31992R3830



Official Journal L 387 , 31/12/1992 P. 0046 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0064


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3830/92

tat-28 ta’ Diċembru 1992

relattiv għat-trażżin tad-dazji doganali u komponenti fissi għall-kummerċ bejn il-Komunità tal-Għaxra u Spanja u għall-applikazzjoni minn Spanja tad-dazji mit-Tariffa Komuni Doganali għall-kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri mill-1 ta’ Jannar 1993

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, partikolarment l-Artikolu 75(4) tiegħu,

Billi l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi għall-possibbilità tas-soppressjoni tad-dazji doganali u komponenti oħra applikabbli għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn Spanja u l-Komunità tal-Għaxra; li l-istess disposizzjonijet jippermettu għal alinejament aċċellerat ta’ dazji doganali minn Spanja għat-Tariffa Komuni Doganali; li l-istess regola hija applikabbli taħt l-Artikolu 78 ta’ l-Att għat-tnaqqis fi Spanja tal-komponenti fissi maħsuba biex jiżguraw l-protezzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar;

Billi Spanja għamlet talba f’dan is-sens;

Billi it-tlestija tas-suq waħdieni mingħajr fruntjieri interni mill-1 ta’ Jannar 1993 teżiġi li jitrażżnu id-dazji doganali u komponenti oħra għall-kummerċ bejn il-Komunità tal-Għaxra u Spanja u l-applikazzjoni ta’ l-istess dazji doganali ta’ importazzjoni għall-kummerċ ma’ pajjiżi li mhumiex membri;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitati kollha ta’ Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Mill-1 ta’ Jannar 1993:

- Spanja trażżan il-kummerċ mal-Komunità tal-Għaxra bla ħsara għall-organizzazzjoni komuni tas-suq, dazji doganali u komponenti fissi maħsuba li jiżguraw il-protezzjoni għall-industrija ta’ l-ipproċessar,

- Id-dazji doganali u komponenti fissi maħsuba għall-protezzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar applikabbli mill-Komunità tal-Għaxra fuq l-importazzjonijiet minn Spanja huma mrażżna.

2. Mill-1 ta’ Jannar 1993 Spanja tapplika d-dazji doganali mill-Komunità tal-Għaxra għall-kummerċ ma pajjiżi li mhumiex membri.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’Brussel, fit-28 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------