31992R3802



Official Journal L 384 , 30/12/1992 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0159
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0159


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3802/92

tat-23 ta' Diċembru 1992

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/1 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa tan-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa [1] Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3800/87 [2] (2), u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] Ara paġna 8 ta' dan il-ĠU.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Preparazzjoni, ta' tip użata fl-għalf ta' l-annimali, li tikkonsisti minn taħlita ta' nibbieta tax-xgħir tal-birra, screenings tax-xgħir qabel il-proċess tal-malting (possibbilment inkluż żerriegħa oħra) u cleanings tax-xgħir, wara l-proċess tal-malting, u li jkollhom aktar mnn 10 % imma mhux iżjed minn 10 % imma mhux iżjed 30 % fil-piż tal-lamtu. | 61061000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 2309, 230990 u 23099041 (ara wkoll in-Noti Spjegattivi ta' l-Intestatura HS, intestatura 23.09, parti II.Ċ). Dan il-prodott ma jistax ikun ikkunsidrat bħala residwu tal-proċess biex issir il-birra ta' l-intestatura 2303. |

--------------------------------------------------