31993L0002



Official Journal L 054 , 05/03/1993 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0154
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0154


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/2/KEE

tat-28 ta Jannar 1993

li temenda l-ANNESS II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 (a) tagħha,

Billi, skond it-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, jidher illi ċerti varjetajiet tal-ħafur (Avena sativa) tat-tip "naked oats" għandhom valur potenzjali bħala għalf aħdar;

Billi, madankollu, huwa diffiċli li tiġi prodotta ż-żerriegħa ta' dawn il-varjetajiet bil-kapaċità tal-ġerminazzjoni daqs dik normalment miksuba miż-żerriegħa tal-varjetajiet tal-ħafur;

Billi bid-Direttiva 88/506/KEE [3] il-Kummissjoni ddikjarat illi, fid-dawl ta' l-iżvilupp fit-tagħrif xjentifiku u tekniku kien approprjat li titnaqqas, għall-varjetajiet tal-ħafur tat-tip "naked oats", il-kapaċità minima tal-ġerminazzjoni ta' 85 % taż-żerriegħa pura kif stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE għal 75 %;

Billi dan it-tnaqqis kien japplika biss sal-31 ta' Diċembru 1992 sabiex ikun jista' jinġabar u jitqies iktar tagħrif tekniku dwar dawn il-varjetajiet;

Billi iktar tagħrif tekniku wera li huwa approprjat illi t-tnaqqis jissokta indefinittivament;

Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-Taqsima (2) (B) (d) ta' l-ANNESS II mad-Direttiva 66/402/KEE hija emendata kif ġej:

"(d) fil-każ tal-varjetajiet ta' l-Avena sativa li huma kklassifikati uffiċjalment bħala tat-tip "naked oats", il-kapaċità minima tal-ġerminazzjoni hija mnaqqsa għal 75 % taż-żerriegħa pura. F'dan il-każ, it-tikketta uffiċjali għandha tkun ittimbrata "kapaċità minima tal-ġerminazzjoni ta' 75 %"."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-Regolamenti jew id-dispoiżzzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta Mejju 1993. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispoiżzzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'din ir-referenza filwaqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispoiżzzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta Jannar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, pġ. 48.

[3] ĠU L 274, tas-6.10.1988, pġ. 44.

--------------------------------------------------