Official Journal L 345 , 14/12/1991 P. 0049 - 0049
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3580/91 tal-25 ta' Novembru, 1991 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan li jemenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll dwar it-tifsira tal-kunċett "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 ta' dan, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2573/87 tal-11 ta' Awissu, 1987 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta' kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda, u l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu, it-Tuneżija u t-Turkija minn naħa oħra [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 87/456/KEFA tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill tal-11 ta' Awissu, 1987 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta' kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda u l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u t-Tuneżija minn naħa oħra fil-prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat KEFA [2] jipprovdi għat-tibdil fir-regoli ta' oriġini li sar meħtieġ wara l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall u adottati mill-Kunsilli ta' Koperazzjoni jkunu japplikaw għall-prodotti murija f'dik id-Deċiżjoni; Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll dwar it-tifsir tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan adotta d-Deċiżjoni Nru 4/91 li temenda l-Protokoll biex tkun tagħti kont ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej; Billi huwa meħtieġ li tkun applikata d-Deċiżjoni Nru 4/91 fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan għandha tkun applikata fil-Komunità. It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 25 ta' Novembru, 1991. Għall-Kunsill Il-President J. M. M. Ritzen [1] ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 112. --------------------------------------------------