31993D0444



Official Journal L 208 , 19/08/1993 P. 0034 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0237
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0237


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Lulju 1993

dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti ntiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terżi

(93/444/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Gunju 1990 li tikkonċerna spezjonijiet veterinarji u zootekniċi li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti in vista li jkun imwettaq is-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u speċifikament l-ewwel paragrafu tal-punt (g) ta’ l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi l-ewwel subparagrafu tal-punt (g) ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva hawn fuq imsemmija jipprovdi għal spezjonijiet veterinarji li għandhom isiru fuq l-annimali u l-prodotti li jkunu konformi mar-regoli tal-Komunità applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarji u ntiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz minn territorju ta’ wieħed jew aktar Stati Membri apparti minn dak ta’ l-origini;

Billi l-ħtiġiet taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu ddefiniti, u dispożizzjoni għandha ssir għal sistema biex ikunu nfurmati l-awtoritajiet ikkonċernati u għas-sorveljanza veterinarja ta’ l-operaturi konsenjaturi;

Billi, għal l-iskop taċ-ċertifikazzjoni li jinkludu garanziji addizjonali, l-annimali kkonċernati għandhom jiġu trattati bħala annimali għall-qatla;

Billi, biex jiġu evitati diffikultajiet mal-fruntjieri esterni tal-Komunità, l-annimali u l-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati meta hu possibbli minn dokumenti veterinarji u/jew ċertifikati li jkunu konformi mal-ħtiġiet veterinarji tal-pajjiz tad-destinazzjoni;

Billi r-rijassunt ta’ l-awtoritajiet ikkonċernati jista effettivament iseħħ permezz tan-network kompjuterizzat li jorbot l-awtoritajiet veterinarji (‘Animo’) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE [3], billi jkun użat il-mudell ta’ messaġġ kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/637/KEE [4];

Billi, sabiex tassigura l-operazzjoni lixxa għas-sistema li hemm provvediment dwarha, il-persuna li attwalment twettaq il-formalitijiet ta’l-ħruġ mit-teritorju għandha tkun ikkonsidrata bħala l-konsenjant, u t-terminu ‘punt ta’ ħruġ’ għandu jkun imfisser;

Billi, ġermezz ta’ l-ewwel subparagrafu tal-punt (g) ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ l-imsemmija Direttiva 90/425/KEE, l-annimali u l-prodotti konċernati għandhom jibgħu taħt is-sorveljanza doganali; billi din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ l-obbligazzjonijiet doganali kif hemm provvediment dwar ir-regolamenti doganali applikabbli għal dawn l-annimali jew prodotti;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika għall-annimali u l-prodotti referuti fl-ewwel subparagrafu fil-punt (g) ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 90/425/KEE

2. Għal l-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni,

(a) il-punt tal-ħruġ għandu jfisser kull post lokalizzat qrib il-fruntiera esterna ta’ wieħed mit-teritorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (5) li joffri faċilitajiet superviżorji doganali;

(b) Stat Membru tad-destinazzjoni jfisser l-Istat Membru fejn il-punt tal-ħruġ ikun jinsab.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri ta’ l-oriġini għandhom jassiguraw li kull konsenja ta’ l-annimali hija akkumpanjata minn ċertifikati tas-saħħa, kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 90/425/KEE, li jkun fih, meta meħtieġ, il-garanziji addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni tal-Komunità għall-annimali intiżi għall-qatla.

2. Meta jseħu inċidenti waqt it-trasport jew meta l-konsinnatarju tal-pajjiż terz jirrifjuta l-konsenja, l-Istati Membri tat-transitu jew tad-destinazzjon jistgħu jirrikjedu, meta dawn igawdu minn garanziji addizzjonali permezz ta’ l-Artikolu 3(1)(e) (iv) tad-Direttiva 90/425/KEE, jistgħu jadottaw il-miżuri kollha li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE jew jistgħu ikunu jeħtieġu li l-anninali jintbagħatu in vista tal-qtil tagħhom lejn il-biċċerja l-aktar fil-qrib.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri ta’ l-oriġini għandhom jassiguraw li kull konsennja ta’ l-annimali u tal-prodotti hija akkumpanjata minn dokumenti veterinarji u/jew ċertifikati vetinerinarji li jkunu jilħqu l-ħtiġiet veterinarji tal-pajjiżi terzi tad-destinazzjon.

2. B’danakollu, b’deroga mill-paragrafu 1, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ l-oriġini m’għandhomx l-informazzjoni meħtieġa, u speċjalment meta ma jkunx hemm ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri ta’ l-oriġini u l-pajjiż terz tad-destinazzjoni, l-awtoritĊ kompetenti tal-Istati Membri ta’ l-oriġini għandhom jimlew iċ-ċertifikati referuti fl-Artikolu 4 billi jżidu d-dħul "Annimali jew prodotti esportati lejn (isem tal-pajjiż terz)".

Artikolu 4

Iċ-ċertifikati referuti fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom:

- ikunu mħejjija f’mill-anqas lingwa waħda tal-Istati Membri ta’ l-oriġini u ta’ l-anqas waħda mill-lingwi tal-Istati Membri tad-destinazzjoni,

- ikun indikat, bħala konsinnatarju, il-persuna naturali jew ġuridika li attwalment twettaq il-formalitajiet tal-ħruġ fill-punt tal-ħruġ,

- ikun indikat, bħala post ta’ destinazzjoni, il-punt tal-ħruġ mit-teritorju kif definit (spezzjonijiet ta’ postijiet jew punti ta’ ħruġ oħrajn).

Artikolu 5

1. Il-messaġġ ta’ l-Animo kif hemm provvediment dwaru fid-Deċiżjoni 91/637/KEE għandu jinkludi taħt l-intestatura ‘Osservazzjonijiet’ l-isem tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

2. Il-messaġġ ta’ l-Animo għandu jkun indirizzat lil:

- l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni, li hija, il-post tal-ispezzjonijiet tal-ħruġ jew l-awtorità lokali tal-post li fih il-post tal-ħruġ huwa lokalizzat, u

- l-awtoritajiet ċentrali tal-post tad-destinazzjon u tal-Istat(i) Membru(i) tat-transitu.

Artikolu 6

Il-konsinnatarju fit-tifsira tat-tieni inċiż ta’ l-Arikolu 4 li jaqa’ fl-iskop ta’ l-Artikolu 5(1)(b) (iii) tad-Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

[4] ĠU L 343, tat-13.12.1991, p. 46.

--------------------------------------------------