31992D0583



Official Journal L 395 , 31/12/1992 P. 0021 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0133


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta’ l-14 ta’ Diċembru 1992

fuq il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ l-Annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ trobbija

(92/583/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]

Billi bid-Deċiżjoni 78/923/KEE [3] il-Komunità approvat il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ Annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ trobbija, minn hawn ‘il quddiem msejħa "il-Konvenzjoni"; billi l-Komunità ddepożitat l-istrument tagħha ta’ approvazzjoni;

Billi l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa adotta, fil-15 ta’ Novembru 1991, Protokoll biex jemenda l-Konvenzjoni biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi fit-trobbija tal-bhejjem;

Billi differenzi fil-liġijiet nazzjonali fuq il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ trobbija jistgħu jagħtu lok għall-kondizzjonijiet mhux ugwali ta’ kompetizzjoni u jistgħu konsegwentement ikollhom effett indirett fuq il-funzjonament xieraq tas-suq komuni;

Billi l-Konvenzjoni tkopri kwistjonijiet li jaqgħu fl-iskop tal-politika komuni agrikola;

Billi l-parteċipazzjoni tal-Komunità għalhekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-oġġettivi,

Billi l-Protokoll ta’ emendi għandu għalhekk ikun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ l-Annimali miżmuma għall-Iskopijiet ta’ Trobbija huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożità l-istrument ta’ approvazzjoni skond l-Artikolu 6(4) tal-Protokoll li jemenda.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gummer

[1] ĠU Ċ 337, 21.12.1992

[2] ĠU Ċ 337, 16.12.1992, p. 24.

[3] ĠU Ċ 337, 17.11.1978, p. 12.

--------------------------------------------------

PROTOCOL OF AMENDMENT TO THE EUROPEAN CONVENTION FOR THE PROTECTION OF ANIMALS KEPT FOR FARMING PURPOSES

PROTOCOLE D'AMENDEMENT A LA CONVENTION EUROPEENNE SUR LA PROTECTION DES ANIMAUX DANS LES ELEVAGES

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------