31992R3279



Official Journal L 327 , 13/11/1992 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0177


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/92

tad- 9 ta’ Novembru 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatiċi, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazjzoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

Billi l-użu ta’ kapsuli jew fojl b’bażi ta’ ċomb bħala għatu għall- mekkaniżmu li jagħlqu fuq kontenituri li fihom jitpoġġew l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid għandu jiġi projbit sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari b’kuntatt aċċidentali ma’ dawk il-prodotti, u r-riskju ta’ tniġġiż ta’ l-ambjent minn skart li jkun fih iċ-ċomb li jinstab f’dawn il-kapsuli jew fojl; billi, madanakollu, il-fabbrikanti u l-utenti ta’ dawn il-kapsuli jew fojl għandhom jingħataw żmien biex jaġġustaw u dana billi l-projbizzjoni tiġi applikata mill-1 ta’ Jannar 1993 biss; billi huwa meħtieġ li l-prodotti fil-flixken li jkollhom kapsuli jew fojl b’bażi ta’ ċomb qabel id-data hawn fuq imsemmija jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha;

Billi huwa xieraq li ċerti definizjonijiet ta’ xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid jiġu adattati sabiex jiġu meqjusa aħjar il-prassi tradizzjonali tal-produzzjoni

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 [4] għandu jiġi emendat b’riżultat ta’ dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 huwa emendat kif gej:

1. l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3)(a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(a) xarba miksuba mill-inbid:

Sangria:

- aromatizzata biż-żjieda ta’ estratti jew essenzi tal-frott taċ-ċitru naturali,

- bil-meraq ta’ dan il-frott jew mingħajr,

- possibbilment:

- miżjuda bil-ħwawar,

- biz-zokkor,

- bil-CO2,

u li jkollu qawwa ta’ alkoħol akkwistata skond il-volum ta’ inqas minn12 % vol.";

2. L-Artikolu 2(3)(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(e) Kalte Ente:

xarba aromatizzata b’bażi ta’ inbid, miksuba bit-taħlita ta’ inbid semi-spumanti jew inbid semi-spumanti bil-CO2 miżjud ma’ inbid spumanti jew inbid spumanti miżjud bil-CO2, u biż-żieda ta’ sustanzi jew estratt ta’ lumi naturali, li it-togħma tagħhom għandha tkun tintiegħem sew. Il-prodott finali għandu jkun fih mhux anqas minn 25 % bil-volum ta’ inbid spumanti jew inbid spumanti bis-CO2 miżjud;".

3. il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 8:

"4a. Sa mill-1 ta’ Jannar 1993, il-prodotti fil-fliexken msemmija f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu maħzuna bil-għan li jinbiegħu jew jitpoġġew fuq is-suq f’reċipjenti b’mekkaniżmi ta’ għeluq mgħottija b’kapsuli jew fojl b’bazi ta’ ċomb. Madanakollu, il-bejgħ ta’ prodotti fil-fliexken li qabel dik id-data kellhom kapsuli bħal dawn jew fojl għandu jitħalla jsir sakemm jispiċċaw il-ħażniet."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid- 9 ta’ Novembru1992.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Hurd

[1] ĠU Ċ 69, 18.3.1992, p. 11.

[2] ĠU Ċ 241, 21.9.1992, p. 97. u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 1992 (s’issa għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Ċ 169, 6.7.1992, p. 1.

[4] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

--------------------------------------------------