Official Journal L 332 , 31/12/1993 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0082
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0082
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1993 dwar l-istatistika li għandha tintuża biex tiġi stabbilita l-formula tar-riżorsi finanzjarji ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (93/716/KE) IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 16.1 u 16.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew anness miegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Gvernaturi, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Monetarju, Billi l-Istitut Monetarju Ewropew, minn issa ’l quddiem imsejjaħ l-"IME", ikun stabbilit fl-1 ta' Jannar 1994; Billi l-IME jingħata r-riżorsi proprji tiegħu; Billi d-daqs tar-riżorsi ta'l-IME jkun stabbilit mill-Kunsill ta'l-IME; Billi r-riżorsi ta' l-IME jkunu pprovduti mill-kontribuzzjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali skond il-formula msemmija fl-Artikolu 16.2 tal-Protokoll fuq l-Istatut ta' l-IME; Billi l-formula tar-riżorsi finanzjari ta' l-IME jiġi stabbilit qabel il-bidu tat-tieni stadju; Billi d-data statistika li għandha tintuża biex tiġi stabbilita l-formula tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skond ir-regoli adottati mill-Kunsill; Billi r-regoli adottati mill-Kunsill f'din id-Deċiżjoni ma jikkostitwixxux preċedent għal atti legali oħra li l-Kunsill jista’ jadotta f'oqsma oħra; Billi in-natura u s-sorsi tad-data li għandha tintuża u l-metodu ta' kalkolu tal-formula għandhom jiġu stabbiliti; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [3] tintroduċi proċedura għall-adozzjoni mill-Istati Membri ta' data dwar il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq; billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżguraw li dik id-data tingħadda lill-Kummissjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Id-data ta'l-istatistika li għandha tintuża biex tiġi stabbilita l-formula għall-kontribuzzjonijiet mill-banek ċentrali nazzjonali għar-riżorsi finanzjarji ta' l-IME għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni b'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin. Artikolu 2 Il-popolazzjoni u l-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "PGD ps", għandu jiġi stabbilit skond is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA) fis-seħħ. PGD ps għandu jfisser il-PGD ps kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom. Artikolu 3 Id-data dwar il-popolazzjoni għandha tittieħed għas-sena 1992. Il-medja tal-popolazzjoni totali matul il-kors tas-sena għandu jintuża skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-ESA. Artikolu 4 Id-data fuq il-PGD ps għandha tittieħed għal kull waħda mis-snin mill-1987 sal-1991. Id-data tal-PGD ps għall kull wieħed mill-Istati Membri għandha tiġi espressa fil-munita nazzjonali bi prezzijiet kurrenti. Artikolu 5 Id-data fuq il-popolazzjoni għandha tinġabar mill-Kummissjoni (Eurostat) mingħand l-Istati Membri. Artikolu 6 Id-data fuq il-PGD ps għas-snin mill-1988 sal-1991 għandha tirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom. Id-data għall-1987 għandha tinġabar mill-Kummissjoni (Eurostat) mingħand l-Istati Membri, li għandha tagħmilhom konsistenti mad-data ta'l-1988 sal-1991 dwar il-PGD ps. Artikolu 7 1. Is-sehem ta'l-Istat Membru fil-popolazzjoni tal-Komunità għandu jkun is-sehem tiegħu fit-total tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri, espress bħala perċentwal. 2. Id-data tal-PGD ps għal kull sena u għall kull Stat Membru espressa f'muniti nazzjonali għandha tinqaleb f'ċifri espressi f'ecus. Ir-rata tal-kambju użata għal dan l-iskop għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju għall-ġranet kollha tax-xogħol f'sena. Ir-rata tal-kambju ta' kull jum għandha tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u ppublikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 3. Is-sehem ta' l-Istat Membru fil-PGD ps tal-Komunità għandu jkun is-sehem tiegħu mit-total tal-PGD ps ta' l-Istat Membru fuq ħames snin, espress bħala perċentwal. Artikolu 8 Il-piż ta' bank ċentrali nazzjonali fil-formula għandu jkun il-medja aritmetika ta' l-ishma ta'l-Istat Membru kkonċernat fil-popolazzjoni u fil-PGD ps tal-Komunità. Artikolu 9 Id-diversi passi fil-kalkolu għandhom jużaw biżżejjed ċifri biex tiġi assigurata l-preċiżjoni. Il-piż tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula għandhom jiġu espressi sa erba’ punti deċimali. Artikolu 10 Id-data msemmija f'din id-Deċiżjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali ta'l-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 1994. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt [1] ĠU C 324, ta' l-1.12.1993, pġ. 11; uĠU C 340, tas-17.12.1993, pġ. 11. [2] ĠU C 329, tas-6.12.1993. [3] ĠU L 49, tal-21.2.1989, pġ. 26. --------------------------------------------------