31993D0069



Official Journal L 025 , 02/02/1993 P. 0026 - 0026


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 1991

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-emenda tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura tat-transitu komuni

(93/69/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura tat-transitu komuni (1) jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi fil-Konvenzjoni;

Billi l-Konvenzjoni ġiet emendata biex tqis bidliet reċenti lir-regoli tat-transitu fil-Komunità li jiffurmaw parti mir-riformi ta' dik il-proċedura bil-għan li jitkompla s-suq intern sal-1 ta' Jannar 1993;

Billi l-emendi relattivi huma mniżżla fir-Rakkomandazzjoni Nru 1/91 tal-Kumitat Konġunt, billi l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li għandhom x'jaqsmu ma' dik ir-rakkomandazzjoni għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li għandhom x'jaqsmu mal-emenda tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura tat-transitu komuni hu b'dan approvat f'isem tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Komunità.

Magħmula f'Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

P. DANKERT

(1) ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 1.