Official Journal L 374 , 22/12/1992 P. 0040 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3695/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 li jemenda n-numru tal-kodiċi u d-deskrizzjonijiet ta’certi prodotti elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żrieragħ. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali użata għall-prodotti agrikoli [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu, Billi l-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1740/91 [4], jelenka b’mod partikolari numru kbir ta’ speci ta’ ħxejjex u legumi fil-kodici NM li kienu emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2505/92 ta’ l-14 Lulju 1992 li jemenda l-Annessi I u II li jinsabu mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [5]; billi r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 għandu jiġi hekk adottat; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-żerriegħa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 huwa emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, is-subintestaturi NM 07131011 u 07131019 huma sostitwiti bi: "07131010 Piżelli (Pisum sativum) għaż-żriegħ" 2. dan l-Anness huwa sostitwit bl-Anness hawn mehmuż. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993. Dan ir-regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 Diċembru 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU No L 34, 9.2.1979, p. 2. [2] ĠU No L 312, 27.10.1989, p. 5. [3] ĠU No L 246, 5.11.1971, p. 1. [4] ĠU No L 163, 26.6.1991, p. 39. [5] ĠU No L 267, 14.9.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS Kodiċi NM | Deskrizzjoni | I.CERES 10019010 | Triticum spelta L. | 10061010 | Oryza sativa L. | | —varjetajiet tat-tip japonica | | —varjetajiet tat-tip indica | 2.OLEAGINEAE ex12040010 | Linum usitatissimum L. (qanneb tat-tessuti) | ex12040010 | Linum usitatissimum L. (kittien) | ex12079910 | Cannabis sativa L. (monoice) | 3.GRAMINEAE ex12092910 | Agrostis canina L. | ex12092910 | Agrostis gigantea Roth. | ex12092910 | Agrostis stolonifera L. | ex12092910 | Agrostis capillaris L. | ex12092980 | Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ex J.S. and K. B. Presl. | ex12092910 | Dactylis glomerata L. | ex12092380 | Festuca arundinacea Schreb. | 12092380 | Festuca ovina L. | 12092311 | Festuca pratensis Huds. | 12092315 | Festuca rubra L. | ex12092980 | Festulolium | ex12092500 | Lolium multiflorum Lam. | ex12092500 | Lolium perenne L. | | —ta' persistenza għolja, tardiva jew medja tardiva | | —varjetajiet ġodda u oħrajn | | —ta' persistenza baxxa, medja tardiva, medja kmieni jew kmieni | ex12092980 | Lolium x boucheanum Kunth | ex12092980 | Phleum bertolinii (DC) | ex12092600 | Phleum pratense L. | ex12092980 | Poa nemoralis L. | 12092400 | Poa pratensis L. | ex12092910 | Poa palustris és Poa trivialis L. | 4.LEGUMINOSAE ex07131010 | Pisum sativum L. (partim) (piżelli ta' l-għalqa) | ex07135010 | Vicia faba L. (partim) (fażola ta' l-għalqa) | ex12092980 | Hedysarum coronarium L. | ex12092980 | Medicago lupulina L. | ex12092100 | Medicago sativa L. (ekotypes) | ex12092100 | Medicago sativa L. (varieties) | ex12092980 | Onobrychis viciifolia Scop. | ex12092200 | Trifolium alexandrinum L. | ex12092200 | Trifolium hybridum L. | ex12092200 | Trifolium incarnatum L. | ex12092200 | Trifolium pratense L. | ex12092200 | Trifolium repens L. | ex12092200 | Trifolium repens L. var. giganteum | ex12092200 | Trifolium resupinatum L. | ex12092910 | Vicia sativa L. | ex12092910 | Vicia villosa Roth. | --------------------------------------------------