Official Journal L 348 , 17/12/1991 P. 0038 - 0038
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3657/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jawtorizza lil Spanja biex tissospendi totalment dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet ta’ żerriegħa tal-ward tax-xemx minn pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att tas-Sħubija ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment Artikolu 75(4) tiegħu, Billi Spanja talbet l-awtorizzazzjoni biex tissospendi dazji tad-dwana fuq żerriegħa tal-warda tax-xemx minn pajjiżi terzi sa mill-1 ta’ Jannar 1992; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Spanja hija hawnhekk awtorizzata biex tissospendi totalment doveri applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ żerriegħa tal-warda tax-xemx oħra għajr iż-żerriegħa maħsuba għaż-żrigħ koperti mill-kodiċi tan-NK 12060090. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni --------------------------------------------------