31993D0195



Official Journal L 086 , 06/04/1993 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Frar 1993

dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja

(93/195/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregaolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendati mid-Direttiva 92/36/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (ii) tagħha,

Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/100/KEE [4], il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw equidae b’mod partikolari ġew stabbiliti;

Billi huwa wkoll neċessarju li tiġi kkunsidrata r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi li jidhru fil-lista msemmija fuq, li hija soġġetta għad-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 92/160/KEE [5], kif emendata mid-Deċiżjoni 92/161/KEE [6];

Billi l-awtoritajiet nazzjonali veterinarji ntrabtu sabiex jinnotifikaw ’il Kummissjoni u ’l Istati Membri, permezz ta’ telegramm, telex jew telefax, f’24 siegħa mill-konferma ta’ mard infettiv jew li jittieħed f’ equidae ta’ listi A u B ta’ l-Uffiċju Internazzjonali ta’ l-Epiżjotika (UIE) jew l-adozzjoni ta’ vaċċinazzjoni kontrihom, f’perijodu xieraq, ta’ kwalunkwe tibdil propost fir-regoli ta’ importazzjoni nazzjonali li jikkonċernaw l-equidae;

Billi l-kategoriji differenti ta’ żwiemel għandhom il-fatturi tagħhom u l-importazzjonijiet tagħhom huma awtorizzati għall-għanijiet differenti; filwaqt li, konsegwentement, ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa jistgħu jkunu stabbiliti għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja;

Billi, kunsidrata l-eżistenza tas-sitwazzjonijiet tas-saħħa ekwivalenti fil-korsa u f’postijiet fejn isiru kompetizzjonijiet u okkażjonijiet kulturali, u kondirata l-iżolazzjoni minn equidae ta’ livell baxx fis-saħħa, jidher prudenti li jiġi stabbilit ċertifikat singlu tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għall-pajjiżi terzi;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara l-esportazzjoni temporanja, meta dawn iż-żwiemel bħal dawn:

- ritorn minn pajjiżi terzi li jidhru fi Partijiet I u II tal-kolonna speċjali għall-equidae fl-Anness għad-Deċiżjoni 79/542/KEE li għalih kienu esportati temporanjament jew direttament wara t-transitu f’pajjiżi oħra ta’ l-istess grupp fl-Anness I tad-Deċiżjoni preżenti,

- iħares il-ħtiġijiet preskritti f’kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-Anness II għad-Deċiżjoni preżenti.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-2 Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru ral-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta’ l-1.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 157, tal-10.6.1992, p. 28.

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[4] ĠU L 40, tas-17.2.1993, p. 23.

[5] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[6] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Grupp A

l-Awstrija, l-Finlandja, Groenlandja, l-Islanda, n-Norveġja, l-Isvezja, l-Isvizzera

Grupp B

L-Awstralja, l-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvja, l-Litwanja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Montenegro, in-New Zealand, il-Polonja, r-Rumanija, r-Russja [1], s-Serbja, r-Repubblika Slovakka, l-Islovenja, l-Ukrajna

Grupp C

il-Kanada, Hong Kong, il-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Amerika

Grupp D

l-Arġentina, l-Barbados, Bermuda, l-Bolivja, l-Brażil [2], iċ-Ċili, l-Kolombja [3], l-Kosta Rika [4], Kuba, l-Ekwador [5], il-Ġamajka, l-Messiku, l-Paragwaj, il-Peru [6], l-Urugwaj, il-Venezuela [7]

Grupp E

L-Algerija, l-Baħrejn, l-Eġittu [8], l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Libja, Malta, l-Mawrizju, l-Oman, it-Tuneżija, t-Turkija [9], l-Emirati Arab Magħquda

[1] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[2] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[3] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[4] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[5] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[6] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[7] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[8] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

[9] Parti mit-territorju skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE, kif dikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/160/KEE, kif l-aħħar emendata.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------