31992D0160



Official Journal L 071 , 18/03/1992 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0106


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Marzu 1992

li tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet ta’ l-equidae

(92/160/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ l-equidae minn pajjiżi terzi [1], kif emendata bid-Direttiva 91/496/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/14/KEE [4], il-Kunsill stabbilixxa lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membi jawtoriżżaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem tal-fart, il-ħnieżer, l-equidae u l-laħam frisk, inklużi l-prodotti mill-laħam;

Billi huwa meħtieġ li titqies is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet ta’ l-equidae;

Billi huwa għalhekk approprjat illi l-importazzjonijiet imsemmija minn uħud mill-pajjiż terzi jiġu awtoriżżati biss għall-Istati Membru minn parti jew iktar tat-territorju;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti;

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet ta’ equidae minn partijiet tat-territorji tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-pajjiżi elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni huma mħassra mill-Artikolu 1(3)(ċ);

2. In-nota (1) fil-qiegħ tal-paġna li tidher fil-kolonna speċjali għall-equidae hija mħassra rigward il-pajjiżi inklużi fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[4] ĠU L 8, ta’ l-14.1.1992, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-partijiet tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-equidae (rigward l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13(2) tad- Direttiva 90/426/KEE)

Il-Brażil

L-Istati ta’: Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo, Mato Grosso do Sul, Goiás, Minas Gerais, Rio de Janeiro, Espírito Santo, Bahia, Rondónia, Mato Grosso, Tocantins, Piauí, Sergipe, Alagoas, Pernambuco, Paraíba, Rio Grande do Norte, Ceará et Maranhao.

Il-Costa Rica [1]

Iż-żona metropolitana ta’ San José.

Il-Kolombja [2]

L-erja metropolitana ta’ Bogota.

L-Eġittu [3]

L-erja metropolitana tal-Kajr.

L-Ekwador [4]

L-erja metropolitana ta’ Quito.

Il-Peru [5]

L-erja metropolitana ta’ Lima.

It-Turkija [6]

Il-provinċji ta’ Ankara, Edirne, Istanbul, Iżmir, Kirklareli u Tekirdag.

Il-Venezuela [7]

L-erja metropolitana ta’ Karakas.

[1] Huwa awtorizzat biss id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[2] Huwa awtorizzat biss id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[3] Huwa awtorizzat biss id-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati fil-Komunità u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[4] Huwa awtorizzat biss id-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati fil-Komunità u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[5] Huwa awtorizzat biss id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[6] Huwa awtorizzat biss id-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati fil-Komunità u d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

[7] Huwa awtorizzat biss id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità wara li jkunu ġew temporarjament esportati lejn dan it-territorju.

--------------------------------------------------