31993D0329



Official Journal L 130 , 27/05/1993 P. 0001 - 0075
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0068


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Marzu 1993

li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Ammissjoni Temporanja u l-aċċettazzjoni ta' l-annessi tagħha

(93/329/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, u in partikolari l-Artikolu 113 tagħha,

Wara li ġiet ikkunsidrata l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Konvenzjoni dwar Ammissjoni Temporanja li ġiet negozjata taħt l-awspiċi tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Dognanli li ġiet miftiehma f'Istanbul fis-26 ta' Ġunju 1990 tikkonċerna Kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi li mhumiex membri u għalhekk hija mezz effettiva sabiex tippromwovi kummerċ internazzjonali;

Billi r-rappreżentant awtorizzat mill-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni, soġġett għall-aċċettazzjoni, fit-28 ta' Ġunju 1990; peress li, skond l-Artikolu 24(1)(b) tal-Konvenzjoni, il-Komunità trid tiddepożita strument ta' ratifikazzjoni sabiex issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni;

Billi, skond l-Artikolu 24(4) tal-Konvenzjoni, kull Parti Kontraenti li taċċedi għall-Konvenzjoni trid taċċetta l-Anness li jikkonċerna karti ta' ammissjoni temporanja (ATA carnets u CPD carnets) u għall-inqas l-Anness ieħor; filwaqt illi l-Komunità għandha taċċetta l-annessi kollha; filwaqt iżda, tali aċċettazzjoni trid tkun soġġetta għall-riżervi mmirati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni bżonnijiet speċifiċi ta' l-unjoni dognali u l-livell preżenti ta' armonizzazzjoni fil-kamp ta' l-amissjoni temporanja;

Billi, in segwitu ta' l-Artikolu 24(6) tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li l-Komunità tikkomunika lid-depożitarju l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta', u l-informazzjoni rikjesta taħt, ċerti disposizzjonijiet; fil-waqt li, skond l-Artikolu 24(7), il-Komunità, bħala unjoni doganali jew ekonomika, hija mistennija fost l-oħrajn li tinforma lid-depożitarju dwar il-materji li jaqaw fil-kompetenza tagħha, u tindika dawk l-oqsma li jibqgħu fil-kompetenza nazzjonali;

Billi, sabiex ikun eħfef li jiġu applikati l-Annessi A u C għall-Konvenzjoni, huwa preferibbli wkoll li jiġu aċċettati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali li jikkonċernaw il-ATA carnets u CDP carnets;

Billi, l-Konvenzjoni għandha tiġi konkluża u l-Annessi jigu aċċettati soġġett għar-riżervi msemmija hawn fuq;

Billi, l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri tfisser li l-Konvenzjoni trid tidħol fis-seħħ simultanjament għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni dwar Amissjoni Temporanja u l-anness tagħha, flimkien ma' riżervi, huma b'hekk aċċettati akkont tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-Konvenzjoni, l-Annessi tagħha u r-riżervi anessi ma' dawk l-Annessi jidhru fl-Anness I u II rispettivament għal din id-Deċiżjoni.

In-notifikazzjonijiet meħtieġa jidhru fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni doganali huma minn hawnhekk aċċettati għan-nom tal-Komunità abbażi tal-kondizzjonijiet li hemm fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b'hekk huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha l-poter tiddepożita l-istrument ta' ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 1 u sabiex taċċetta l-anness u r-riservi assoċjati li jirreferi għalihom ukoll l-Artikolu 1, u sabiex jagħtieh is-setgħa l-poteri neċessarji sabiex jorbtu lill-Komunità. Tali depozitu u aċċettazzjoni jrid jiġi fis-seħħ fl-istess żmien li jiġu depożitati l-istrumenti ta' ratifikazzjoni mil-Istati Membri.

Il-persuna mogħtija din is-setgħa trid tikkomunika wkoll lis-Segretarju Generali tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Dognanli l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni jew l-informazzjoni rikjesta skond l-artikolu 24(6) tal-Konvenzjoni u l-aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali.

Magħmul f'Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Jelved

--------------------------------------------------