Official Journal L 074 , 27/03/1993 P. 0074 - 0079
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0012
Id-Direttiva tal-Kunsill Council 93/7/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], F'kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jipprovdi għat-twaqqif, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993, tas-suq intern, li għandu jkun fih żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment ħieles ta' l-oġġetti, persuni, servizzi u kapital ikun assigurat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat; Billi, taħt it-termini u fl-ambitu tal-limiti ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom, wara l-1992, iżommu d-dritt li jiddefinixxu t-teżori nazzjonali tagħhom u li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġuhom ġo din iż- żona mingħajr frontieri interni; Billi arranġamenti għandhom għaldaqstant ikunu introdotti li jagħmluha possibbli li l-Istati Membri jassiguraw ir-ritorn fit-territorju tagħhom ta' oġġetti ta' kultura li huma kklassifikati bħala teżori nazzjonali fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-imsemmi l-Artikolu 36 u li kienu mneħħija mit-territorju tagħhom bi ksur tal-miżuri nazzjonali msemmija hawn fuq jew tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992 fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' kultura [4]; billi t-tħaddim ta' dawn l-arranġamenti għandu jkun sempliċi u effiċjenti kemm jista' jkun; billi biex titħaffer il-kooperazzjoni fir-rigward tar-ritorn l-iskop ta' l-arranġamenti għandu jkun limitat għal oġġetti li jappartjenu għal kategoriji komuni ta' oġġett ta' kultura; billi l-Anness ma' din id-Direttiva mhux konsegwentement maħsub biex jiddefinixxi oġġetti li jgħaddu bħala "teżori nazzjonali" fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-imsemmi l-Artikolu 36, imma biss kategoriji ta' oġġetti li jistgħu jkunu klassifikati bħala tali u li jistgħu għaldaqstant ikunu koperti mill-proċeduri tar-ritorn introdotti b'din id-Direttiva; Billi oġġetti ta' kultura klassifikati bħala teżori nazzjonali u li jifformaw parti integrali minn kollezzjonijiet publiċi jew inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi iżda li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji komuni għandhom ikunu wkoll koperti b'din id-Direttiva; Billi kooperazzjoni amministrattiva għandha tkun stabilita bejn l-Stati Membri fir-rigward tat-teżori nazzjonali tagħhom, f'liason mill-qrib mal-kooperazzjoni tagħhom fil-kamp ta' xogħolijiet ta' arti misruqa u li jinvolvu b'mod partikolari r-rikordjar, ma' l-Interpol u korpi oħra kwalifikati li joħorġu listi simili, ta' oġġetti kulturali mitlufa, misruqa jew illegalment imneħħija li jagħmlu parti mit-teżori nazzjonali tagħhom u l-kollezzjonijiet publiċi tagħhom; Billi l-proċedura mdaħħla b'din id-Direttiva hija l-ewwel pass fit-twaqqif ta' kooperazzjoni bejn l-Stati Membri f'dan il-kamp fil-kuntest tas-suq intern; billi l-iskop huwa r-rikonoxximent reċiproku tal-liġijiet nazzjonali relevanti; billi għandha ssir għaldaqsant dispożizzjoni b'mod partikolari biex il-kummissjoni tkun mgħejuna minn kumitat amministrativ; Bili r-Regolament (KEE) Nru 3911/92 jintroduċi, flimkien ma' din id-Direttiva, sistema ta' Komunita biex tipproteġi l-oġġetti kulturali ta' l-Istati Membri; billi d-data sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva għandha tkun qrib kemm jista' jkun tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament; billi, wara li jikkonsidraw tas-sistemi legali tagħhom u l-iskop tat-tibdil fil-leġislazzjoni tagħhom meħtieġ biex jimplimentaw din id-Direttiva, xi Stati Membri jkunu jeħtieġu perijodu itwal. ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta' dan id-Direttiva: 1. "Oġġett ta' kultura" għandha tfisser oġġett li: - ikun ikklassifikat, qabel jew wara t-tneħħija illegali tiegħu mit-territorju ta' Stat Membru, qalb it-"teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" taħt il-leġislazzjoni nazzjonali jew proċeduri amministrattivi fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat. u - jappartjeni għal waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness jew li ma jappartjenix għal waħda minn dawn il-kategoriji iżda jagħmel parti integrali minn: - kollezzjonijiet publiċi elenkati fl-inventarji ta' mużewijiet, arkivji jew kollezzjoni ta' konservazzjoni ta' libreriji. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "kollezzjonijiet publiċi" għandha tfisser kollezzjonijiet li huma propjeta ta' Stat Membru, awtorita lokali jew reġjonali ġo Stat Membru jew istituzzjoni li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru u definit bħala publiku skond il-leġistazzjoni ta' dak l-Istat membru, istituzzjoni simili tkun il-propjeta ta', jew b'mod sinjifikanti finanzjata minn, dak l-Istat Membru jew awtorita lokali jew reġjonali; - l-inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi. 2. "Imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru" għandha tfisser: - imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru bi ksur tar-regoli tiegħu fuq il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali jew bi ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92, jew - mhux irritornat meta jagħlaq perijodu ta' tneħħija temporanja legali jew xi ksur ta' kundizzjoni oħra li tirregola tneħħija temporanja simili. 3. "Stat Membru li jagħmel talba" għandha tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu l-oġġett ta' kultura jkun tneħħa b'mod illegali. 4. "Stat Membru mitlub" għandha tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu oġġett ta' kultura mneħħi b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru ieħor jinsab. 5. "Ritorn" għandha tfisser ir-ritorn fiżiku ta' l-oġġett ta' kultura għat-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. 6. "Possessur" għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha. 7. "Min iżomm" għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha. Artikolu 2 Oġġetti ta' kultura li ġew imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru għandhom ikunu rritornati b'mod konformi mal-proċedura u fiċ-ċirkostanzi li hemm ipprovduti f'din id-Direttiva. Artikolu 3 Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorita ċentrali waħda jew aktar biex tagħmel ix-xogħol li hemm ipprovdut f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet ċentrali li huma jaħtru skond dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta' dawn l-awtoritajiet ċentrali u kull tibdil dwarhom fis-serie C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; Artikolu 4 L-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jippromwovu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri. Dawn ta' l-aħħar għandhom b'mod partikolari: 1. wara applikazzjoni minn Stat Membru li jagħmel talba, ifittxu oġġett ta' kultura speċifiku li kien tneħħa illegalment mit-territorju tiegħu, u tidentifika l-possessur u/jew min qed iżommu. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħaffef it-tiftix, b'referenza partikolari għal-lokazzjoni vera jew preżunta ta' l-oġġett; 2. tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat, fejn oġġett ta' kultura jinstab fit-territorju tagħhom u hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jemmen li kien ġie mneħħi illegalment mit-territorju ta' Stat Membru ieħor; 3. tagħmilha posibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jiċċekkjaw li l-oġġett fil-kwistjoni huwa oġġett ta' kultura, kemm-il darba verifikar isir fi żmien xahrejn min-notifika li hemm ipprovduta fil-paragrafu 2. Jekk ma jsirx fil-perijodu ta' żmien stipulat, il-paragrafi 4 u 5 m'għandhomx japplikaw iżjed; 4. tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, bil-kooperazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għall-preservazzjoni fiżika ta' l-oġġett ta' kultura; 5. tipprevjeni, bil-miżuri interim meħtieġa, kull azzjoni biex tkun evitata l-proċedura tar-ritorn; 6. taġixxi bħala intermedjarju bejn il-possessur u/jew min qed iżommu u l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba fir-rigward tar-ritorn. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-ewwel iħaffu t-tħaddim ta' proċedura ta' arbitraġġ, b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat li lilu ssir t-talba u kemm-il darba l-Istat li jagħmel it-talba u l-possessur jew min qed iżomm l-oġġett jagħtu l-approvazzjoni formali tagħhom. Artikolu 5 L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jibda, quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba, proċeduri konta l-possessur jew, jekk mhux kontrih, kontra min qed iżomm, bl-iskop li jassigura r-ritorn ta' oġġett ta' kultura li kien imneħħi illegalment mit-territorju tiegħu. Il-proċeduri jistgħu jinġiebu biss fejn id-dokument li jibdihom ikollu miegħu: - dokument li jiddeskrivi l-oġġett kopert mit-talba u li jgħid li huwa oġġett ta' kultura, - dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li l-oġġett ta' kultura kien illegalment imneħħi mit-territorju tiegħu. Artikolu 6 L-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha minnufih tinforma lill-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li qed issirlu t-talba li nbdew proċeduri bil-għan li jkun assigurat ir-ritorn ta' l-oġġett fil-kwistjoni. L-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba għandu minnufih jgħarraf lill-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri l-oħra. Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu fil-leġislazzjoni tagħhom li l-proċeduri ta' ritorn ipprovduti f' din id-Direttiva ma jistgħux jinġiebu aktar minn sena wara li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jsir jaf fejn jinsab l-oġġett ta' kultura u l-identita tal-possessur jew min qed iżommu. Proċeduri simili madankollu, ma jistgħux jinġiebu aktar minn 30 sena wara li l-oġġett kien illegalment imneħħi mit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Madankollu, fil-każ ta' oġġetti li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet publiċi, imsemmija fl-Artikolu 1(1), u oġġetti ekklesjastiċi fl-Istati Membri fejn huma soġġetti għal arranġamenti ta' protezzjoni speċjali taħt il-liġi nazzjonali, il-proċeduri tar-ritorn għandhom ikunu soġġetti għal limitu ta' żmien ta' 75 sena, minbarra fi Stati Membri fejn il-proċeduri mhumiex suġġetti għal limitu ta'żmien jew fil-każ ta' ftehim bilaterali bejn Stati Membri li jistabilixxu perijodu li jeċċedi l-75 sena. 2. Proċeduri tar-ritorn ma jistgħux jinġiebu jekk it-tneħħija mit-territorju nazzjonali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba ma tkunx aktar illegali fiż-żmiem meta jinbdew. Artikolu 8 Barra minn kif altrimenti pprovdut fl-Artikoli 7 u 13, il-qorti kompetenti għandha tordna r-ritorn ta' l-oġġett ta' kultura fil-kwistjoni fejn jinstab li huwa oġġett ta' kultura fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 1(1) u li tneħħa illegalment minn territorju nazzjonali. Artikolu 9 Fejn ir-ritorn ta' oġġett ikun ordnat, il-qorti kompetenti fl-Istat li ssirlu t-talba għandu jagħti lill-possessur kompens tali li jqis li huwa ġust skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, kemm-il darba jkun sodisfatt li l-possessur ħaddem il-kura u l-attenzjoni xierqa fl-akkwist ta' l-oġġett. Id-dover tal-prova jkun irregolat mill-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba. Fil-każ ta' donazzjoni jew suċċessjoni, il-possessur m'għandux ikun f'pożizzjoni aktar vantaġġjuża mill-persuna li minn għandha akkwista l-oġġett b'dak il-mod. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jħallas kumpens simili mar-ritorn ta' l-oġġett. Artikolu 10 Spejjeż magħmula fit-tħaddim ta' deċiżjoni li tordna r-ritorn ta' oġġett ta' kultura għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jagħmel it-talba. L-istess jgħodd għall-ispejjeż tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(4). Artikolu 11 Il-ħlas ta' kumpens xieraq u ta' l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 rispettivament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jieħu azzjoni bl-iskop li jirkupra dawk l-ammonti mill-persuni responsabbli għat-tneħħija illegali ta' l-oġġett ta' kultura mit-territorju tiegħu. Artikolu 12 Il-pussess ta' l-oġġett ta' kultura wara r-ritorn għandu jkun irregolat minn dik il-liġi ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Artikolu 13 Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru nhar jew wara l-1 ta' Jannar 1993. Artikolu 14 1. Kull Stat Membru jista' jestendi l-obbligu tiegħu li jirritorna oġġetti ta' kultura biex ikopri kategoriji ta' oġġetti barra minn dawk elenkati fl-Anness. 2. Kull Stat Membru jista' japplika l-arranġamenti li hemm ipprovduti f' din id-Direttiva għal talbiet għar-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stati Membri oħra qabel l-1 ta' Jannar 1993. Artikolu 15 Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull proċeduri ċivili jew kriminali li jistgħu jinġiebu, taħt il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, mill-Istat Membru li jagħmel it-talba u/jew is-sid ta' oġġett ta' kultura li jkun insteraq. Artikolu 16 1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull tliet snin, u għall-ewwel darba fi Frar 1996, rapport fuq it-tħaddim ta' din id-Direttiva. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, kull tliet snin, rapport dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva. 3. Il-Kunsill għandu jirrevedi l-effiċjenza ta' din id-Direttiva wara perijodu ta' tħaddim ta' tliet snin u, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel l-adattamenti meħtieġa. 4. Hu x'inhu, il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina kull tliet snin u, fejn xieraq, jaġġorna l-ammonti indikati fl-Anness, fuq il-bażi ta' indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunita. Artikolu 17 Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92. Il-Kumitat għandu jeżamina kull kwistjoni li tqum mit-tħaddim ta' l-Anness ta' din id-Direttiva li tista' titressaq mill-President jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew għat-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru. Artikolu 18 L-Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva fi żmien disa' xhur mill-adozzjoni tagħha, minbarra fejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta' l-Olanda huma kkonċernati, li għandhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data tad-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih: Meta l-Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza tali fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabiliti mill-Istati Membri. Artikolu 19 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993. Għall-Kunsill Il-President M. Jelved [1] ĠU C 53, tat- 28.2.1992, p. 11, u.ĠU No C 172, tat-8.7.1992, p. 7. [2] ĠU C 176, tat- 13.7.1992, p. 129, u.ĠU No C 72, tal-15.3.1993. [3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 10. [4] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Kategoriji msemmija fit-tieni indent ta' l-Artikolu 1(1) li lilhom oġġetti kklassifikati bħala "teżori nazzjonali" fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat iridu jappartienu biex jikkwalifikaw għar-ritorn taħt din id-Direttiva A. 1. Oġġetti arkeoloġiċi antiki aktar minn 100 sena li huma l-prodotti ta': - skavar u sejbiet fl-art jew taħt il-baħar, - siti arkeoloġiċi, - kollezzjonijiet arkeoloġiċi. 2. Elementi li jifformaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li tħattew, li għandhom aktar minn 100 sena. 3. Stampi u pitturi magħmula kollha kemm huma bl-idejn, fuq kull għamla ta' medium u fi kwalunkwe materjal [1]. 4. Mużajċi minbarra dawk fil-kategorija 1 jew kategorija 2 u tpenġija magħmula kollha kemm hi bl-idejn, fuq kull għamla ta' medium u fi kwalunkwe materjal [2]. 5. Inċiżjonijiet oriġinali, stampi, serigrafi u litografi bil-plates rispettivi tagħhom u posters oriġinali [3]. 6. Skulturi oriġinali jew statwarji u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal [4] minbarra dawk fil-kategorija 1. 7. Ritratti, films u n-negattivi tagħhom [5]. 8. Inkunabula u manuskritti, inklużi mapep u partituri mużikali, waħda waħda jew f'kollezzjonijiet [6]. 9. Kotba li għandhom aktar minn 100 sena, wieħed wieħed jew f'kollezzjonijiet. 10. Mapep ipprintjati li għandhom aktar minn 200 sena. 11. Arkivji u elementi minnhom, ta' kull kwalita, fuq kull medium, li jinkludu elementi li għandhom aktar minn 50 sena. 12. (a) Kollezzjonijiet [7] u spesimens minn kollezzjonijiet zooloġiċi, botaniċi, mineroloġiċi jew anatomiċi; (b) Kollezzjonijiet [8] ta' nteress storiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku. 13. Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena. 14. Kull item oħra antika mhix inkluża fil-kategoriji A 1 sa A 13, li għandha aktar minn 50 sena. L-oġġetti ta' kultura fil-kategoriji A 1 sa A 14 huma koperti minn din id-Direttiva biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jeċċedi, it-thresholds finanzjarji taħt B. B. Thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt A (f'ekus) VALUR: 0 (Xejn) - 1 (Oġġetti arkeoloġiċi) - 2 (Monumenti maħtuta) - 8 (Inkunabula u manuskritti) - 11 (Arkivji) 15000 - 4 (Mużajċi u tpenġijiet) - 5 (Inċiżjonijiet) - 7 (Ritratti) - 10 (Mapep stampati) 50000 - 6 (Statwarji) - 9 (Kotba) - 12 (Kollezzjonijiet) - 13 (Mezzi ta' trasport) - 14 (Kull item oħra) 150000 - 3 (Stampi) L-istima jekk il-kundizzjonijiet relatati mal-valur finanzjarju ġewx milħuqa jew le għandha ssir meta r-ritorn ikun mitlub. Il-valur finanzjarju huwa dak ta' l-oġġett fl-Istat Membru li ssirlu t-talba. Id-data għall-konverżjoni tal-valuri mogħtija f'ekus fl-Anness għall-muniti nazzjonali għandha tkun l-1 ta' Jannar 1993. [1] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [2] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [3] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [4] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [5] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [6] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom. [7] Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza fil-Każ 252/84, kif ġej: Biċċiet ta' "Kolletturi' fl-ambitu tas-sinjifikat tal-Heading Nru 99.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relativament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop tagħhom oriġinali, huma s-suġġett ta' transazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli." [8] Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza fil-Każ 252/84, kif ġej: Biċċiet ta' "Kolletturi' fl-ambitu tas-sinjifikat tal-Heading Nru 99.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relativament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop tagħhom oriġinali, huma s-suġġett ta' transazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli." --------------------------------------------------