Official Journal L 181 , 01/07/1992 P. 0009 - 0011
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0226
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0226
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1764/92 tad-29 Ġunju 1992 li jemenda l-arrangamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Alġerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, Malta, il-Marokk, is-Sirja u t-Tuneżija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, fil-kuntest ġenerali ta' politika Mediterranja ġdida, bil-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet u tiżdied il-koperazzjoni mal-pajjiżi tar-reġjun, il-Kunsill u l-Kummisjoni adottaw Riżoluzzjoni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi tal-Mediterran li m'humiex membri fil-laqgħa tal-Kunsill fit-18 u d-19 ta' Diċembru 1990; Billi r-Riżoluzzjoni tipprovdi b'mod partikolari għall-implimentazzjoni ta' miżuri li jippromovu l-esportazzjoni agrikola minn dawn il-pajjiżi lejn il-Komunità u billi l-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri trid tkun definita; Billi, biex isir dan, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità taħt id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew Koperazzjoni ma' l-Algerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, Malta, il-Marokk, is-Sirja u t-Tuneżija, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazji applikabli fil-31 ta' Diċembru 1991 fil-Komunità kif kostitwiti fil-31 ta' Diċembru 1985 għal prodotti imniżżla fl-Anness II għat-Trattat, li oriġinaw fil-pajjiżi imsemmija tal-Mediterran li m'humiex membri u li għalihom it-tneħħija tat-tariffi trid testendi wara l-1 ta' Jannar 1993 b'riżultat tal-Protokolli għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew Koperazzjoni murija fl-Anness I, għandhom jitneħħew f'żewġ stadji ndaqs, mill-1 ta' Jannar 1992 u mill-1 ta' Jannar 1993. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fil-limiti, jekk hemm, tal-kwoti tat-tariffi u l-iskedi mressqa fil-Protokoll li għalih hemm referenza f'dak il-paragrafu u għandu jqis xi dispożizzjonijiet speċjali imniżżla fih. 3. Meta, b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' paragrafu 1, dazji jilħqu l-livell ta' 2 % jew inqas, għandhom jiġu sospiżi totalment. Din il-miżura għandha tapplika mutatis mutandis għal dazji speċifiċi li ma jaqbżux 2 % ad valorem. Artikolu 2 1. Il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' referenza imressqa, għal prodotti imniżżla fl-Anness II għat-Trattat, fil-Protokoll li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1 għandhom jiżdiedu, f'erba' stadji indaqs ta' 5 % kull sena mill-1992 sa l-1995 fil-limiti ta' l-iskedi msemmija fl-Artikolu 1(2). Din iż-żieda għandha tkun ta' 3 % għal kwoti ta' tariffi għal prodotti imniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. 2. Iż-żieda fil-kwoti tat-tariffi għandha tkun applikata għal prodotti li joriġinaw minn Ċipru biss jekk iż-żieda m'hix inkluża fil-Protokoll konkluż bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' Ċipru msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1992. Għall-Kunsill Il-President Jorge Braca De Macedo -------------------------------------------------- ANNESS I Lista ta' Protokolli imsemmija fl-Artikolu 1 - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija (ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 1); - Protokoll li jipprovdi l-konidzzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Ċipru u jadatta ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim (ĠU L 393, tal-31.12.1987, p. 1); - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu (ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 10); - Ir-Raba' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael (ĠU L 327, tat-30.11.1988, p. 35); - Protokoll Addizjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Ġordan (ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 18); - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Lebaniża (ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 28); - Protokoll Supplimentari għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Malta (ĠU L 81, tat-23.3.1989, p. 1); - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 224, tat-13.8.1988, p. 17); - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana (ĠU L 327, tat-30.11.1988, p. 57); - Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija (ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 35). -------------------------------------------------- ANNESS II Lista ta' prodotti li għaliha jirreferi l-Artikolu 2(1), li għalihom hemm żieda annwali fil-kwoti tat-tariffi preskritta fil-protokolli li għandha tkun limitata għal 3 % Kodici NM | Deskrizzjoni | 060310 | Fjuri u blanzuni maqtughin ta'tip xierqa gall-bukketti jew ghat-tizjin friski | 0701905107019059 | Patata gdida, friska jew imkessha | 07020010 | Tadam,frisk jew imkessah | ex080510 | Laring frisk | ex080520 | Mandolini, klementini u citru similibridi, friski | ex08129020 | Laring,mithun fin | 20021010 | Tadam imqaxxar | 200911 | Meraq tal-laring | 200919 | 220421 | Inbid ta' gheneb frisk | 220429 | --------------------------------------------------