Official Journal L 034 , 11/02/1992 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0136
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0136
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 315/92 ta’ l-10 ta’ Frar 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards rigward il-marketing tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti livelli fis-suq għat-tjur [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2988/91 [3], jipprovdi għal eżenzjoni li permezz tagħha l-operaturi ġew awtorizzati sabiex jużaw materjal b’indikazzjonijiet qodma għall-imballaġġ sal-31 ta’ Diċembru 1991; billi, bil-għan ta’ l-eżistenza kontinwa ta’ ħażniet ta’ materjal għall-imballaġġ qadim, u sabiex il-perjodu ta’ transizzjoni jkun magħmul aktar faċli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, din id-data għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Marzu 1992; Billi l-miżuri li jagħmel tajjeb għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 "il-31 ta’ Diċembru 1991" huwa hawnhekk mibdul b’"il-31 ta’ Marzu 1992". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p.1. [2] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p.11. [3] ĠU L 284, tat-12.10.1991, p.26. --------------------------------------------------