Official Journal L 138 , 09/06/1993 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0254
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0254
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 1993 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati mill-Qatar, u wkoll li temenda d-Deċiżjoni 79/542/KEE (93/344/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet sanitarji tal-bhejjem li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi [1], kif emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 12, 13, 15, 16 u 19 (ii) tagħha, Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 79/542/KEE [3], kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/237/KEE [4], ġiet stabbilità lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi, in-ngħag u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti mil-laħam; Billi, wara missjoni veterinarja Komunitrja fl-Istat tal-Qatar jidher illi s-sitwazzjoni sanitarja tal-bhejjem hija ġeneralment sodisfaċenti u kkontrollata b'servizzi strutturati u organizzati tajjeb, partikolarment rigward il-mard ta' l-ekwidi; Billi l-Qatar kien ilu ħieles mill-marda glanders taż-żwiemel, mill-marda dourine u mill-istomate vesikulari għal aktar minn sitt xhur, u l-marda Afrikana taż-żwiemel għal 20 sena u matul dan il-perjodu taż-żmien kienet ipprojbita t-tilqima, u qatt ma feġġet l-enċefalomijelite Venezweljana; Blll l-awtoritajiet veterinarji tal-Qatar indaħlu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bit-telex, bit-telefax jew bit-telegramm fi żmien 24 siegħa mill-konferma illi tkun faqqgħet kull marda msemmija fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE jew dwar l-adozzjoni jew it-tibdil fil-politika tat-tilqim kontra tagħhom, u fi żmien approprjat dwar il-bidliet fil-politika ta' l-importazzjoni rigward l-ekwidi; Billi l-kondizzjonijiet sanitarji tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jiġu adottati skond is-sitwazzjoni sanitarja tal-bhejjem fil-pajjiż terzi interessati; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati; Billi, aktar minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [5] stabbiliet iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-bhejjem għall-importazzjoni fil-Komunità ta' l-ekwidi rreġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni; billi sabiex tigi evitata l-konfużjoni l-kliem ta' l-Artikolu 1 (3) (a) u (b) tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandu jigi mibdul mill-gdid; Billi d-Deċiżjoni Nru 79/542/KEE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [6], 93/195/KEE [7] u d-Deċiżjoni Nru 93/197/KEE jridu jiġu emendati kif jixraq; Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 79/542/KEE hija emendata kif gej 1. L-Artikolu 1 (3) (a) u (b) jiġu mibdula b'dan li ġej: "(3) (a) Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, mingħand il-pajjiżi terzi jew mill-partijiet tal-pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 1 ta' l-Anness, l-importazzjoni fil-Komunità ta' l-ekwidi, id-dħul temporanju fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati u d-dħul mill-ġdid fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati li jkunu ġew temporanjament esportati lejn pajjiżi terzi jew lejn parti minn pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 1 ta' l-Anness; (b) Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, mingħand pajjiżi terzi jew mill-partijiet tal-pajjiżi terzi li jidhru fit-Parti 2 ta' l-Anness, l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati, id-dħul temporanju fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati u d-dħul mill-ġdid fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati li kienu temporanjament esportati lejn pajjiżi terzi jew parti minn pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness." 2. L-Istat tal-Qatar jiġi miżjud fil-kolonna speċjali għall-ekwidi fil-Parti 2 ta' l-Anness bid-dħul, skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi ISO, tal-vers li ġej: "QA | Il-Qatar | x". | Artikolu 2 L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 92/260/KEE huma emendati kif gej: 1. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I; 2. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-Titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-Anness II E. Artikolu 3 L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 93/195/KEE jiġu emendati kif gej: 1. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta' l-Anness I; 2. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-"Grupp E" tat-Titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-Anness II. Artikolu 4 L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 93/197/KEE jiġu emendati kif gej: 1. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-"Grupp E" ta' l-Anness I; 2. "Il-Qatar" jiġi miżjud mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-Titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-Anness II E. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Mejju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kumissjoni [1] GU L 224, ta' l-1. 8. 1990, pġ. 42. [2] GU L 157, ta’ l-10. 6. 1992, pġ. 28. [3] GU L 146, ta' l-14. 6. 1979, pġ. 15. [4] ĠU L 108, ta' l-1. 5. 1993, pġ. 129. [5] GU L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16. [6] GU L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67. [7] GU L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 1. --------------------------------------------------