Official Journal L 088 , 03/04/1992 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0120
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 840/92 tal-1 ta' April 1992 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u nomenklatura dwar statistika u t-Tariffa Doganali Komuni, skond l-aħħar emendi permezz ta' Regolament (KEE) Nru 627/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħduda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li tkun stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra li jirreferu għal kummerċ f'oġġetti; Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti f'kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xieraq indikat f'kolonna 2, skond ir-raġunijiet stabbiliti f'kolonna 3; Billi l-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti f'kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħduda taħt il-kodiċi NM xieraq indikat f'kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul ġewwa Brussell, 1 ta' April 1992. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU nru L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU nru L 68, tat-13.3.1992, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodici NM | Ragunijiet | (1) | (2) | (3) | Eżempji ta' pejst tal-fwieħa magħmul fuq materjal ta' pubbliċità pprintjat | 33030010 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni kombinata, nota 2 sas-Sezzjoni VI, nota 2 sa Kapitolu 33 u l-kliem ta' Kodiċi NM | +++++ TIFF +++++ Unit ta' xkaffar li titmexxa, tasal sa għoli ta' 2250 mm, magħmulha minn bażi immuntata fuq erba’ roti żgħar, b'erba supporti tal-metall fil-kantunieri u mill-inqas b'żewġ xkafef ta' l-injam. Din il-unit hija ġeneralment użata għat-trasport kif ukoll biex jintrefgħu oġġetti mibjugħa minn floristi. Xkaffar: ara r-ritratt | 94032099 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni kombinata, nota 2 sa Kapitlu 94 u l-kliem ta' Kodiċi NM 9403, 940320 u 94032099. Il-Klassifikazzjoni bħala kontejner hija prekluda għaliex il-unit ta' l-ixkaffar hija miftuħa minn kull naħa. | --------------------------------------------------