Official Journal L 363 , 31/12/1991 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 4 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 4 P. 0027
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3863/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jistabbilixxi d-daqs minimu għall-bejgħ fis-suq tal-granċijiet applikabbli f'ċerti żoni kostali tar-Renju Unit IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 104/76 tad-19 ta' Jannar 1976 li jippreskrivi n-normi kummerċjali komuni għall-bejgħ tal-gambli (Crangon crangon), il-granċijiet ta' l-ikel (Cancer pagurus) and u l-awwisti tan-Norveja (Nephrops norvegicus) [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3162/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(4) tiegħu, Billi jistgħu jiġu pprovduti eċċezzjonijiet għad-daqs minimu preskritt fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 104/76 sabiex tiġi żgurata l-provvista lokali jew reġjonali tal-granċijiet f'ċerti żoni kostali tar-Renju Unit; Billi l-eċċezzjonijiet għad-daqs minimu ta' l-ispeċi involuta jridu jiġu differenzjati sabiex ikunu jirriflettu l-fatt illi l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni fiż-żoni msemmija mhumiex ilkoll l-istess; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Prodotti mis-Sajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Id-daqs minimu kummerċjali għall-bejgħ tal-granċijiet ta' l-ikel għandu jkun ta 12,5 ċentimetri fiż-żoni kostali ta' l-Iskozja, ta' Galles minn Ras Cemaes sal-ponta l-iktar fit-tramuntana tal-fruntiera tiegħu ma' l-Ingilterra, ta' Kent, ta' Essex u tal-grigal ta' l-Ingilterra mil-limitu tan-nofs in-nhar ta' Humberside sal-limitu tat-tramuntana ta' Northumberland u tal-majjistral ta' l-Ingilterra mil-limitu tan-nofs in-nhar ta' Cheshire sal-Ponta Haverigg f'Kumbrija f'latitudni 54°11,3' N. 2. Id-daqs minimu għandu jkun ta' 11,5 ċentimetri fiż-żoni kostali ta' Lincolnshire, Norfolk, Suffolk u d-Distrett Kambriju tas-Sajd bil-Baħar. L-Artikolu 2 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1048/86 [3] huwa hawnhekk imħassar. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1991. Għall-Kummissjoni Manuel Marín Viċi-President [1] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 35. [2] ĠU L 300, tal-31.10.1991, p. 1. [3] ĠU L 96, tal-11.4.1986, p. 14. --------------------------------------------------