru individwali tas-serje, tal-ġimgha jew tal-lott;

(vii) id-data ta’ ħruġ tad-dokumenti tal-fornitur;

(viii) l-isem botaniku;

(ix) l-isem tal-varjetà, meta xieraq. Fil-każ ta’ zkuk bl-għeruq, id-denominazzjoni tal-varjetà jew id-designazzjoni tagħha;

(x) l-isem il-grupp ta’ pjanti, meta jkun xieraq;

(xi) il-kwantità;

(xii) fil-każ ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 91/682/KEE, l-isem tal-pajjiż ta’ fejn il-materjal ġie maħsud.

2. Fil-każ meta l-materjal hu akkumpanjat minn passaport ta’ pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [3] dan il-passaport jista’, jekk il-fornitur hekk jixtieq, jikkostitwixxi d-dokument tal-fornitur kif referut fil-paragrafu 1. B’dana kollu l-indikazzjoni ‘kwalità KEE’ u l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli permezz tad-Direttiva 91/682/KEE għandha tingħata flimkien ma riferenza għad-denominazzjoni tal-varjetà, taz-zkuk bl-għeruq jew tal-grupp tal-pjanti. Fil-każ ta’ l-importazjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 91/682/KEE, l-isem il-pajjiżi tal-ħsad għandu wkoll ikunu mogħti. Din l-informazzjoni tista’ tkun fl-istess dokument bħal passaport tal-pjanti imma separata b’mod ċar.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 [4].

Artikolu 8

1. L-Istati Membri ghandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993. Huma għandhom minufih jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dan meta jkunu uffiċjalment ippubblikati. Il-proċedura għal referiment bħal dan għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottat fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

Rene Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 21.

[2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[3] ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22.

[4] ĠU L 71, tal-21.3.1968, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA’ L-ORGANIŻMI SPEĊIFIĊI TA’ ĦSARA U TAL-MARD LI JISTGĦU SINIFIKAMENT JAFFETTWAW IL-KWALITÀ

Genus jew speċi | Organiżmi ta' ħsara u ta' mard speċifiċi |

—Begonia x hiemalisFotsch | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurodidae, partikularment Bermisia tabaciAphelenchoides spp.Ditylenchus destructorMeloidogyne spp.Myzus ornatusOtiorhychus sulcatusSciaraThysanopetreera, partikularmentFrankliniella occidentalis |

Batterja Erwinia chrisanthemiXanthomonas campestris pv. begoniaeRhodococcus fascians |

Fungi (faqqiegħ) Moffa tat-trabPatoġeni tat-tħasir taz-zokk (phytophthora spp., Pythium spp. u Rhizoctonia spp.) |

Virus u organiżmi li jixbħu l-virus, u partikolarment il-marda tal-weaq mibrumatospoviruses (Tadam ittikjat bil-virus tat-tnixxif, Impatiens necrotic virustat-tikek) |

—Citrus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurothrixus floccosus (Mashell)Meloidogyne spp.Parbemisia myricae (Kuwana)Tylenchulus semipenetrans |

Fungi (faqqiegħ) phytophthora spp |

Virus u organiżmi bħal virus u partikolarment virojdi tali bħal ma huma exocortis, cachexia-xyloporosismard li jwassal għal psorosis - bħal sintomi tal-werraq żgħar tali: psorosis, tikek forma ta' ċrieki, cristacortis, gomma konkavivarjegazzjoni infettivaIr-rugożju tal-werqa taċ-ċitrus leaf |

—Dendranthema x Grandiflorum(Ramat) Kitam | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom AgromyzidaeAleurodidae, partikolarment Bemisia tabaciAphelencoides spp.Diarthronomia chrysantemiLepidoptera, partikolarmentCacoecimorpha pronubanaEpichoristodes AcerbellaThysanoptera, partikolarmentFrankliniella occidentalis |

Batterja Agrobacterium tumefaciensErwinia Chrisanthemi |

Fungi (faqqiegħ) fusarium oxisporum spp. chrysanthemipuccinia ChrysanthemiPythium spp.Rhizoctonia solaniVerticillium spp. |

Virus u oraganiżmi bħal virus, u partikolarment Il-virus tal-mozajk tal-kriżantenjum B virusAspermy cucumvirus tat-tadam |

—Dianthus Caryophyllus L.u l-hybrids tagħhom | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom AgromyzidaeAleurodidae, partikolarmentBemisia tabaciThysanoptera, partikularmentFrankliniella occidentalisLepidoptera, partikolarmentCacoecimorpha pronubana, Epichoristodes acerbella |

Fungi Àfaqqiegħà Alternaria dianthiAlternaria dianthicolaFusarium oxisporum f. spp. parasiticaMychosfaerella dianthiphytophthora nicotiana spp. parasiticaRhizoctonia solaniTħasir taz-zokk: Fusarium spp. u Pythium spp.Uromyces dianthi |

Virus u organiżmi li jixbħu l-virus, u partikolarment ¬rieki mħaffra caulimovirus fuq il-qronfolKlosterovirus nekrotiku tat-tbgħajja tal-qronfolCarmovirus tat-tinqix tal-qronfolTospoviruses (Virus ittikkjat tat-tnixxif tat-tadam, Impatiens necrotic) |

—Euphorbia pulcherrima(Wild ex Kletch) | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurodidae, partikolarment Bemisia tabaci |

Batterja Erwinia Chrysanthemi |

Fungi (faqqiegħ) Fusarium spp.Pythium ultimumPhytophthora spp.Rhizoctonia solaniThielaviopsis basicola |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Tospoviruses (Virus ittikkjat tat-tnixxif tat-tadam, Impatiens necrotic) |

—Gerbera L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom AgromyzidaeAleurodidae, partikolarmentBemisia tabaciAlphelenchoides spp.LepidopteraMeloidogyneThysanoptera, partikolarmentFrankliniella occidentalis |

Fungi (faqqiegħ) Fusarium spp.Phytophthora cryptogeaMoffa tat-trabRhizoctonia solaniVerticillum spp. |

Virus u organiżmi bħal viruses, u partikolarment Tospoviruses (Virus ittikkjat tat-tnixxif tat-tadam, Impatiens necrotic) |

—Gladiolus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Ditilenchus dipsaciThysanoptera, partikolarmentFrankiniella occidentalis |

Batterja Pseudonomas marginataRhodococcus fascians |

Fungi (faqqiegħ) Botrytis gladiolorumCurvolaria trifoliiFusarium oxisporum spp. gladioliPenicillium gladioliSclerotinia spp.Septoria gladioliUrocystis gladiolicolaUromyces trasversalis |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Il-mikoplażma safra ta' l-asteriL-aġent tal-hoffra tas-sufraIl-virus tal-mużajk tal-ħjarIl-virus tat-tikek forma ta' ċrieki fuq il-gladjoli (syn. Narcissus Latent virus)Virus taċ-ċaqċieq tat-tabakk |

Organiżmi oħrajn li jagħmlu ħsara Cyperus esculentus |

—Lilium L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides spp.Rhyzoglyphus spp.Partylenchus penetransRotylenchus robustusThysanoptera, partikolarmentFrankliniella occidentalis |

Batterja Erwinia cartovora subsp. cartovoraRhodococcus fascians |

Fungi (faqqiegħ) Cylindrocarpon destructansFusarium oxisporum f. sp. liliiPythium spp.Rhizoctonia spp.Rhizopus spp.Sclerotium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Il-virus tal-mużajk tal-ħjarIl-virus mingħajr sintoli tal-ġiljuIL-virus X tal-ġiljuIl-virus taċ-ċaqċieq tat-tabakkIl-virus tal-qsim tat-tulipani |

Organiżmi oħrajn li jagħmlu ħsara Cyperus esculentus |

—Malus Miller | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaEriosoma lanigerumInsetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiapsis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batterja Agrobacterium tumefaciensPseodomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChrondrostereum purpureumNectria galligenaPhytophtora cavtorumRoselinia necatrixVenturia spp.Verticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

—Narcissus L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides subtenuisDitylenchus destructorEumerus spp.Merodon equestrisPratylenchus penetransRhizoglyphidaeTarsonemidae |

Fungi (faqqiegħ) Fusarium oxysporum f. sp. barcisiSclerotinia spp.Sclerotium bilborum |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Il-virus taċ-ċaqċieq tat-tabakkL-aġent tas-sinjali bojod tan-narċiżIl-virus tas-sinjali sofor tan-narċiż |

Organiżmi oħrajn li jagħmlu ħsara Cyperus esculentus |

—Pelargonium L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurodidae, partikolarmentBemisia tabaciLepidopter |

Batteria Rhodococcus fasciansXanthomonas campestris pv. pelargonii |

Fungi (faqiegħ) Puccinia pelargonii zonalisIl-patoġeni tat-tħassir taz-zokk (Botrytis spp. Pythium spp.)Verticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal viruses, u partikolarment Pelargonium carmovirus tal-kisra tal-fjuriPelargonium tombusvirus tal-brim tal-werqaPelargonium virus b'disinn tal-linjiTospoviruses (Virus ittikkjat tat-tnixxif tat-tadam, Impatiens necrotic) |

—Phoenix | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Thysanoptera |

Fungi (faqqiegħ) Exosporium palmivorumGliocladium wermoeseniGraphiola phoenicisPestalozzia PhoenicisPythium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus. Kollha |

—Pinus Nigra | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Blastophaga spp.Rhyacionia buoliana |

Fungi (faqqiegħ) Ophodermium seditiosum |

Viruse u organiżmi bħal viruses Kollha |

Prunus L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Capnodis tenebrionisMeloidogyne spp.Insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspiodotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae py. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNecteria galligenaRosellinia necatrixTaphrina deformansVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, partikolarment Il-virus tal-pruna nanaPrunus necrotic, virus tat-tikek forma ta' ċrieki |

—Pyrus L. | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaEriosoma lanigerumInsetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrotereum purpureumNectria galligenaPhytophthora spp.Rosdellinia necatrixVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

—Rosa | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom Lepidoptera, partikolarmentEpichoristodes acerbella, Cacoecimorpha pronubanaMeloidogyne spp.Pratylenchus spp.Tetranychus urticae |

Batteria Agrobacterium tumefaciens |

Fungi (faqqiegħ) Chondostereum purpureumConiothyrium spp.Diplocarpon rosaePeronospora sparsaPhragmidium spp.Rosellinia necatrixSphaeroteca pannosaVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Apple mosaic virusArabis mosaic nepovirusPrunus necrotic ringspot virus |

--------------------------------------------------