31991R3559



Official Journal L 336 , 07/12/1991 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0192


Ir- Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3559/91

tas-6 ta’ Diċembru 1991

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regolamenti implimentati dettaljati għall-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1] kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 464/91 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi l-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru No 1785/81 jipprovdi liz-zokkor C u l-isoglukożja C ma jistgħux jinbiegħu fis-suq intern tal-Komunità u għandu jiġi esportat fl-istat naturali qabel l-ewwel ta’ Jannar wara t-tmiem tas-sena ta’ marketing in kwistjoni; billi l-Artikolu jipprovdi ukoll għal ammont li għandu jiġi ntaxxat fuq iz-zokkor C u l-iżoglukożja C li fid-data li għandha tiġi determinata ma ġewx esportati fl-istat naturali fiż-żmien li ġie stipulat;

Billi, iżda, ir-Regolament (KEE) Nru 2670/81 ta’ l-14 ta’ Settembru 1981 jistipula regoli implimentati dettaljati dwar il-produzzjoni ta’ zokkor li jaqbeż il-kwota [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 56/91 [4], jipprovdi li l-fabbrikanti taz-zokkor C jew l-isoglukożja C stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jistgħu, meta jesportaw, jibdlu z-zokkor C tagħhom b’zokkor abjad ieħor fl-istat naturali jew jibdlu l-isoglukożja C ma’ isoglukożja oħra magħmulha minn fabbrikant ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru sakemm il-manufattur li ser jagħmel dan il-bdil iħallas ammont fiss ta’ EUR 1,25 għal kull 100 kilogramm ta’ zokkor abjad jew għal kull 100 kilogramm ta’ materjal xott;

Billi l-ħlas ta’ dan l-ammont huwa maħsub li jibbilanċja kull vantaġġ li jista jirriżulta minn tibdil bħal dan, b’mod partikolari minn naħa ta’ spejjeż ta’ trasport; billi l-ammont fiss imsemmi hawn fuq kien stabbilit ħafna snin ilu u minn dak iż-żmien ’l hawn, il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-trasport żviluppaw konsiderevolment, b’mod li l-iskariġġ sar jiswa anqas; billi jidher ukoll li b’riżultat ta’ dan, il-fabbrikanti m’għadhomx jagħmlu użu minn din il-possibilità ta tibdil; billi dan l-ammont fiss għandu b’hekk jiġi aġġustat sa ċertu limitu li ma jħajjarx tibdil;

Billi l-ammont li għandu jinġabar meta z-zokkor C jew l-isoglukożja C mhuwiex esportat fiż-żmien stabbilit, jiġi determinat ukoll billi jittieħed kont ta’ rata fissa li jirrapreżenta l-benefiċċju ekonomiku spekolat f’relazzjoni b’mod partikolari ma’ l-ispejjeż tat-trasport; billi dan l-ammont fiss għandu jiġi aġġustat bl-istess ammont;

Billi, sabiex jipprevjeni li jiġi applikat ammont fiss differenti liz-zokkor C jew isoglukożja C fabbrikat fl-istess sena ta’ negozju, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-ammont fiss jiġi japplika biss miż-żmien ta’ produzzjoni taz-zokkor C jew isoglukożja C tas-sena ta’ negozju 1991/92;

Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma fi qbil mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2670/81 jiġi emendat kif ġej:

1. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2(2), "1,25 ECU" jinbidel b’ "ECU 1,00".

2. Fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), "1,25 ECU" jinbidel b’ "ECU 1,00".

Għandu japplika liz-zokkor C u l-isoglukożja C fabbrikata mis-sena ta’ marketing 1991/92 ’il quddiem.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 54, tat-28.2.1991, p. 22.

[3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, p. 14.

[4] ĠU L 7, ta’ l-10.1.1991, p. 25.

--------------------------------------------------