31992L0045



Official Journal L 268 , 14/09/1992 P. 0035 - 0053
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0035
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0035


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE

tas-16 ta' Ġunju 1992

dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali li għandhom dwar il-qtil tas-selvaġġina u t-tqegħid fis-suq ta' laħam tas-selvaġġina

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-laħam tas-selvaġġina huwa inkluż fil-lista ta' prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fis- suq tas-selvaġġina jikkostitwixxi kull għajn addizzjonali ta' dħul ta' flus għall-parti mill-popolazzjoni agrikola;

Billi, sabiex tiżgura l-iżvilupp razzjonali ta' dan is-settur u ttejjeb il-produttività, ir-regoli li jirrigwardaw problemi ta' saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali li jeffettwaw il-produzzjoni u tqegħid fuq is-suq tal-laħam tas-selvaġġina għandhom jiġu stabbiliti fuq livell tal-Komunità;

Billi t-tifrid fir-rigward ta' saħħa ta' l-annimali u l-kondizzjonijiet ta' saħħa pubblika fl-Istati Membri għandu jiġi eliminat sabiex jiġi mħeġġeġ il-kummerċ intra-Komunitarju f'dan il-laħam, bil-ħsieb li s-suq intern jkun komplut;

Billi mard li jittieħed fl-annimali domestiċi u fil-bnedmin jista' jinfirex permezz ta' laħam bħal dan; billi jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li dawn ir-riskji jiġu kontrollati;

Billi jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta' ndafa li fihom il-laħam tas-selvaġġina jinkiseb, jiġi pproċessat u spezzjonat, biex ma jkunx hemm infezzjonijiet jew avvelenament mill-ikel;

Billi jeħtieġ li jiġu stipulati r-regoli ta' ndafa li jridu jitħarsu mill-biċċeriji tal-laħam tas-selvaġġina għall-għanijiet ta' approvazzjoni għall-kummerċ;

Billi, fir-rigward ta' l-organizzazzjoni, u dak li jiġi wara, tal-kontrolli li jridu jitwettqu mill-Istat Membru ta' destinazzjoni u l-miżuri ta' salvagwardja li jridu jitħaddmu, għandha ssir referenza għal regoli ġenerali preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb li s-suq intern ikun komplut [4];

Billi s-selvaġġina u l-laħam tas-selvaġġina importat minn pajjiżi terzi għandu jkun suġġett għal ħtiġiet minimi stabbiliti minn din id-Direttiva għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, u tħaris tagħha għandu jinżamm taħt kontroll b'konformità mal-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/675/KEE [5];

Billi huwa xieraq li wieħed jippermetti derogi għal kwantitajiet żgħar ta' laħam tas-selvaġġina;

Billi huwa xieraq li jingħataw derogi temporanji li jippermettu lill-biċċeriji tas-selvaġġina li jħarsu dawn il-ħtiġiet ġodda;

Billi l-Kummissjoni għandha jkollha l-inkarigu li tħadden miżuri biex tħaddem din id-Direttiva; billi, għal dan l-għan, għandha titwaqqaf proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf;

Billi d-data finali għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali, iffissata għall-1 ta' Jannar 1994 fl-Artikolu 23, m'għandhiex teffettwa t-tneħħija ta' kontrolli veterinarji fuq fruntieri fl-1 ta' Jannar 1993,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I Disposizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ta' saħħa pubblika u ta' l-annimali applikabbli għall-qtil tas-selvaġġina u għat-tħejjija u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tas-selvaġġina.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) selvaġġina fi kwantitajiet zġħar, mhux imqaxxra jew imnittfa, u, fil-każ ta' selvaġġina żgħira, mhux imnaddfa, fornita direttament mill-kaċċatur lill-konsumatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut;

(b) kwantitajiet żgħar ta' laħam ta' selvaġġina forniti direttament lill-konsumatur aħħari;

(ċ) qtugħ u ħażna ta' laħam tas-selvaġġina fil-ħwienet bl-imnut jew f’fondi ma' ġenb minn fejn isir il-bejgħ, fil-każ fejn il-qtugħ u l-ħażna jsiru biss bl-għan li jfornu lill-konsumatur direttament fuq il-post.

Il-ħidmiet hawn fuq imsemmija għandhom jibqgħu soġġetti għal kontrolli dwar saħħa pubblika li għalihom hemm previst fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-bejgħ bl-imnut.

3. Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw il-kummerċ jew l-importazzjoni minn pajjiżi terzi m'għandhomx japplikaw għal trofej jew għal selvaġġina maqtula li jkunu qegħdin jinġarru minn vjaġġaturi fil-vettura privata tagħhom sakemm dan jinvolvi biss kwantità żgħira ta' selvaġġina żgħira jew kull annimal wieħed kbir ta' selvaġġina u ċ-ċirkostanzi juru li m'hemm xejn x'juri li l-laħam ta' din is-selvaġġina huwa maħsub għall-kummerċ jew għal użu kummerċjali, u sakemm s-selvaġġina msemmija ma tkunx ġejja minn kull pajjiż jew parti minn pajjiż li minnu l-kummerċ huwa projbit kif previst bl-Artikolu 11 (2) u 3 jew l-Artikolu 18.

Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'selvaġġina'': mammiferi salvaġġi ta' l-art li ssir kaċċa fuqhom (inklużi mammiferi li qed jgħixu ġewwa zona magħluqa taħt kondizzjonijiet ta' ħelsien bħal dawk li tgawdi s-selvaġġina) u tjur salvaġġ li ma jaqawx taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta' Novembru 1990, li tirrigwarda s-saħħa pubblika u problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jeffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fenek u laħam tas-selvaġġina tat-trobbija [6];

(a) 'selvaġġina kbira': ungulati salvaġġi;

(ċ) 'selvaġġina żgħira': mammiferi salvaġġi tal-familja Leporidae u għasafar tas-selveġġina maħsuba biex jittieklu mill-bniedem;

(d) 'laħam tas-selvaġġina': kull parti tas-selvaġġina li huma tajbin għall-ikel mill-bniedem;

(e) 'biċċerija tas-selvaġġina': kull stabbiliment approvat skond l-Artikolu 7 li fih tiġi pproċessata s-selvaġġina u jinkiseb il-laħam tas-selvaġġina u li jiġi spezzjonat b’mod konformi mar-regoli ta' l-iġene stabbiliti f'din id-Direttiva;

(f) 'ċentru ta' ġbir ': kull post fejn tinżamm is-selvaġġina b’mod konformi mar-regoli ta' l-iġene li hemm fl-Anness I, Kapitolu IV () qabel ma tiġi meħuda f'biċċerija;

(g) 'tqegħid fis-suq': iż-żamma jew tqegħid għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, bejgħ, fornitura jew kull forma oħra ta’ tqegħid fis-suq ta’ laħam tas-selvaġġina għal konsum mill-bniedem fil-Komunità, barra forniment skond l-Artikolu 1 (2);

(h) 'kummerċ': kummerċ bejn l-Istati Membri fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 9 (2) tat-Trattat 9.

2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/662/KEE u d-Direttiva 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li jirrigwardaw kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jkun mlesti s-suq intern [7], u d-definizzjoni ta' laħam frisk fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi ta' saħħa li jeffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [8], għandhom jgħoddu kif jeħtieġ.

KAPITOLU II Disposizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni tal-Komunità u l-kummerċ

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-laħam tas-selvaġġina:

(a) jkun ġej minn selvaġġina li:

- inqatlet f'kull żona ta' kaċċa b'mezzi awtorizzati skond il-leġislazzjoni nazzjonali li tirregola l-kaċċa,

- ma tkunx ġejja minn kull reġjun suġġett għal restrizzjonijiet kif previst bid-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa li jeffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [9], id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk tat-tjur [10] u d-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE jew minn kull zona ta' kaċċa soġġetta għal restrizzjonijiet kif previst bl-Artikolu 10 u 11 ta' din id-Direttiva,

- minnufih wara l-qtil tkun ġiet ippreparata b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu III, u meħuda lejn il-biċċerija sa mhux aktar tard minn 12-il siegħa kif saret referenza f' (b) jew lejn kull ċentru ta' ġbir fejn għandha tiġi mkessħa sat-temperaturi speċifikati fl-Anness I, Kapitolu III, u minn fejn għandha tittieħed lejn biċċerija kif imsemmi f'(b) sa 12-il siegħa jew, fil-każ ta' reġjunijiet remoti fejn il-kondizzjonijiet klimatiċi hekk jippermettu, sa kull perjodu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti sabiex il-veterinarju uffiċjali ta' l-imsemmija biċċerija jkun jista' jwettaq l-ispezzjoni ta’ wara l-mewt li għaliha hemm provdut fl-Anness I, Kapitolu V, taħt kondizzjonijiet soddisfaċenti;

(b) jinkiseb:

(i) jew f'biċċerija tas-selvaġġina li tħares il-kondizzjonijiet ta' l-Anness I, Kapitolu I u II, u approvata għall-għanijiet tal-Kapitolu preżenti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7;

(ii) fil-każ ta' selvaġġina kbira, f’kull stabbiliment approvat b’mod konformi ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE, jew, fil-każ ta' selvaġġina żgħira, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta' Frar 1971 dwar problemi ta' saħħa li jeffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur [11] sakemm:

- din is-selvaġġina tiġi mqaxxra fi kmamar separati minn dawk miżmuma għal laħam kopert minn dawn id-Direttivi, jew f'ħinijiet differenti,

- stabbilimenti bħal dawn jingħataw approvazzjoni speċjali għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,

- jittieħdu miżuri biex jippermettu l-identifikazzjoni ċara ta' laħam miksub kif previst fid-Direttiva preżenti u laħam miksub skond id-Direttivi 64/433/KEE u 71/118/KEE;

(ċ) jkun ġej minn annimali maqtula li tkun twettqet fuqhom spezzjoni viżiva mill-veterinarju uffiċjali:

- biex jinstabu kull anomaliji. Il-veterinarju uffiċjali jista' jibbaża d-dijanjosi fuq kull informazzjoni provduta mill-kaċċatur, fejn xieraq fuq il-bażi ta' ċertifikat stabbilit mill-awtorita responsabbli għar-regolamenti tal-kaċċa, dwar kif iġib ruħu l-annimal qabel il-qtil,

- biex jivverifika li l-mewt mhix minn kawża oħra ħlief dik ta' kaċċa;

(d) jkun ġej minn selvaġġina li:

- inħadmet taħt kondizzjonijiet soddisfaċenti ta' ndafa, b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu III u IV,

- tkun twettqet fuqha, skond b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu V, ispezzjoni post-mortem minn kull veterinarju uffiċjali jew, minn awżiljarji li għandhom il-kwalifiki professjonali li jridu jiġu speċifikati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali,

- ma tkunx uriet ebda tibdil ħlif għal leżjonijiet trawmatiċi li jkunu saru waqt il-qtil jew malformazzjonijiet lokalizzati jew tibdil, kemm-il darba jiġi stabbilit, jekk meħtieġ permezz ta' testijiet fil-laboratorju, li dawn ma jirrendux il-laħam mhux xieraq għal konsum mill-bniedem jew perikoluż għas-saħħa tal-bniedem,

- li fuqha, fil-każ ta' selvaġġina żgħira li ma tkunx ġiet imnaddfa minnufih wara il-qtil b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu V (1), ispezzjoni uffiċjali veterinarja tkun twettqet fuq kull kampjun rappreżentattiv ta' annimali mill-istess għajn.

Jekk il-veterinarju uffiċjali jsib kull marda komunikabbli għal bniedem jew difetti kif saret referenza għalihom fl-Anness I, Kapitolu V (4), għandu jwettaq aktar kontrolli fuq il-lott kollu. Fid-dawl tar-riżultati ta' dawn il-kontrolli ulterjuri, għandu jew jeskludi l-lott kollu mill-konsum għal bniedem jew jispezzjona kull karkassa individwalment.

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-laħam tas-selvaġġina jiġi eskluż mill-konsum għall-bniedem:

(i) jekk jinstab li jkun fih id-difetti li saret ir-referenza fuqhom fl-Anness I, Kapitolu V (3) (e), jew li jkun ġie miżmum b’mod konformi mal-paragrafu 4 ta' dan il-Kapitolu;

(ii) jekk il-kontrolli li għalihom hemm provdut fit-tielet inċiż tal-paragrafu1 (d) ta' dan l-Artikolu jkunu kixfu l-preżenza ta' kull mard komunikabbli għall-bniedem;

(iii) jekk ikun ġej minn annimali li jkunu kielu sustanzi li x'aktarx jistgħu jagħmlu l-laħam perikoluż jew li jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem u li dwaru tkun ittieħdet kull deċiżjoni, bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22, wara li tkun ittieħdet il-fehma tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju. Sakemm tiġi implimentata din id-deċiżjoni, ir-regoli nazzjonali dwar dawn is-sustanzi għandhom jibqgħu fis-seħħ, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(iv) jekk, mingħajr preġudizzju għal kull leġislazzjoni tal-Komunità li tgħodd għall-ijonizzazzjoni, jkun ġie trattat b'radjazzjoni jonizzanti jew ultra-vjola jew permezz ta' sustanzi li jistgħu jeffettwaw il-karatteristiċi organolettiċi jew l-użu ta' kulur barra minn dak użat għall-immarkar tas-saħħa.

3. Il-laħam taċ-ċingjale jew ta' kull speċi oħra suxxettibbli għat-trikinosi għandha titwettaq fuqu analiżi bil-metodu tad-diġestjoni b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar l-eżami għat-trikinae (trichinella spiralis) ma' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk li ġej minn qżieqes domestiċi [12] jew kull eżami trikinoskopiku b'osservazzjoni mikroskopika ta' bosta kampjuni minn kull annimal meħud mix-xedaq u l-muskoli tad-dijaframma, mill-muskoli tal-parti t'isfel tas-sieq ta' quddiem mill-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-muskoli ta' l-ilsien ta' l-inqas.

Qabel l-1 ta' Jannar 1994, il-Kunsill, hu u jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikseb il-fehma tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, għandu jippreskrivi l-metodi ta' analiżi bid-diġestjoni li huma xierqa għat-tkixxif tat-trikinożi fiċ-ċingjale jew speċi oħra ta' selvaġġina suxxettibbli għat-trikinożi; l-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' l-eżami trikinoskopiku jew mikroskopiku għat-tkixxif tat-trikinożi.

4. Il-laħam tas-selvaġġina dikjarat xieraq għall-konsum mill-bnedmin għandu:

(i) jkollu l-marka tas-saħħa b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu VIII.

Tista' tittieħed deċiżjoni, fejn xieraq, biex jiġu emendati jew miżjuda d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu hawn fuq imsemmi b’mod konformi mal-proċedura li għaliha hemm disposizzjonijiet fl-Artikolu 22, sabiex jittieħed kont l-aktar tal-forom differenti ta' preżentazzjoni kummerċjali, kemm-il darba jħarsu r-regoli ta' ndafa stabbiliti f'din id-Direttiva.

Direttiva tal-Kummissjoni 80/879/KEE tat-3 ta' Settembru 1980 [13] dwar il-marki tas-saħħa fuq pakketti kbar ta' laħam frisk tat-tjur għandu jgħodd għall-laħam ta' selvaġġina żgħira;

(ii) wara spezzjoni post-mortem, għandu jiġi maħżun b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu X, taħt kondizzjonijiet ta' ndafa soddisfaċenti f'biċċeriji tas-selvaġġina approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva, jew fi stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 71/118/KEE, jew f'imħażen imkessħa approvati u spezzjonati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/433/KEE;

(iii) jkun akkumpanjat waqt il-vjaġġ minn:

- kull dokument kummerċjali kif awtorizzat mill-veterinarju uffiċjali. Dan id-dokument għandu:

- barra mid-dettalji li għalihom hemm provdut fl-Anness I, Kapitolu VII (2), inkluż fil-każ ta' laħam tal-friża x-xahar u s-sengħa ta' meta ġie ffriżat, ikollu kull numru ta' kodiċi li permezz tiegħu l-veterinarju uffiċjali jista' jiġi identifikat,

- jinżamm mill-persuna li tirċivih ta' l-inqas għal sena biex ikun jista' jiġi ppreżentat fuq talba ta' l-awtorità kompetenti.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-punt, u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-allokazzjoni ta' numri ta' kodiċi u l-kompilazzjoni ta' lista jew aktar li jidentifikaw il-veterinarji uffiċjali, għandhom jitħaddnu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22

- kull attestat pubbliku ta' saħħa ta' l-annimal li jikkorispondi għall-kampjun fl-Anness II, fil-każ ta' laħam minn biċċerija tas-selvaġġina li tinsab f' kull reġjun ristrett jew zona jew laħam li jrid jintbagħat lill Stat Membru ieħor wara vjaġġ minn pajjiż terz f'trakk issiġillat;

(iv) jkun trasportat taħt kondizzjonijiet soddisfaċenti ta' ndafa b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu XI;

(v) Fil-każ ta' partijiet ta' karakassa jew laħam mingħajr għadam ta' tajr żgħir tas-selvaġġina, miksuba wkoll f'kondizzjonijiet bħal dawn għal dawk li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 3 B tad-Direttiva 71/118/KEE, fi stabbilimenti approvati apposta għal dan l-għan skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva preżenti;

(vi) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta' affarijiet ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari [14], titwaħħlilhom tikketta b'indikazzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimal.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) il-laħam dikjarat mhux xieraq għall-konsum mill-bnedmin jkun jintgħaraf sewwa mill-laħam dikjarat xieraq għall-konsum mill-bnedmin;

(b) il-laħam dikjarat mhux xieraq għall-konsum mill-bnedmin jiġi ttrattat b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistabbilixxi r-regoli veterinarji għar-rimi u l-ipproċessar ta' l-iskart ta' annimali, għat-tqegħid tiegħu fuq is-suq u għall-prevenzjoni ta' patoġeni fl-għalf li jkun ġej mill-annimali jew mill-ħut u li temenda id-Direttiva 90/425/KEE [15].

2. Laħam minn kull żona soġġetta għal restrizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali għandu jkun suġġett għal regoli speċifiċi determinati fuq kull bażi ta' każ b'każ b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

3. Regoli dettaljati għat-tħaddim ta' dan l-Artikolu għandhom jekk jeħtieġ jiġu determinati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn li ġejjin biss ikunu suġġetti ta' kummerċ:

1. selvaġġina mqaxxra u mnaddfa li tħares il-ħtiġiet ta' l-Artikoli 3 u 4, jew laħam frisk tas-selvaġġina;

2. selvaġġina żgħira mhux mqaxxra u mhux imnittfa, mhux tal-friża jew friża qawwija li tkun kontrollata b’mod konformi mat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3 (1) (b) (ii), kemm-il darba tkun maħduma u maħżuna separatament mill-laħam frisk kopert mid-Direttiva 64/433/KEE, laħam tat-tjur u laħam tas-selvaġġina mqaxxra jew imnittfa;

3. selvaġġina kbira mhux imqaxxra li:

(a) tħares ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3 (1) (a) l-ewwel u t-tieni inċiż, l-Artikolu 3 (1) (ċ), u l-Artikolu 3 (1) (d) l-ewwel daħla;

(b) li l-intern tagħha tkun saret fuqu spezzjoni post-mortem f'biċċerija;

(ċ) tkun akkumpanjata minn kull ċertifikat ta' saħħa li jikkorrispondi għal kull kampjun li jrid jittella’ b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali biex jattesta li r-riżultat ta' l-ispezzjoni post-mortem li għaliha hemm provdut f' (b) kien soddisfaċenti u li l-laħam ġie dikjarat xieraq għall-konsum tal-bnedmin;

(d) tkun tkessħet sa temperatura ta' bejn -1 oC u:

(i) +7 °C u nżammet f'dik it-temperatura matul it-trasport sa’ kull biċċerija sa perjodu massimu ta' sebgħat ijiem mill-ispezzjoni post-mortem li għaliha saret referenza f'(b), jew

(ii) +1 °C u inżammet f'dik it-temperatura matul il-vjaġġ sa kull biċċerija sa perjodu massimu ta' sebat ijiem mill-ispezzjoni post-mortem li għaliha saret referenza f'(b).

Dan il-laħam tas-selvaġġina mhux imqaxxar ma jistax ikollu marka ta' saħħa li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 3 (4) (i) kemm-il darba, wara li jsir it-tqaxxir fil-biċċerija tad-destinazzjoni, ma tkunx saret ispezzjoni post-mortem b’mod konformi ma’ l-Anness I, Kapitolu V, u jkun ġie dikjarat xieraq għal konsum mill-bniedem mill-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

- - il-biċċeriji tas-selvaġġina li ma jħarsux il-livelli stabbiliti fl-Anness I, Kapitolu I, u li mhumiex koperti mid-derogi li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 8 ma jistgħux jiġu approvati b’mod konformi fl-Artikolu 7 u li l-prodotti għal stabbilimenti bħal dawn ma jkollhomx il-marka ta' saħħa li għaliha hemm provdut fl-Anness I, Kapitolu VII u ma jistgħux ikunu suġġetti ta' kummerċ,

- is-selvaġġina li ma tħarisx il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3 ma tistax tkun suġġett ta' kummerċ jew tiġi importata minn pajjiżi terzi,

- il-fdalijiet tas-selvaġġina dikjarata xierqa għal konsum mill-bnedmin ma jistgħux ikunu suġġett ta' kummerċ kemm-il darba ma jkunux ġew trattati b'mod xieraq b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jeffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam [16].

Artikolu 7

1. Kull Stat Membru għandu jniedi kull lista ta' biċċeriji approvati ta' selvaġġina, li kull waħda minnhom ikollha numru veterinarju ta' approvazzjoni. L-Istati Membri jistgħu japprovaw, għall-ipproċessar tas-selvaġġina, stabbilimenti approvati b’mod konformi mad-Direttiva 64/433/KEE u 71/118/KEE, sakemm dawn l-istabbilimenti huma attrezzati biex jipproċessaw il-laħam tas-selvaġġina u li jaħdmu f'kondizzjonijiet li jiżguraw it-tħaris tar-regolamenti ta' l-indafa.. L-Istati Membri għandhom jibagħtu din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Stat Membru m'għandux japprova kull biċċerija tas-selvaġġina sakemm ma jkunx soddisfatt li tħares din id-Direttiva.

Fejn jinstab li l-indafa mhix xierqa u fejn il-miżuri li għalihom hemm provdut fl-Anness I, Kapitolu V (5), it-tieni sottoparagrafu ma jkunux instabu suffiċjenti biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha temporanjament tissospendi l-approvazzjoni.

Jekk l-operatur jew manager tal-biċċerija tas-selvaġġina ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet osservati fiż-żmien stipulat mill-awtorità kompetenti, din ta' l-aħħar għandha tirtira l-approvazzjoni.

L-Istat Membru msemmi għandu jżomm kont tal-konklużjonijiet ta' kull kontroll imwettaq b’mod konformi ma’ l-Artikolu 12. L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati mis-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni.

2. L-operatur jew il-manager tal-biċċerija tas-selvaġġina għandu, b’mod konformi mal-paragrafu 4, iwettaq kontrolli regolari fuq il-kondizzjonijiet ġenerali ta' ndafa ta' produzzjoni fl-istabbiliment tiegħu, inter alia, permezz ta' kontrolli mikrobijoloġiċi.

Il-kontrolli għandhom ikopru l-utensili, fittings u makkinarju f'kull stadju ta' produzzjoni u, jekk jeħtieġ, il-prodotti.

L-operatur jew il-manager tal-biċċerija tas-selvaġġina għandu jinforma lill-veterinarju uffiċjali jew lill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni dwar in-natura, il-frekwenza u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa għal dan l-għan, flimkien ma' l-isem tal-laboratorju investigattiv jekk jeħtieġ.

In-natura tal-kontrolli, il-frekwenza, kif ukoll il-metodi ta' kampjonatura u l-metodi għall-eżami batterjoloġiku għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

3. L-operatur jew manager tal-biċċerija għandu jistabbilixxi kull programm ta' tħarriġ għall-impjegati li jippermetti lill-ħaddiema li jħarsu l-kondizzjonijiet ta' ndafa ta' produzzjoni addattati għall-qafas tal-produzzjoni.

Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-biċċerija tas-selvaġġina għandu jkun imdaħħal fl-ippjanar u t-twettieq ta' dan il-programm.

4. L-ispezzjoni u s-superviżjoni tal-biċċeriji tas-selvaġġina għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, li jista' jkun assistit minn awżiljarji b’mod konformi ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/433/KEE. Il-veterinarju uffiċjali għandu f'kull ħin ikollu aċċess ħieles għall-partijiet kollha tal-biċċeriji sabiex jiżgura li din id-Direttiva qiegħda tiġi mħarsa u, fejn hemm xi dubju dwar l-oriġini tal-laħam jew selvaġġina maqtula, għad-dokumenti relattivi li jistgħu jippermettulu li jsib iż-żona ta' kaċċa oriġinali.

Il-veterinarju uffiċjali għandu janalizza regolarment ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 2. Huwa jista', fuq il-bażi ta' din l-analiżi, iwettaq aktar eżamijiet mikrobijoloġiċi fl-istadji kollha ta' produzzjoni jew fuq il-prodotti.

Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi għandu jinkiteb f'kull rapport, li l-konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet tiegħu għandhom jiġu notifikati lill-operatur jew direttur ta' l-istabbilment, li jistgħu jirranġaw in-nuqqasijiet osservati bl-għan li titjieb l-indafa.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 1996, jawtorizzaw lill-biċċeriji tas-selvaġġina li, fid-data li fiha tiġi notifikata din id-Direttiva, ma ġewx iġġudikati li jħarsu l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni, biex jidderogaw minn xi rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I sakemm il-laħam minn dawn l-istabbilimenti jkollu l-marka nazzjonali.

2. Id-derogi kif saret referenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw biss lill-biċċeriji li, qabel l-1 ta' April 1993, issottomettew kull applikazzjoni għal deroga lill-awtoritajiet kompetenti.

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kull pjan ta' xogħol u programm li jindika l-perjodu li fih jkun possibbli għall-biċċeriji biex iħarsu l-ħtiġiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Ottubru 1992 il-kriterji li huma ħaddnu biex jistabbilixxu jekk kull stabbiliment jew kategorija ta' stabbilimenti humiex koperti mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom javdaw lil kull ċentru ta' servizzi x-xogħol li jiġbru u jagħmlu użu mir-riżultati ta' l-ispezzjoni post-mortem mwettqa mill-veterinarju uffiċjali fir-rigward tad-dijanjosi tal-mard komunikabbli lill-bniedem.

Fejn kull marda bħal din tiġi dijanjostikata, r-riżultati tal-każ speċifiku għandhom jiġu komunikati kemm jista' jkun malajr lill-awtoritajiet kompetenti veterinarji responsabbli għas-superviżjoni taż-żona ta' kaċċa fejn tkun oriġinat is-selvaġġina msemmija.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni fuq ċertu mard u b'mod partikolari każi fejn ġie dijanjostikat mard komunikabbli għall-bniedem.

Il-Kummissjoni fil-waqt li taġixxi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22, għandha tħadden regoli dettaljati għat-twettieq ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari:

- il-frekwenza li biha l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni,

- it-tip ta' informazzjoni,

- il-marda li għaliha l-ġabra ta' informazzjoni għandha tapplika,

- il-proċeduri għall-ġbir u l-użu ta' informazzjoni.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kull studju tas-saħħa tas-selvaġġina fiz-zoni ta' kaċċa fuq it-territorju stess tagħhom kull tant żmien.

2. Għal dan l-għan servizz ċentrali jew korp għandu jiġi fdat bix-xogħol li jiġbor u juża r-riżultati ta' l-ispezzjonijiet tas-saħħa mwettqa b’mod konformi ma’ din id-Direttiva, fejn xi mard komunikabbli lill-bniedem jew lill-annimali jew il-preżenza ta' residwi aktar mill-livelli permessi huma dijanjostikati.

3. Fejn kull mard jew kondizzjoni kif saret referenza għaliha fil-paragrafu 2 tiġi dijanjostikata, ir-riżultati tas-survej li għandhom x'jaqsmu mal-każ speċifiku għandhom jiġu kkomunikati kemm jista’ jkun malajr lill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni taż-żona ta' kaċċa.

4. Skond is-sitwazzjoni epizootika, l-awtorità kompetenti għandha twettaq testijiet speċifiċi fuq is-selvaġġina biex titkixxef dwar il-preżenza ta' mard li għalih saret referenza fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta' mard ta' annimali fi ħdan il-Komunità [17].

Il-preżenza ta' dan il-mard għandha titwassal lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’mod konformi ma’ l-imsemmija Direttiva.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jissupplimentaw il-pjanijiet tagħhom għall-miżuri ta' tkixxif fuq residwi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/469/KEE tas-16 ta' Settembru 1986 li tirrigwarda l-eżami ta' annimali u laħam frisk għall-preżenza ta' residwi [18] sabiex, fejn hu xieraq, is-selvaġġina tiġi sottomessa għall-ispezzjonijiet li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva sabiex isiru verifiki fuq il-lok għal preżenza ta' kontaminanti fl-ambjent.

2. Huma u jieħdu kont tar-riżultati tal-monitoraġġ li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 10 (4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-selvaġġina u l-laħam tas-selvaġġina minn zoni ta' kaċċa implikati mill-monitoraġġ jiġu esklużi mill-kummerċ.

3. Il-Kummissjoni għandha tħadden regoli dettaljati għat-tħaddim ta' dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

Artikolu 12

Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, sa fejn jeħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post. B'mod partikolari, jistgħu jivverifikaw billi jikkontrollaw perċentwali rappreżentattiva ta' biċċeriji tas-selvaġġina jekk l-awtoritajiet kompetenti qed jiżguraw li l-biċċeriji approvati qegħdin iħarsu din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkun qed isir kontroll għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fil-qadi ta' dmirijiethom.

Regoli dettaljati għat-twettiq ta' dan l-Artikolu għandhom jitħaddnu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

Artikolu 13

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva, il-veterinarju uffiċjali jew l-awtorità kompetenti, fejn ikun hemm suspett li l-leġislazzjoni veterinarja ma ġietx imħarsa jew hemm dubju dwar kemm il-laħam tas-selvaġġina huwa xieraq għall-konsum, għandu/ha j/twettaq kontrolli hekk kif i/tħoss xieraq.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri amministrattivi u/jew penali biex jippenalizzaw kull ksur tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, b'mod partikolari fejn jinstab li l-attestati jew dokumenti imtella’ ma jikkorrispondux ma' l-istat attwali tal-laħam tas-selvaġġina, li l-marki ta' identifikazzjoni ma jaqblux mar-regoli, li s-selvaġġina ma ġietx preżentata għall-ispezzjoni jew li dan il-laħam ma ntużax għall-għan oriġinalment maħsub.

Artikolu 14

1. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE li jirrigwardaw kontrolli veterinarji li jridu jitwettqu fil-kummerċ intra-Komunitarju bl-għan ta' tisħiħ tas-suq intern għandhom jgħoddu b'mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-azzjoni li trid tittieħed wara l-kontrolli mwettqa mill-pajjiż ta' destinazzjoni u għall-miżuri ta' salvagwardja li jridu jiġu applikati fir-rigward ta' problemi ta' saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-laħam tas-selvaġġina fit-territorju tal-Komunità.

2. Id-Direttiva 89/662KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) fl-Anness A, l-inċiż li ġej għandha tiżdied:

"— Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 dwar is-saħħa pubblika u l-problemi ta' saħħa ta' l-annimali marbuta mal-qtil tas-selvaġġina u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tas-selvaġġina (ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35).";

(b) fl-Anness B, id-daħla '- laħam tas-selvaġġina' għandħa titħassar.

3. Fl-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 77/99/KEE, id-daħla li ġejja għandħa tiżdied:

"— L-Artikolu 2 (1) (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE [19] u li jħarsu il-ħtiġiet ta' l-Artikoli 3 u 5,"

KAPITOLU III Disposizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità

Artikolu 15

Il-kondizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tas-selvaġġina importat minn pajjiżi terzi għandhom ta' l-inqas ikunu ekwivalenti għall-dawk stabbiliti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tas-selvaġġina miksub b’mod konformi mal-Kapitolu II, bl-esklużjoni ta' dawk fl-Artikoli 6 u 8.

Artikolu 16

1. Għall-għanijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' l-Artikolu 15, id-disposizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin għandhom jgħoddu.

2. Biex jiġi importat fil-Komunità, is-selvaġġina jew l-laħam tas-selvaġġina jrid:

(a) jkun ġej minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni mhix projbita minħabba raġunijiet ta' saħħa ta' l-annimali;

(b) jkun ġej minn pajjiz terz fuq dik il-lista li għad trid tiġi mfassla b’mod konformi ma’ paragrafu 3 (a);

(ċ) jkun akkumpanjat minn ċertifikat ta' saħħa li jikkorrispondi għal kull kampjun li jrid jitħejja b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22, iffirmat mill-awtorità kompetenti u li jiċċertifika li l-prodotti jħarsu l-ħtiġiet tal-Kapitolu II jew kull kondizzjoni addizzjonali jew joffru garanziji ekwivalenti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3 (c) u li jkunu ġejjin minn stabbilimenti li joffru l-garanziji li hemm provdut għalihom fl-Anness I.

3. Dan li ġej għandu jiġi stabbilit b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22:

(a) kull lista provviżorja ta' pajjiżi terżi jew partijiet minn pajjiżi terżi li jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet u l-garanziji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2 (ċ) u kull lista ta' stabbilimenti li għalihom jistgħu jagħtu dawn il-garanziji.

Din il-lista provviżorja għandha tinġabar mill-lista ta' stabbilimenti approvati u spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, wara li l-Kummissjoni tkun ikkontrollat li huma jħarsu l-prinċipji u r-regoli ġenerali stabbiliti f'din id-Direttiva;

(b) aġġornamenti ta' din il-lista fid-dawl tal-kontrolli li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 4;

(ċ) il-kondizzjonijiet speċifiċi u l-ġaranziji ekwivalenti marbuta mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, barra minn dawk li jippermettu li l-laħam jiġi eskluż mill-konsum għall-bnedmin b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 (2) (d) u dawk ta' l-Artikolu 5 u dawk stabbiliti fl-Anness I, Kapitolu IV u V, u, fir-rigward ta' l-eżami trikinoskopiku bil-metodu diġestiv, b’mod konformi mad-Direttiva 77/96/KEE, bi ftehim li dawn il-kondizzjonijiet u garanziji ma jkunux inqas stretti minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu II, esklużi dawk ta' l-Artikoli 6 u 8.

4. Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw jekk:

(a) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz marbuta mal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni u t-tqegħid fis-suq jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità;

(b) il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 humiex imħarsa.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f'isem il-Komunità, li għandha terfa' l-ispejjeż kollha f'dan ir-rigward. Il-frekwenza u l-proċedura għal dawn l-ispezzjonijiet għandha tkun determinata b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22.

5. Sakemm jiġu organizzati l-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 4, ir-regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f'pajjiżi terzi għandhom jibqgħu jgħoddu, ħlief għal avviż, permezz tal-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf, ta' kull nuqqas fit-tħaris tar-regoli ta' ndafa misjuba matul l-ispezzjonijiet.

Artikolu 17

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-selvaġġina jew il-laħam tas-selvaġġina kopert minn din id-Direttiva għandu jiġi importat fil-Komunità biss jekk ikun:

- akkumpanjat minn ċertifikat li għalih hemm provdut fl-Artikolu 16 (1) (ċ), li jkopri l-ħtiġiet tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti waqt li jitgħabba,

- issodisfa l-kontrolli meħtieġa mid-Direttiva 90/675/KEE.

2. Sakemm jitwaqqfu regoli dettaljati għat-tħaddim ta' dan l-Artikolu:

- ir-regoli nazzjonali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom ħtiġiet bħal dawn ma ġewx imħaddna fuq livell ta' Komunità għandhom ikomplu jgħoddu, sakemm m'humiex aktar favorevoli minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu II,

- l-importazzjoni għandha ssir taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 90/675/KEE,

- il-kummerċ fis-selvaġġina jew laħam tas-selvaġġina importat b’mod konformi ma’ dan il-paragrafu għandu jkun soġġett għall-ftehim minn qabel minn naħa tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

Artikolu 18

Il-listi li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 16 (2) jistgħu jinkludu biss pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi:

(a) li minnhom l-importazzjoni mhix projbita bħala riżultat ta' l-eżistenza ta' kull waħda mill-mard li għalih saret referenza fl-Anness A tal-lista OIE, jew ta' kull marda oħra eżotika għall-Komunità, jew skond l-Artikoli 6, 7 u 14 tad-Direttiva 72/462/KEE [20], jew l-Artikoli 9 sa 12 tad-Direttiva 91/494/KEE;

(b) li, fid-dawl tal-leġislazzjoni tagħhom u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta' spezzjoni tagħhom, il-qawwa ta' dawn is-servizzi u s-superviżjoni li huma soġġetti għaliha, ġew magħrufa, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE jew l-Artikolu 9 (2) tad-Direttiva 91/494/KEE, bħala li għandhom il-ħila jiggarantixxu t-tħaddim tal-leġislazzjoni tagħhom fis-seħħ; jew

(ċ) Is-servizzi veterinarji tagħhom għandhom il-ħila jiggarantixxu li l-ħtiġiet ta' saħħa li ta' l-inqas huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Kapitolu II qed jiġu mħarsa.

Artikolu 19

1. Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom jgħoddu, b'referenza partikolari għall-organizzazzjoni ta’ u s-sussegwirsi għall-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta' salvagwardja li jridu jitħaddmu.

Sakemm jiġu mħaddma d-deċiżjonijiet li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 8 (3) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 90/675/KEE, ir-regoli nazzjonali rilevanti għall-applikazzjoni ta' l-Artkolu 8 (1) u (2) ta' din id-Direttiva għandhom ikomplu jgħoddu, mingħajr preġudizzju għal konformità mal-prinċipji u r-regoli li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU IV Disposizzjonijiet finali

Artikolu 20

Din id-Direttiva m'għandhiex teffettwa r-regoli tal-Komunità mħaddna għall-konservazzjoni tal-ħajja fin-natura.

Artikolu 21

L-Annessi għandhom jiġu emendati mill-Kunsill b’kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni b'mod partikolari biex jiġu addattati għall-avvanz fit-teknoloġija.

Artikolu 22

1. Fejn il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, l-affarijiet għandhom mingħajr dewmien jiġu mgħoddija lill-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf (minn issa ’l quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat') stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [21] mill-President tagħha, sew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq kull talba ta' kull Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat kull abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-President jista’ jistabbilixxi b’mod konformi ma’ l-urġenza tal-materja. Il-fehma għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu bil-mod dikjarat f'dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba u timplimentahom minnufih jekk ikunu konformi mal-fehma tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri mahsuba ma jkunux konformi mal-fehma tal-Kumitat, jew ma tingħata l-ebda fehma, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, sa tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti għajr fejn il-Kunsill ikun warrrab l-miżuri msemmija b’kull maġġoranza sempliċi.

Artikolu 23

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-tħaris ta' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1994. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun jinsab fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom javvżaw lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

3. It-twaqqif ta' l-iskadenza għat-trasposizzjoni f’liġi nazzjonali fl-1 ta' Jannar 1994 għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-tneħħija tal-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri li għalihom hemm provdut fid-Direttiva 89/662/KEE.

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Arlindo Marques Cunha

[1] ĠU Nru C 327, 30. 12. 1989, p. 40, u ĠU Nru C 311, 12. 12. 1990, p. 5.

[2] ĠU Nru C 260, 15. 10. 1990, p. 154.

[3] ĠU Nru C 124, 21. 5. 1990, p. 7.

[4] ĠU Nru L 395, 30. 12. 1989, p. 13. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

[5] Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990, li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L373, 31. 12. 1990, p. 1). Emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

[6] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 41.

[7] ĠU Nru L 224, 18. 8. 1990, p. 29. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

[8] ĠU Nru L 121, 29. 7. 1964, p. 2012/64. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 69).

[9] ĠU Nru L 302, 31. 12. 1972, p. 24. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/266/KEE (ĠU Nru L 134, 29. 5. 1991, p. 45).

[10] ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 35.

[11] ĠU Nru L 55, 8. 3. 1971, p. 23. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU Nru L 353, 17. 12. 1990, p. 48).

[12] ĠU Nru L 26, 31. 1. 1977, p. 67. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/321/KEE (ĠU Nru L 133, 17. 5. 1989, p. 33).

[13] ĠU Nru L 251, 24. 9. 1980, p. 10.

[14] ĠU Nru L 33, 8. 2. 1979, p. 1. Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/72/KEE (ĠU Nru L 42, 16. 2. 1991, p. 27).

[15] ĠU Nru L 363, 27. 12. 1990, p. 51.

[16] ĠU Nru L 26, 31. 1. 1977, p. 85 u għall-kondizzjonijiet konsolidati ta' emanazzjoni, ĠU Nru L 57, 2. 3. 1992, p. 4. Emendata l-aħħar u aġġornata bid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU Nru L 57, 2. 3. 1992, p. 1).

[17] ĠU Nru L 378, 31. 12. 1982, p. 58. Emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 90/134/KEE (ĠU Nru L 76, 22. 3. 1990, p. 23).

[18] ĠU Nru L 275, 26. 9. 1986, p. 36. Emendata bid-Deċiżjoni Nru 89/187/KEE (ĠU Nru L 66, 10. 3. 1989, p. 37).

[19] ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 35.

[20] Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa u spezzjoni veterinarja fl-importazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat u qżieqes u laħam frisk minn pajjiżi terzi (ĠU Nru L 302, 31. 12. 1972, p. 28). Emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU Nru L 268, 24. 9. 1991, p. 69).

[21] ĠU Nru L 255, 18. 10. 1968, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KAPITOLU I Kondizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-biċċeriji

Il-biċċeriji għandhom ta' l-inqas ikollhom:

1) il-kmamar li ġejjin:

- kull kamra mkessħa biżżejjed kbira fejn titqiegħed is-selvaġġina,

- kull kamra għall-ispezzjoni u, jekk jeħtieġ, għat-tindif, tqaxxir u tnittif,

- kull kamra biżżejjed kbira għall-qtugħ u tħejjijiet oħra, sakemm dan isir mill-istabbiliment; din il-kamra jrid ikollha faċilità xierqa għat-tkessiħ kif ukoll għodda ta' kejl ta' temperatura,

- kull kamra għall-ippakkjar u spedizzjoni, fejn dawn il-ħidmiet jitwettqu fil-biċċerija u fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VIII, punt 5 ta' din id-Direttiva huma mħarsa; jekk dawn il-kondizzjonijiet mhumiex imħarsa għandu jkun hemm kamra separata għall-ispedizzjoni,

- kmamar tat-tkessiħ jew friża biżżejjed kbar għall-ħażna tas-selvaġġina;

2) fi kmamar fejn huwa prodott il-laħam, maħdum jew maħżun u f'żoni u kurituri li minnhom jinġarr il-laħam:

(a) art li tiflaħ l-ilma li titnaddaf u tiddisinfetta ruħa malajr, li ma trabbix moffa u magħmula b'mod li fuqha l-ilma jimxi malajr; l-ilma jrid ikun inkanalat lejn drenaġġi bil-gradilji u serpentini biex jiġu evitati l-irwejjaħ.

Madankollu:

- fil-każ ta' kmamar ta' tkessiħ jew friża kull mezz li permezz tiegħu l-ilma jista' jitneħħa malajr huwa biżżejjed,

- fil-każ ta' mħażen u f'żoni u kurituri li minnhom jinġarr il-laħam, art li tiflaħ għall-ilma u kontra l-moffa hija biżżejjed;

(b) ħitan lixxi, ta' saħħa u impermeabbli, b'tibjida li tinħasel u ta' kulur ċar sa għoli ta' żewġ metri; fil-kmamar tat-tkessiħ jew friża u fl-imħażen il-ħitan għandhom ikunu mbajda ta' l-inqas sa l-għoli maħżun. Ġonot minn ħajt sa ħajt għandhom ikunu mibrumin jew f'kull għamla simili ħlif fl-imħażen.

Madankollu, l-użu ta' ħitan ta' l-injam f'imħażen fil-biċċeriji tas-selvaġġina li jkunu qed jaħdmu fid-data ta' notifika ta' din id-Direttiva ma jikkostitwix bażi għaż-żamma ta' l-approvazzjoni;

(ċ) bibien ta' materjal li jiflaħ, ma jitmermirx u, jekk ikun ta' l-injam, b'kisja lixxa u impermeabbli ma’ l-uċuħ kollha;

(d) materjal iżolanti li ma jimmuffax u ma jagħmilx riħa;

(e) ventilazzjoni xierqa u estrazzjoni tajba tal-fwar;

(f) dawl naturali jew artifiċjali xieraq li ma jurix kuluri b'oħra;

(g) kull saqaf nadif u li jista' jitnaddaf malajr; jekk dan mhux possibbli, kull kisja tas-saqaf minn ġewwa li tħares dawn il-kondizzjonijiet;

3) (a) kemm jista' jkun viċin ta' fejn isir ix-xogħol, numru suffiċjenti ta' faċilitajiet għall-ħasil u d-diżinfettar ta' l-idejn u għall-ħasil ta' l-għodda bil-misħun. Il-vitijiet m'għandomx ikunu operabbli bl-idejn. Għall-ħasil ta' l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandhom ikollhom ilma kurrenti sħun u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel b’kull temperatura xierqa, prodotti għall-ħasil u d-diżinfettar u mezzi iġeniċi għat-tnixxif ta' l-idejn;

(b) faċilitajiet għad-disinfettar ta' l-għodda, bi provvista ta' misħun ta' mhux anqas minn 82 °C;

4) arranġamenti xierqa għall-ħarsien kontra l-annimali li jagħmlu l-ħsara bħal insetti jew rodenti;

5) (a) strumenti u attrezzatura tax-xogħol bħal imwejjed biex taqta' fuqhom, imwejjed bil-wiċċ jinqala’ biex taqta' fuqhom, ċinek u srieraq, magħmula minn materjal reżistenti għall-korrużjoni li x'aktarx ma jtebbax laħam u li jitnaddaf u jiddiżinfetta ruħu malajr. Uċuħ li jiġu, jew jistgħu jiġu, f'kuntatt mal-laħam, inklużi partijiet iwweldjati jew ġonot, għandhom jinżammu lixxi. L-użu ta' l-injam huwa projbit ħlif fi kmamar fejn l-uniku laħam maħżun huwa laħam ippakkjat iġenikament;

(b) tagħmir li ma jitmermirx u attrezzatura li tħares il-ħtiġiet ta' ndafa għal:

- tqandil ta' laħam,

- għall-ħażna tal-kontenituri tal-laħam, b'mod illi la l-laħam u lanqas il-kontenituri ma jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art jew il-ħitan;

(ċ) faċilitajiet, inklużi żoni irranġati b'mod xieraq u attrezzati għall-ilqugħ u s-sistemazzjoni, għat-tqandil iġeniku u protezzjoni tal-laħam matul it-tagħbija u l-hatt;

(d) kontenituri speċjali li ma jitmermrux u ma jgħaddix ilma minnhom, bl-għotjin u li jissakkru biex persuni mhux awtorizzati ma jistgħux ineħħu affarijiet minnhom, biex jinżamm il-laħam mhux maħsub għal konsum mill-bniedem, jew kull kamra li tissakkar għal laħam bħal dan jekk hemm biżżejjed kwantitajiet biex dan ikun meħtieġ jew jekk il-laħam ma jiġix mwarrab jew distrutt fi tmiem kull ġurnata xogħol. Fejn dan il-laħam jitneħħa permezz ta' kondjuwits, dawn għandhom ikunu mibnija u installati b'mod li jiġi evitat kull riskju ta' kontaminazzjoni tal-laħam;

(e) faċilitajiet għall-ħażna iġenika ta' materjal għat-tgeżwir u ppakkjar fejn attivatijiet bħal dawn jitwettqu ġewwa l-istabbiliment;

6) attrezzatura ta' ksieħ biex tinżamm it-temperatura interna tal-laħam fuq il-livelli meħtieġa b'din id-Direttiva. Din l-attrezzatura għandha tinkludi sistema ta' drenaġġ ta' ilma mill-kondensazzjoni mingħajr xi possibbiltà li jiġi kontaminat il-laħam;

7) kull provvista ta' ilma għax-xorb bi pressjoni xierqa li tħares il-parametri stabbiliti fl-Anness D u E għad-Direttiva 80/778/KEE. Iżda, kull provvista ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb hija awtorizzata f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar u biex tkessaħ l-attrezzatura ta' ksieħ, sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-għan jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal għanijiet oħra u ma jippreżentawx ebda riskju ta' tniġġis ta' laħam. Il-pajpijiet ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom jintgħarfu minn dawk għall-ilma tajjeb għax-xorb;

8) kull provvista xierqa ta' misħun tajjeb għax-xorb fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 80/778/KEE [1];

9) sistemi likwidi u solidi ta' skart li jħarsu l-ħtiġiet ta' ndafa;

10) kull kamra li tissakkar attrezzata b'mod xieraq għall-użu esklużiv tas-servizz veterinarju; jew, fil-każ ta' mħażen, faċilitajiet xierqa;

11) faċilitajiet li jippermettu spezzjonijiet veterinarji li għalihom hemm disposizzjonijiet f'din id-Direttiva li jridu jitwettqu b'mod effiċjenti f'kull ħin;

12) kull numru xieraq ta' kmamar fejn wieħed jista' jbiddel b'ħitan u art lixxi, jifilħu l-ilma u jinħaslu, fliskaturi tal-ħasil, doċoċ u lokijiet bil-fluxxing attrezzati b'mod li jipproteġu l-partijiet nodfa tal-bini mit-tniġġis.

Il-lokijiet m'għandhomx ikunu jinfetħu direttament fuq il-kmamar tax-xogħol. Id-doċoċ mhumiex meħtieġa f’imħażen imkessħa u li hemm maħżun fihom biss laħam ippakkjat b'mod iġeniku. Is-sinkijet tal-ħasil għandu jkollhom ilma kurrenti kiesaħ u sħun jew ilma mħallat minn qabel għal temperatura xierqa, materjali għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u mezzi iġeniċi biex tixxotta l-idejn. Il-vitijiet tas-sinkijiet m'għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn jew bid-driegħ. Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta' sinkijiet bħal dawn ma’ ġenb il-lokijiet;

13) kull post u faċilità xierqa għat-tindif u d-diżinfettar ta' mezzi ta' trasport ħlief fil-każ ta' mħażen tal-friża li jilqgħu u jibagħtu biss laħam ippakkjat b'mod iġeniku. Iżda, dawn il-postijiet u l-faċilitajiet mhumiex obbligatorji jekk jeżistu disposizzjonijiet li jeħtieġu li l-mezzi ta' trasport jitnaddfu u jiġu diżinfettati f'faċilitajiet uffiċjalment awtorizzati;

14) kull kamra jew kull post ta' sigurtà għal ħażna ta' deterġenti, diżinfettanti u sustanzi bħal dawn.

KAPITOLU II Indafa ta' l-impjegati, tal-bini u l-attrezzatura fl-istabbilimenti

1) Indafa assoluta għandha tkun meħtieġa mill-impjegati, il-bini u l-attrezzatura. Speċifikament:

(a) impjegati li jqandlu laħam jew li jaħdmu fi kmamar u zoni li fihom jitqandel, jiġi ppakkjat jew trasportat il-laħam għandhom b'mod partikolari jilbsu brieret f'rashom indaf u li jistgħu jitnaddfu malajr u żraben, ħwejjeġ ta' kulur ċar u, fejn jeħtieġ, ilqugħ għall-għonq u ħwejjeġ protettiv ieħor. Impjegati mqabbda biex jaħdmu jew iqandlu l-laħam għandhom jilbsu ħwejjeġ tax-xogħol nodfa fil-bidu ta' kull ġurnata xogħol u għandhom ibiddlu dawn il-ħwejjeġ matul il-jum kif jeħtieġ u għandhom jaħslu u jiddisinfettaw idejhom ħafna drabi matul il-jum ta' xogħol u kull darba li jmorru lura fuq ix-xogħol. Persuni li jkunu ġew f'kuntatt ma’ selvaġġina nfettata jew laħam infettat għandhom minnufih wara jaħslu sewwa jdejhom u dirgħajhom bil-misħun u mbagħad jiddiżinfettawhom. It-tipjip huwa projbit fil-kmamar tax-xogħol, fl-imħażen, fiż-żoni ta' tagħbija, ilqugħ, sistemar u hatt, u f'zoni oħra u kurituri li minnhom jinġarr il-laħam tas-selvaġġina;

(b) ebda annimal ma jista' jidħol fl-istabbiliment. Ir-rodenti, insetti u dud ieħor għandhom jiġu sistematikament distrutti;

(ċ) attrezzatura u strumenti użati għax-xogħol fuq il-laħam għandhom jinżammu ndaf u f'kondizzjoni tajba. Għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati sewwa bosta drabi matul il-jum ta' xogħol, wara jum ta' xogħol u qabel ma' jerġgħu jintużaw meta jkunu tħammġu.

2) Il-bini, l-għodda u l-attrezzatura tax-xogħol m'għandomx jintużaw għall-għanijiet oħra ħlief dawk għal xogħol fuq laħam frisk, laħam tat-tjur u laħam tas-selvaġġina. Il-tqattigħ ta' annimali tas-selvaġġina u għaasafar tas-selvaġġina għandu jitwettaq f'ħin differenti u l-kamra tat-tqattigħ għandha tkun kompletament imnaddfa u diżinfettata qabel ma’ terġa tintuża għat-tqattigħ ta' laħam ta' kategorija oħra.

L-għodda għat-tqattigħ tal-laħam għandha tintuża biss għat-tqattigħ tal-laħam.

3) L-għodda m'għandhiex titħalla fil-laħam; it-tindif tal-laħam bil-biċċa jew materjal ieħor, u l-inflazzjoni, huma projbiti.

4) Il-laħam u l-kontenituri tal-laħam m'għandhomx jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art.

5) L-ilma tax-xorb għandu jintuża għall-għanijiet kollha. Iżda, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-għan jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal għanijiet oħra u ma jippreżentawx periklu ta' tniġġis ta' laħam. Barra minn hekk, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuza f'każijiet eċċezzjonali għat-tkessiħ ta' attrezzatura ta' friża. Pajpijiet ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom jintgħarfu sewwa minn pajpijiet użati għall-ilma tax-xorb.

6) It-tifrix ta' serratura jew kull sustanza oħra bħal din fuq l-art tal-kmamar tax-xogħol u kmamar fejn jinħażen il-laħam huwa projbit.

7) Id-deterġenti, diżinfettanti u sustanzi bħal dawn għandhom jintużaw b'mod li l-għodda, l-attrezzatura tax-xogħol u l-laħam ma jintmissux. Din l-għodda u attrezzatura ta' xogħol għandhom jitlaħalħu sewwa b'ilma tajjeb għax-xorb wara li jintużaw.

8) Persuni li x'aktarx jistgħu jniġġsu l-laħam huma projbiti milli jaħdmu fuqu u jqandluh.

Meta tiġi ngaġġata, kull persuna li taħdem u tqandel il-laħam għandha tintalab li tipprova, permezz ta' ċertifikat mediku, li m'hemm ebda impediment mediku għal dan l-impieg. Is-sorveljanza medika ta' persuna bħal din għandha tiġi regolata mill-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri interessati.

KAPITOLU III Indafa fir-rigward tat-tħejjija tas-selvaġġina u t-tqattigħ u t-tqandil tal-laħam tas-selvaġġina

1) Is-selvaġġina għandha tgħaddi mill-operazzjonijiet li ġejjin minnufih wara l-qtil:

- selvaġġina kbira għandha tinfetaħ u titnaddaf,

- l-imsaren tas-sider, anki jekk maqluha mill-qafas, u l-fwied u l-milsa, għandhom ikunu flimkien mas-selvaġġina u jkunu mmarkati b’kull mod li l-veterinarju uffiċjali jista' jwettaq l-ispezzjoni post-mortem ta' l-imsaren flimkien mal-kumplament tal-karkassa; l-imsaren l-oħra addominali għandhom jitneħħew u jiġu spezzjonati fuq il-lok. Ir-ras tista' titneħħa bħala trofew,

- selvaġġina żgħira tista', mingħajr preġudizzju għall-każ li għalih hemm provdut fit-tielet daħla ta' l-Artikolu 3 (1) (a) ta' din id-Direttiva, titnaddaf totalment jew parzjalment fuq il-post jew f'kull biċċerija fejn is-selvaġġina tittieħed f’biċċerija msemmija f'kull temperatura ambjentali li ma' taqbisx 4 °C sa 12-il siegħa minn meta tinqatel.

2) Is-selvaġġina għandha tiġi mkessħa minnufih wara l-operazzjonijiet li għalihom hemm provdut f'paragrafu 1 b'mod li t-temperatura interna hi +7 °C fil-każ ta' selvaġġina kbira jew +4 °C fil-każ ta' selvaġġina żgħira. Jekk it-temperatura esterna mhix biżżejjed baxxa, is-selvaġġina maqtula għandha tinġarr kemm jista' jkun malajr, u f'kull każ mhux aktar minn 12-il siegħa wara li tinqatel, lejn biċċerija tas-selvaġġina jew lejn kull ċentru ta' ġbir bil-ftehim li:

- selvaġġina kbira għandha tinġarr taħt kondizzjonijiet ta' ndafa soddisfaċenti, b'mod partikolari billi jiġu evitati l-munżelli u l-istokkjar, lejn kull biċċeriji ta' selvaġġina kemm jista' jkun malajr wara l-ħidmiet li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1,

- matul it-trasport lejn il-biċċerija, is-selvaġġina li msarinha diġà ġew spezzjonati mill-veterinarju trid tkun akkumpanjata minn ċertifikat maħruġ mill-veterinarju li jattesta riżultat favorevoli ta' l-ispezzjoni u jiddikjara l-istima tal-ħin tal-qtil.

3) It-tindif għandu jitwettaq mingħajr dewmin żejjed mal-wasla tas-selvaġġina fil-biċċerija, ħlief fil-każ li għalih hemm provdut fl-Artikolu 3 (1) (d), jekk ma tkunx saret fil-lok. Il-pulmuni, il-qalb, il-fwied, il-milsa u l-medjastinum jistgħu jew jinqalgħu jew jitħallew mwaħħlin mal-qafas bil-konnetturi naturali tagħhom.

4) Sakemm tkun intemmet l-ispezzjoni, m'għandux ikun possibbli għall-karkassi u l-interjuri mhux ispezzjonati li jiġu f'kuntatt ma' karkassi u interjuri diġà spezzjonati, u t-tneħħija, qtugħ jew trattament tal-qafas m'għandux jitħalla jsir.

5) M'għandux ikun possibbli li laħam miżmum jew dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, stonkijiet, intestini u prodotti sekondarji mhux tajbin għall-ikel jiġu f'kuntatt ma' laħam dikjarat tajjeb għall-konsum tal-bniedem, u dan ta' l-aħħar għandu jitqiegħed kemm jista' jkun malajr fi kmamar speċjali jew f'kontenituri mqiegħda jew mifruxa b'mod biex jiġi evitat kull tniġġis ta' laħam ieħor.

6) Il-mili, tqandil, aktar trattament u trasport ta' laħam, inklużi l-intern, għandhom isiru bi tħaris tal-ħtiġiet ta' ndafa. Fejn laħam bħal dan ikun ippakkjat, il-kondizzjonijiet ta' Kapitolu VIII għandhom jiġu mħarsa. Laħam ippakkjat għandu jiġi maħżun f'kamra separata minn laħam mikxuf.

7) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu regoli speċifiċi applikabbli għall-ispezzjoni ta' trofei li jinżammu mill-kaċċatur.

KAPITOLU IV Rekwiżiti għal-laħam tas-selvaġġina maħsuba għall-qtugħ

1) Il-qtugħ ta' biċċiet iżgħar mill-oqsfa, jew nofsijiet ta' oqsfa fil-każ ta' selvaġġina kbira, u t-tneħħija ta' l-għadam huma awtorizzati biss fil-biċċeriji approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva jew skond id-Direttivi 64/433/KEE u 71/118/KEE u attrezzati bi kmamar għat-tqaxxir u tqattigħ.

2) L-operatur jew manager ta' l-istabbiliment għandu jiffaċilita l-operazzjonijiet għas-sorveljanza ta' l-impjant, b'mod partikolari kull tqandil meqjus meħtieġ, u għandu jqiegħed il-faċilitajiet meħtieġa għad-disposizzjoni tas-servizz tas-sorveljanza. B'mod partikolari, għandu fuq talba jkollu ħila jinforma lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għas-superviżjoni dwar l-oriġini tal-laħam miġjub fl-istabbiliment tiegħu jew l-oriġini tas-selvaġġina maqtula.

3) (a) Il-laħam tas-selvaġġina għandu jinġieb fil-kmamar tax-xogħol kif u meta jeħtieġ. Malli jitqatta’, u fejn xieraq jiġi ppakkjat, il-laħam għandu jinġarr lejn kamra xierqa tal-kesħa jew friża.

(b) Il-laħam tas-selvaġġina li jidħol ġo kamra tat-tqattigħ għandu jiġi kkontrollat u, jekk jeħtieġ, ittrimmjat. Il-laboratorju għal dawn il-ħidmiet għandu jkun attrezzat b'faċilitajiet xierqa u dawl xieraq.

(ċ) Matul it-tqattigħ, it-tneħħija ta' l-għadam, it-tgeżwir u l-ippakkjar it-temperatura interna tal-laħam tas-selvaġġina għandha tinżamm kostanti fuq + 7 °C jew anqas fil-każ ta' selvaġġina kbira jew + 4 °C jew anqas fil-każ ta' selvaġġina żgħira. Matul it-tqattigħ, it-temperatura tal-kamra tat-tqattigħ m'għandhiex taqbeż + 12 °C.

(d) It-tqattigħ għandu jsir b'mod li ma jittebbax il-laħam tas-selvaġġina. Biċċiet ta' l-għadam u rqajja ta' demm għandhom jitneħħew. Il-laħam miksub mit-tqattigħ u mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jinġabar fil-faċilitajiet, kontenituri jew kmamar li hemm provdut għalihom fil-Kapitolu I, point 5 (d) hu u jitqatta’.

KAPITOLU V Ispezzjoni ta' saħħa post-mortem

1) Kull parti tas-selvaġġina għandha tiġi spezzjonata, sa 18-il siegħa li jiddaħħlu fil-biċċerija, biex jiġi stabbilit jekk il-laħam tas-selvaġġina huwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem; b'mod partikolari, l-kavità tal-ġisem għandha tinfetaħ għall-ispezzjoni viżwali.

2) Jekk il-veterinarju uffiċjali hekk jitlob, ix-xewka tad-dahar u r-ras għandhom jinqasmu minn tulhom.

3) Fl-ispezzjoni post-mortem, l-uffiċjal veterinarju għandu jwettaq:

(a) kull spezzjoni viżwali tas-selvaġġina u l-organi tagħha.

Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjoni viżwali ma jippermettux li ssir stima, spezzjoni aktar estensiva għandha ssir fl-laboratorju. Dawn l-ispezzjonijiet aktar estensivi għandhom ikunu ristretti għal numru żgħir ta' kampjuni biex issir stima tas-selvaġġina kollha maqtula matul il-kaċċa;

(b) investigazzjoni ta' anomaliji ta' konsistenza, kulur jew riħa;

(ċ) palpazzjoni ta' l-organi, jekk iqis li jkun meħtieġ;

(d) kull analisi tar-residwi bil-kampjonatura, b'mod partikolari fejn hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li hi ġustifikata.

Fejn issir spezzjoni aktar estensiva fuq bażi ta' dawn ir-raġunijiet serji, il-veterinarju għandu jistenna sakemm din l-ispezzjoni tintemm qabel ma jgħaddi biex jagħmel stima tas-selvaġġina maqtula matul kull kaċċa speċifika, jew partijiet minnha li wieħed jista' jissaponi, minħabba ċ-ċirkustanzi, li juru l-istess anomaliji;

(e) ħjiel ta' karatteristiċi li juru li l-laħam jippreżenta kull riskju għas-saħħa. Dan japplika partikolarment fil-każijiet li ġejjin:

(i) aġir anormali jew disturb tal-kondizzjoni ġenerali ta' l-annimal ħaj irrappurtat mill-kaċċatur;

(ii) preżenza ta' tumuri jew aċċessi meta huma numerużi jew jaffettwaw organi differenti interni jew muskoli;

(iii) artrite, orkite, tibdil fil-fwied jew il-milsa, infjammazzjoni ta' l-intestini jew l-parti ombelikali;

(iv) preżenza ta' oġġetti barranija fil-kavitajiet tal-ġisem, speċjalment fl-istonku u l-intestini jew fl-urina, fejn il-plewra jew il-peritonju huma ċari f'kulurhom;

(v) formazzjoni ta' kull ammont sinifikanti ta' gass fis-sistema gastro-intestinali b'telf ta' kulur ta' l-organi interni;

(vi) anomaliji konsiderevoli fil-kulur, konsistenza jew riħa tat-tessut muskolari jew organi;

(vii) fratturi miftuħa sakemm ma jkunux direttament marbuta mal-kaċċa;

(viii) nixfa u/jew edema generali jew lokalizzata;

(ix) sinjali li l-organi weħlu reċentement mal-plewra u l-peritonju;

(x) tibdil ieħor estensiv u ovvju, bħal telf ta' kulur u purifikazzjoni.

4) Il-veterinarju uffiċjali għandu jordna l-konfiska ta' kull laħam tas-selvaġġina:

- li jkollu leżjonijiet, għajr dawk il-leżjonijiet reċenti li ġejjin mill-qtiel, u malformazzjonijiet lokalizzati jew anomaliji, sakemm dawn il-leżjonijiet, malformazzjonijiet jew anomaliji jagħmlu l-laħam tas-selvaġġina mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew perikoluż għas-saħħa tal-bniedem,

- minn annimali li ma ntqatlux b’mod konformi mar-regoli nazzjonali dwar il-kaċċa,

- li fir-rigward tagħhom instabu dawk l-affarijiet li tagħhom hemm lista fil-paragrafu 3 (e) matul l-ispezzjoni post-mortem,

- minn selvaġġina żgħira li nqabdet b’mod konformi mar-raba' inċiż ta' l-Artikolu 3 (1) (d),

- li nstabet infestata bit-trikina.

5) Fil-każ ta' dubju, il-veterinarju uffiċjali jista' jwettaq aktar qtugħ u spezzjonjiet tal-partijiet relevanti ta' l-annimali meħtieġa biex tintlaħaq kull deċiżjoni finali.

Fejn il-veterinarju uffiċjali jsib li r-regoli ta' ndafa stabbiliti f'dan il-Kapitolu qegħdin jiġu miksura jew li l-ispezzjoni xierqa ta' saħħa qiegħda tiġi mfixxkla, għandu jkollu l-jedd li jieħu azzjoni fir-rigward ta' l-użu ta' attrezzatura jew bini u li jieħu kull miżura meħtieġa, sa u inkluż il-waqfien tal-proċess ta' produzzjoni.

6) Ir-riżultati ta' l-ispezzjoni ta' saħħa post-mortem għandhom jinzammu bil-kitba mill-veterinarju uffiċjali u, fejn jiġi dijanjostikat mard li jittieħed fil-bniedem kif saret referenza fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3 (1) (d) jew l-Artikolu 9, jintbagħtu lill-awtoritajiet veterinarji responsabbli għas-superviżjoni taż-żona ta' kaċċa li minnha tkun oriġinat is-selvaġġina, kif ukoll lill-persuna responsabbli għaż-żona msemmija.

KAPITOLU VI Kontroll ta' saħħa ta' laħam imqatta’ ta' selvaġġina u laħam maħżun ta' selvaġġina

Is-sorveljanza mill-veterinarju uffiċjali għandha tinkludi x-xogħol li ġej:

- sorveljanza tad-dħul u ħruġ ta' laħam,

- ispezzjoni ta' saħħa ta' laħam miżmum f'biċċeriji,

- ispezzjoni ta' saħħa ta' laħam qabel it-tqattigħ u meta joħroġ mill-biċċeriji li għalihom saret referenza fit-tieni inċiż,

- sorveljanza ta' l-indafa tal-bini, faċilitajiet u għodda li għalihom hemm provdut fil-Kapitolu I, u ta' l-iġene ta' l-impjegati, inklużi ħwejjiġhom,

- kull tip ta' sorveljanza oħra li l-veterinarju uffiċjali jqis meħtieġ biex tiżgura t-tħaris ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU VII Immarkar ta' saħħa

1) L-immarkar ta' saħħa għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, li għandu għal dan l-għan iżomm:

(a) għodda għall-immarkar ta' saħħa ta' laħam, li għandha tingħata lill-assistenti impjegati biss fil-ħin attwali ta' l-immarkar u għat-tul ta' ħin meħtieġ għal dan l-għan;

(b) tabelli u tgeżwir fejn dawn għandhom diġà waħda mill-marki jew mis-siġilli li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2. Dawn it-tabelli, tgeżwir u siġilli għandhom jingħataw fin-numru meħtieġ mill-veterinarju uffiċjali lill-assistenti mpjegati fil-ħin li jkunu ser jintużaw.

2) (a) Il-marka ta' saħħa għandha tkun:

(i) marka pentagonali li fuqha jkun hemm, f'ittri li jinqraw perfettament, l-informazzjoni li ġejja:

- fuq il-parti ta' fuq l-isem sħiħ jew l-ittra inizjali jew ittri kbar tal-pajjiż li minnu tkun ġejja l-ordni: għall-Komunità, l-ittri li ġejjin: B/D/DK/EL/ESP/F/IRL/I/L/NL/P/UK,

- fin-nofs, in-numru veterinarju ta' approvazzjoni tal-biċċerija ta' selvaġġina jew, fejn xieraq, il-bini fejn isir it-tqattigħ,

- fuq il-parti t'isfel, wieħed minn dawn is-settijiet ta' inizjali: CEE, EOEF, EWG, EOK, KEE, EEG, jew inizjali li jidentifikaw il-pajjiz terz ta' oriġini.

L-għoli ta' l-ittri u l-figuri għandu jkun b’mod konformi mal-ħtiġiet ta' l-Anness I, Kapitolu XI, tad-Direttiva 64/433/KEE fil-każ ta' selvaġġina kbira, u ta' l-Anness I, Kapitolu III, tad-Direttiva 91/495/KEE fil-każ ta' selvaġġina żgħira;

(ii) kull bolla pentagonali kbira biżżejjed biex iżżomm fiha l-informazzjoni mniżżla f'punt (a);

(b) Il-materjal użat għall-immarkar għandu jħares ir-rekwiżiti ta' ndafa u l-informazzjoni li għaliha saret referenza f'punt (a) għandha tidher fuqu b'mod li tinqara perfettament.

(ċ) (i) L-immarkar ta' saħħa li għalih saret referenza f'punt (a) għandu jitwaħħal:

- ma oqsfa esposti permezz ta' siġill li jkun fih l-informazzjoni mnizzla f'punt (a),

- fuq jew b'mod li jidher taħt tgeżwir jew ippakkjar ieħor ta' oqsfa ippakkjati,

- fuq jew b'mod li jidher taħt tgeżwir jew ippakkjar ieħor ta' partijiet ta' oqsfa jew interjuri mgeżwra f'kwantitajiet żgħar.

(ii) L-immarkar ta' saħħa li għalih saret referenza f'punt (a) (ii) għandu jitwaħħal ma' ppakkjar ta' daqs kbir.

KAPITOLU VIII Tgeżwir u ppakkjar ta' laħam ta' selvaġġina

1) (a) L-ippakkjar (per eżempju kaxxi ta' l-ippakkjar, kaxxi tal-kartun) għandu jħares ir-regoli kollha ta' ndafa, u b'mod partikolari:

- m'għandux jibdel il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam,

- m'għandux ikun jista' jittrasmetti lill-laħam sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa umana,

- għandu jkun biżżejjed b'saħħtu biex jiżgura protezzjoni effettiva tal-laħam waqt li jiġi traspurtat u mqandel.

(b) L-ippakkeġġjar m'għandux jerġa jiġi użat għal selvaġġina kemm-il darba ma jkunx magħmul minn materjal li jirreżisti t-tmermir li jinħasel malajr u jkun tnaddaf u ġie iddisinfettat minn qabel.

2) Fejn is-selvaġġina mqatta’ hija mgeżwra, dan għandu jsir minnufih wara l-qtugħ u b’mod konformi mal-ħtiġiet ta' ndafa..

Dan it-tgeżwir għandu jkun trasparenti u bla kulur u għandu wkoll iħares il-kondizzjonijiet ta' l-ewwel u t-tieni inċiżi ta' paragrafu 1 (a); ma jistax jerġa jintuża għall-ippakkjar ta' laħam ta' selvaġġina.

3) Laħam tas-selvaġġina mgeżwer għandu jkun ippakkeġġjat.

4) Madankollu, meta t-tgeżwir iħares il-kondizzjonijiet protettivi kollha ta' l-ippakkeġġjar m'għandux għalfejn ikun trasparenti jew bla kulur u t-tqegħid fit-tieni kontenitur mhux meħtieġ kemm-il darba l-kondizzjonijiet l-oħra ta' paragrafu 1 huma mħarsa.

5) L-operazzjonijiet ta' tqattiegħ, tneħħija ta' l-għadam, tgeżwir u ppakkeġġjar jistgħu jsiru fl-istess kamra soġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet:

(a) il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed u rranġata b'mod li l-indafa ta' l-operazzjonijiet tkun żgurata;

(b) l-ippakkeġġjar u t-tgeżwir għandu jkun magħluq f'kull kopertura protettiva siġillata minnufih wara l-manifattura; din il-kopertura għandha tkun protetta minn kull ħsara waqt it-trasport lejn l-istabbiliment u jkun maħżun taħt kondizzjonijiet iġeniċi f'kull kamra separata fl-istabbiliment;

(ċ) il-kmamar għal ħażna ta' materjal ta' ippakkeġġjar għandhom ikunu ħielsa mit-trab u d-dud u ma jkollomx kuntatt ma’ arja ma' kmamar li fihom sustanzi li jistgħu jniġġsu l-laħam. L-ippakkeġġjar m'għandux jinħażen fuq l-art;

(d) l-ippakkeġġjar għandu jintrama taħt kondizzjonijiet iġeniċi qabel ma jittieħed fil-kamra;

(e) l-ippakkeġġjar għandu jittieħed fil-kamra b'mod iġeniku u jintuża mingħajr dewmin. M'għandux jiġi mqandel minn impjegati li jqandlu l-laħam;

(f) minnufih wara l-ippakkeġġjar il-laħam għandu jitqiegħed fil-kamra tal-ħażna provduta.

6) L-ippakkeġġjar li għalih saret referenza f'dan il-kapitolu jista' jkun fih biss laħam tas-selvaġġina mqatta’ mill-istess speci ta' annimal.

KAPITOLU IX Attestat ta' saħħa

Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa li għandha takkumpanja l-laħam tas-selvaġġina matul it-trasport lejn il-post ta' destinazzjoni għandha tinħareġ minn veterinarju uffiċjali fil-ħin tat-tagħbija.

Iċ-ċertifikat għandu jikkorrispondi fil-forma u l-kontenut mal-kampjun fl-Anness II u jinkiteb ta' l-inqas fl-ilsien jew ilsna uffiċjali tal-post ta' destinazzjoni. Għandu jkun magħmul minn folja waħda ta' karta.

KAPITOLU X Ħażna

Wara l-ispezzjoni post mortem, il-laħam tas-selvaġġina għandu jiġi mkessaħ jew iffriżat u miżmum f'temperatura li m'għandhiex f'ebda ħin taqbeż l-4 °C fil-każ ta' selvaġġina żgħira u 7 °C fil-każ ta' selvaġġina kbira jekk mkessħa jew -12 °C jekk iffriżata.

KAPITOLU XI Trasport

1) Il-laħam tas-selvaġġina għandu jiġi kkunsenjat b'mod li matul il-vjaġġ ikun imħares minn kull ħaġa li tista' tniġġsu jew tagħmillu ħsara, filwaqt li jitqisu t-tul ta' ħin u l-kondizzjonijiet ta' vjaġġ u l-mezz ta' trasport użat. B'mod partikolari, il-vetturi użati għal dan it-trasport għandhom jkunu attrezzati b'mod li tiżgura li t-temperaturi stabbiliti fil-Kapitolu X ma jinqabżux.

2) Il-laħam tas-selvaġġina ma jistax jiġi trasportat f’kull vettura jew kontejner li ma jkunx nadif u ma ġiex diżinfettat.

3) Oqsfa, jew nofsijiet ta' oqsfa, ħlief laħam tal-friża ippakkeġġjat b’mod konformi mal-ħtiġiet ta' iġene, għandu jiddendel matul it-trasport ħlief fil-każ ta' trasport bl-ajru.

Qtugħ ieħor għandu jiġi mdendel jew mqiegħed fuq puntelli jekk ma jkunx ippakkeġġjat jew miżmum f'kontenituri li jifilħu kontra t-tmermir. Dawn il-puntelli, dan l-ippakkeġġjar u kontenituri għandhom iħarsu r-rekwiżiti ta' ndafa u, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ippakkeġġjar, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Jistgħu jerġgħu jintużaw biss wara li jitnaddfu u jiġu diżinfettati.

4) Il-veterinarju uffiċjali għandu jara qabel it-tluq li l-vetturi ta' trasport u l-kondizzjonijiet ta' tagħbija jħarsu r-rekwiżiti ta' ndafa ta' dan il-Kapitolu.

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin (ĠU Nru L 353, 17. 12. 1990, p. 59).

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------