31992D0260



Official Journal L 130 , 15/05/1992 P. 0067 - 0083
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0061
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0061


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ April 1992

dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati

(92/260/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 15(a) u 16 tagħha,

Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/162/KEE [4], il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw l-equidae kienet partikolarment ġiet stabbilita;

Billi huwa wkoll meħtieġ li jittieħed akkont tar-reġjonalizzazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi, li huma soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [5], kif emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE [6];

Billi l-eżistenza tas-sitwazzjoni ekwivalenti tas-saħħa bejn uħud mill-pajjiżi terzi tiġġustifika l-istabbiliment ta’ diversi żoni tas-saħħa għall-importazjoni ta’ equidae;

Billi l-kategoriji differenti ta’ żwiemel għandhom il-fatturi tagħhom u l-importazzjoni tagħhom hija awtorizzata għal skopijiet differenti; billi, b’konsegwenza, ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa għandhom ikunu stabbiliti għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati;

Billi, meqjusa d-differenza bejn is-sitwazzjonijiet tas-saħħa, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti diversi ċertifikati tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati;

Billi din id-Deċiżjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid qabel il-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi iżda l-miżuri kif ipprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, Stati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati:

- li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness I,

- li jkunu konformi mal-ħtiġijiet eżiġiti f’wieħed mill-mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ April 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 47, tat-22.2.1992, p. 26.

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 30.

[5] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[6] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Grupp A

L-Awstrija, il-Finlandja, Greenland, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, l-Isvizzera

Grupp B

L-Awstralja, il-Belarussja, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekoslovakkja, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja [1], is-Slovenja, l-Ukrajna, il-Jugoslavja

Grupp Ċ

Il-Kanada, Hong Kong, il-Ġappun, l-Stati Uniti ta’ l-Amerika

Grupp D

L-Arġentina, il-Barbados, Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil [2], iċ-Ċili, il-Kolombja [3], l-Costa Rica [4], Kuba, l-Ekwador [5], il-Ġamajka, il-Messiku, il-Paragwaj, il-Peru [6], l-Urugwaj, il-Venezwela [7]

Grupp E

L-Alġerija, il-Baħrejn, l-Eġittu [8], l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Libja, Malta, il-Mawritjus, l-Oman, it-Tuniżija, it-Turkija [9], l-Emirati Għarab Magħquda

[1] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[2] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[3] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[4] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[5] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[6] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[7] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[8] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

[9] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS II

A. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp A.

B. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp B.

Ċ. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp Ċ.

D. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp D.

E. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp E.

A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

B

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Ċ

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

D

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

E

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------