Official Journal L 056 , 09/03/1993 P. 0042 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0163
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0163
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 1993 li tippreskrivi regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżiva għall-iskop tas-sejbien ta’ parassiti fil-prodotti tas-sajd (93/140/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u partikolarment il-Kapitolu IV, taqsima V, punt 1 ta’ l-Anness tagħha, Billi d-Direttiva 91/493/KEE tipprovdi l-ħtiġiet li jikkontrollaw verifiki tal-parassiti matul it-tqandil ta’ prodotti tas-sajd l-art jew abbord bastimenti fabbrika; Billi jiddipendi fuq dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd li jagħmlu l-verifki tagħhom fl-istadji kollha ta’ produzzjoni tal-prodotti tas-sajd skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/493/KEE biex ħut li huwa ovjament infestat bil-parassiti ma jkunx rilaxxat għall-konsum tal-bniedem; Billi bis-saħħa tal-Kapitolu I, taqsima II, punt 5 ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE l-istess regoli għandhom japplikaw għal stabbilimenti l-art u bastimenti fabbrika; Billi l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati rigward l-ispezzjonijiet viżivi timplika li l-kunċetti ta’ parassiti visibbli u spezzjoni viżiva għandhom jitfissru, u li n-natura u l-frekwenza ta’ l-osservazzjonijiet li għandhom isiru għandhom ikunu determinati; Billi il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni: 1. parassita viżibbli tfisser parassita jew grupp ta’ parassiti li jkollhom dimensjoni, kulur jew nisġa li tintgħaraf b’mod ċar mit-tessuti tal-ħut; 2. spezzjoni viżiva tfisser eżami mhux distruttiv ta’ ħut jew prodotti tas-sajd mingħajr mezzi ta’ tkabbir ottiku u taħt kondizzjonijiet ta’ dawl tajba għall-viżjoni tal-bniedem, inkluż jekk meħtieġ, eżami kontra dawl. Artikolu 2 1. L-ispezzjoni viżiva għandha ssir fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni. 2. Il-persuni responsabbli ta’ stabbilimenti fuq l-art u persuni kwalifikati abord bastimenti fabbrika għandhom jiddeterminaw l-iskala u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 b’riferenza għan-natura tal-prodotti tas-sajd, l-oriġin ġeografika u l-użu tagħhom. Artikolu 3 Matul il-produzzjoni għandha ssir minn persuni kwalifikati l-ispezzjoni viżiva ta’ ħut svixxerat fil-kavità abdominali u l-ifwda u l-bajd maħsuba għall-konsum tal-bniedem Skond is-sistema ta’ svixxerament użat, l-ispezzjoni viżiva għandha ssir: 1. fil-każ ta’ l-isvixxerament manwali, b’mod kontinwu mill-operatur fil-ħin ta’ l-isvixxerament u l-ħasil; 2. fil-każ ta’ svixxerament mekkaniku, billi jittieħed kampjun ta’ numru rappreżentattiv ta’ kampjuni li ma jkunux anqas minn 10 ħutiet kull lott. Artikolu 4 L-ispezzjoni viżiva ta’ filetti tal-ħut jew biċċiet tal-ħut għandha issir minn persuni kwalifikati matul t-tindif waqt l-iffilettjar jew tqattigħ. Meta eżami individwali mhux possibbli, minħabba d-daqs tal-filetti jew l-operazzjonijiet ta’ l-iffilettjar, pjan tal-kampjunatura għandu jsir u jiżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti skond id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/493/KEE. Meta jkun possibbli mil-lat tekniku l-eżami kontra d-dawl tal-filetti, għandu jkun inkluż fil-pjan tal-kampjunatura. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f’Brussel, fid-19 ta’ Jannar 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. --------------------------------------------------