31992D0014



Official Journal L 008 , 14/01/1992 P. 0012 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0052


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Diċembru 1991

li temenda d-Deċiżjoni 79/542/KEE biex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel

(92/14/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE [1] tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,

Billi d-Deċizjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 91/361/KEE [3], il-Kunsill stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-annimali tal-fart, il-majjali u l-laħam frisk, inklużi l-prodotti tal-laħam;

Billi huwa neċessarju li tkun immodifikata din id-Deċizjoni issa biex tieħu akkont ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/15/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċizjoni 91/487/KEE [5];

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE hija emendata kif ġej:

1. It-Titolu hu mibdul b’dan li ġej:

"Id-Deċiżjoni Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali, u tar-razza taż-żwiemel, laħam frisk u prodotti tal-laħam"

;

2. Fl-Artikolu 1 il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"3. (a) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel minn pajjiżi terzi li jidhru fil-parti I tal-kolonna speċjali għar-razza taż-żwiemel ta’ l-Anness.

(b) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati jew id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fir-territorju tal-Komunità wara li jkunu esportati temporanjament minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fil-parti II tal-kolonna speċjali għar-razza taż-żwiemel ta’ l-Anness.

(ċ) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/426/KEE u sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi permezz ta’ l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva jkunu adottati, l-Istati Membri m’għandhomx jimportaw annimali tar-razza taż-żwiemel li jkunu ġejjin mill-pajjiżi segwenti:

- Il-Brażil

- Il-Kolumbja

- Il-Kosta Rika

- L-Eġittu

- L-Ekwador

- Il-Marokk

- Il-Perù

- L-Afrika t’Isfel

- It-Turkija

- Il-USSR

- Il-Venezwela."

3. L-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE hu mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mill-1 ta’ Jannar 1992.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[3] ĠU L 195, tat-18.7.1991, p. 43.

[4] ĠU L 8, tal-11.1.1989, p. 11.

[5] ĠU L 260, tas-17.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

F : Tal-Fart (jinkludi l-bufli)

N/M : Nagħaġ u mogħoż

M : Majjali

D/W : B’difer wieħed

D/M : B’difer maqsum fi tnejn

× : Awtorizzata

Pajjiż | Laħam frisk u prodotti tal-laħam | Laħam frisk | Annimali ħajjin | Rimarki Speċjali |

Domestiċi | Ferjali | F | M | Laħam frisk | Prodotti tal-laħam |

F | N/M | M | D/W | D/M |

L-Albanija | | × | × | × | |

L-Arġentina | × | × | | × | | × | × | | |

L-Awstralja | × | × | × | × | × | × | × | | |

L-Awstrija | × | × | × | × | × | × | × | | |

Il-Beliże | × | | | × | | | | | |

Il-Botswana | × | × | | × | × | | | | |

Il-Brażil | × | × | | × | | | | | |

Il-Bulgarija | × | × | × | × | × | × | × | | |

Il-Kanada | × | × | × | × | × | × | × | | |

Iċ-Ċilì | × | × | | × | × | | | | |

Ir-Repubblika taċ-Ċina | | | × | × | × | | | | |

Il-Kolombja | × | | | × | | | | | |

Il-Kosta Rika | × | | | × | | | | | |

Kuba | × | | | × | | | | | |

Ċipru | × | × | × | × | × | | × | | |

Iċ-Ċekoslovakkja | × | × | × | × | × | × | × | | |

El Salvador | × | × | | × | | | | | |

L-Etjopja | | | | | | | | | |

Il-Finlandja | × | × | × | × | × | × | × | | |

Greenland | × | × | | × | × | | | | |

Il-Gwatemala | × | | | × | | | | | |

Il-Ħonduras | × | | | × | | | | | |

Hong Kong | | | | | | | | | |

L-Ungerija | × | × | × | × | × | × | × | | |

L-Islanda | × | × | × | × | × | × | × | | |

L-Indja | | | | | | | | | |

L-Iżrael | | | | × | | | | | |

Il-Kenja | | | | | | | | | |

Il-Madagaskar | × | × | | × | | | | | |

Malta | × | | × | × | | × | × | | |

Il-Mawrizju | | | | | | | | | |

Il-Messiku | × | | | × | | | | | |

Il-Marokk | | | | × | | | | | |

In-Namibja | × | × | | × | × | | | | |

In-Nova Żelanda | × | × | × | × | × | × | × | | |

In-Norveġja | × | × | × | × | × | × | × | | |

In-Nikaragwa | × | | | × | | | | | |

Il-Panama | × | | | × | | | | | |

Il-Paragwaj | × | × | | × | | | | | |

Il-Polonja | × | × | × | × | × | × | × | | |

Ir-Rumanija | × | × | × | × | × | × | × | | |

Singapore | | | | | | | | | |

L-Afrika t’Isfel | × | × | × | × | × | | | | |

Sważiland | × | | | × | × | | | | |

L-Isvezja | × | × | × | × | × | × | × | | |

L-Isvizzera | × | × | × | × | × | × | × | | |

It-Tajlandja | | | | | | | | | |

It-Turkija | | | | × | | | | | |

It-Tuniżja | | | | | | | | | |

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika | × | × | × | × | × | × | × | | |

L-Urugwaj | × | × | | × | | | | | |

L Unjoni Sovjetika tar-Repubbliki Soċjalisti | × | × | × | × | × | × | × | | |

Il-Jugoslavja | × | × | × | × | × | × | × | | |

Iż-Żimbabwe | × | | | | | | | | |

KOLONNA SPEĊJALI GĦAR-RAZZA TAŻ-ŻWIEMEL

PARTI 1

Pajjiż

Razza taż-żwiemel

L-Arġentina | × |

L-Alġerija | × |

L-Awstralja | × |

L-Awstrija | × |

Il-Brażil | × |

Il-Bulgarija | × |

Il-Kanada | × |

Iċ-Ċilì | × |

Il-Kolombja | × |

Ċipru | × |

Iċ-Ċekoslovakkja | × |

Il-Finlandja | × |

Greenland | × |

L-Ungerija | × |

L-Islanda | × |

L-Iżrael | × |

Malta | × |

Il-Mawrizju | × |

Il-Messiku | × |

Il-Marokk | × |

In-Nova Żelanda | × |

In-Norveġja | × |

Il-Paragwaj | × |

Il-Polonja | × |

Ir-Rumanija | × |

L-Afrika t’Isfel | × |

L-Isvezja | × |

L-Isvizzera | × |

It-Tuniżija | × |

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika | × |

L-Urugwaj | × |

L-Unjoni Sovjetika tar-Repubbliki Soċjalisti | × |

PARTI II

Pajjiż

Żwiemel irreġistrati

Il-Baħrejn | × |

Il-Barbados | × |

Il-Bermuda | × |

Il-Bolivja | × |

Il-Kosta Rika | × |

Kuba | × |

L-Eġittu | × |

L-Ekwador | × |

Il-Ħong Kong | × |

Il-Ġamajka | × |

Il-Ġappun | × |

Il-Ġordan | × |

Il-Kuwajt | × |

Il-Libja | × |

L-Oman | × |

Il-Perù | × |

It-Turkija | × |

L-Emirati Għarab Magħquda | × |

Il-Venezwela | × |

--------------------------------------------------