31992R3578



Official Journal L 364 , 12/12/1992 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0146


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3578/92

tas-7 ta' Diċembru 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 [4] jipprovdi li Stati Membri jistgħu jippromwovu l-iżvilupp ta' trasport konġunt bl-għoti ta' għajnuna dwar investiment f'infrastruttura u fil-faċilitajiet fissi u mobbli meħtieġa għal trasbord jew għat-trasbord ta' servizz ta' trasport kombinat ġewwa l-Komunità fi tranżitu madwar it-teritorju ta' pajjiżi mhux membri;

Billi l-evoluzzjoni ta' trasport konġunt juri li għall-Komunità sħiħa, il-fażi tal-bidu ta' din it-teknoloġija għadha ma ġietx konkluża, u billi l-arranġamenti ta' għajnuna għandhom għalhekk jinżammu għal perjodu ieħor;

Billi l-possibbiltà li tingħata dik l-għajnuna għall-infieq rikorrenti ta' servizzi ta' trasport kombinat li jaqsmu t-teritorju ta' pajjiż mhux membru hi meħtieġa biss fil-każijiet speċifiċi ta' l-Awstrija, l-Isvizzera u l-Istati ta' dik li kienet il-Jugoslavja;

Billi l-ħtieġa li tintlaħaq koeżjoni ekonomika u soċjali malajr fil-Komunità titlob li jsir enfasi fuq investiment f'faċilitajiet bil-ferrovija u ta' toroq, speċifiċi għal trasport kombinat, b'mod partikolari fejn dawn jippreżentaw alternattiva għal xogħol ta' infrastruttura li ma jistax jitlesta fi żmien qasir;

Billi, b'żieda ma' dan, il-provvista ta' għajnuna għal faċilitajiet ta' toroq, speċifiċi għal trasport konġunt, għandu jkun mod effettiv biex ikunu nkoraġġiti intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jagħmlu użu minn servizzi ta' trasport kombinat;

Billi għajnuna għal tagħmir speċifiku għal trasport konġunt, għandu jgħin l-iżvilupp ta' teknoloġija ġdida bimodali ta' trasbord;

Billi matul fażi tal-bidu limitata, il-possibiltà li tingħata għajnuna għandha għalhekk tkun estiża għal investiment f'faċilitajiet ta' trasport disinjati speċifikament għal trasport kombinat, kemm-il darba dawn jintużaw esklussivament għal dak il-għan;

Billi l-arranġamenti preżenti ta' għajnuna għandhom jinżammu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1995 u l-Kunsill għandu jiddeċiedi, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, dwar l-arranġamenti li għandhom japplikaw sussegwentement jew, jekk meħtieġ, dwar il-kondizzjonijiet biex titwaqqaf dik l-għajnuna;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 għandu għalhekk ikun emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

"(e) sal-31 ta' Diċembru 1995, meta l-għajnuniet jingħataw bħala miżura temporanja u huma ddisinjati biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' trasport kombinat, dawk l-għajnuniet għandhom jirreferu għal:

- investiment f'infrastruttura,

jew

- investiment f'faċilitajiet fissi u mobbli meħtieġa għal transhipment,

jew

- investiment f'tagħmir ta' trasport iddisinjat speċifikament għal trasport kombinat u użat esklussivament fi trasport kombinat,

jew

- spejjeż biex jiġu operati servizzi ta' trasport kombinat fi tranżitu matul l-Awstrija, l-Isvizzera jew l-Istati ta' dik li kienet il-Jugoslavja.

Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport ta' progress dwar il-miżuri ta' hawn fuq lill-Kunsill kull sentejn fejn tagħti dettalji, fost l-oħrajn, tad-destinazzjoni ta' l-għajnuniet, l-ammonti tagħhom u l-impatt tagħhom fuq it-trasport kombinat. Stati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex isir ir-rapport.

Sal-31 ta' Diċembru 1995 il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, dwar l-arranġamenti li għandhom japplikaw sussegwentement jew, jekk meħtieġ, dwar il-kondizzjonijiet biex dawn jiġu mwaqqfa."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MacGregor

[1] ĠU C 282, tat-30.10.1992, p. 10.

[2] Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 1992 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Novembru 1992 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1. L-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1100/89 (ĠU L 116, tat-28.4.1989, p. 24).

--------------------------------------------------