31991R3433



Official Journal L 326 , 28/11/1991 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0017
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3433/91

tal-25 ta' Novembru 1991

li jimponi dazju ta' anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' flint lighters tal-but li jaħdmu bil-gass u li ma jerġawx jintlew u li joriġinaw mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja u li definittivament jiġbru d-dazju proviżorju ta' anti-dumping.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2423/88 tal-11 ta' Lulju 1988 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping jew sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni mogħtija wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv kif previst taħt ir-Regolament msemmi hawn fuq,

Billi:

A. MIŻURI PROVIŻORJI

(1) Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1386/91 [2], imponiet dazju ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' flint lighters tal-but li jaħdmu bil-gass u li ma jerġawx jintlew (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa lighters) u li joriġinaw mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari Ċiniża, mir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja u li jaqaw taħt il-kodiċi NM ex96131000 (koαdiċi Taric: 96131000*10). Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2832/91 [3], estenda dan id-dazju għal perjodu li ma jaqbiżx xaharejn.

B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(2) Wara l-imposizzjoni ta' dazju ta' anti-dumping proviżorju, il-partijiet interessati li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni.. Huma għamlu wkoll sottomissjonijiet bil-miktub fejn urew il-fehmiet tagħhom fuq ir-rizultati

(3) Il-partijiet ġew infurmati bil-miktub dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' dazji definittivi u l-ġbir definittiv ta' ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju. Kienu wkoll mogħtija perjodu li fih kellhom isiru rappreżentazzjonijiet wara l-iżvelar.

(4) Il-kummenti orali u bil-miktub mogħtija mill-partijiet kienu kkunsidrati u, fejn xieraq, ir-riżultati tal-Kummissjoni ġew modifikati biex jittieħed kont tagħhom.

C. PRODOTT

(5) Numru ta' esportaturi u importatur wieħed irrepetew l-argumenti mressqa fil-proċedura amministrattiva quddiem il-miżuri, jiġifieri li l-lighters ta' produtturi tal-Komunità u l-lighters importati mhumiex prodotti simili, minħabba li ċerti mudelli tal-Komunità jixegħlu diversi drabi aktar.

Il-Kunsill, madankollu, jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar dan il-punt, sottolineati fl-esposizzjoni tal-fatti numru 13 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1386/91, u fuq liema l-ebda prova ġdida ma’ ġiet mogħtija.

Il-Kunsill, għalhekk, jikkonferma li l-lighters magħmula u mibjugħa mill-fabbrikanti tal-Komunità, jiffurmaw kategorija waħda tal-prodott u jikkostitwixxu prodott simili f'kull rispett għal prodott importat mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari Ċiniża fis-sens ta' l-Artikolu 2 (12) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2423/88.

D. DUMPING

(6) Il-produttur u esportatur mit-Tajlandja, Thai Merry Co. Ltd, ipprovda xhieda ġdida li tikkonċerna l-ammont ta' deprezzament użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni preliminari tal-valur normali. Minħabba din ix-xhieda sar kalkolu ta' dumping ġdid li jikkonċerna Thai Merry Co. Ltd. Konsegwentement, il-marġni ta' dumping bħala persentaġġ tal-valur cif, għal dik l-impriża, ġie mmodifikat għal 14, 14 %.

(7) Minħabba li t-Tajlandja ntużat bħala l-pajjiż analogu biex jiġi kkalkulat il-valur normali għaċ-Ċina, l-marġni ta' dumping għar-Repubblika Popolari Ċiniża kien meħtieġ li jiġi mmodifikat ukoll u issa hu 16, 94 %.

(8) Esportatur Ċiniż, Gladstrong Investments Ltd, li ma esportax lejn il-Komunità waqt il-perjodu ta' referenza ntalab li jiġi eskluż milli jħallas id-dazju. Billi l-Kummissjoni ma kinitx f'posizzjoni li tiddetermina s-sitwazzjoni ta' dan l-esportatur, din ir-rikjesta ma setgħetx tiġi aċċettata mill-Kunsill. Madanakollu, il-Kunsill wera li l-Kummissjoni kienet lesta li tibda bla dewmien reviżjoni kull meta l-impriża esportatriċi tista’ turi lill-Kummissjoni xhieda suffiċjenti li ma esportatx waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, bdiet tesporta jew għandha intenzjoni li tesporta lejn il-Komunità wara l-perjodu ta' investigazzjoni u li mhix relatata jew assoċjata ma l-ebda kumpaniji soġġetta għall-investigazzjoni preżenti fejn instab id-dumping.

(9) Rigward Dong Guan Tian Bao Lighter Factory, kumpanija esportatriċi Ċiniża oħra, li ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju, li kien xorta waħda mhux komplut, aktar minn sitt xhur wara l-limitu ta' żmien speċifikat fil-kwestjonarju mibgħut mis-servizzi tal-Kummissjoni, ġie kkunsidrat li l-marġni ta' dumping stabbilit għar-Repubblika Popolari Ċiniża għandu japplika.

(10) Gao Yao Co. issottomettiet li d-dazji ta' anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet magħmula minn Gao Yao Co. għandhom jiġu mħassra u l-valur normali applikabbli għal Gao Yao Co. jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2(6) u mhux l-Artikolu 2(5) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2423/88.

Il-punt li tqajjem kien li l-Artikolu 2(5) m'għandux jiġi applikat minħabba li l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ma sarux mir-Repubblika taċ-Ċina imma minn Hong Kong u li Gao Yao Co. (Hong Kong) għandha tiġi kkunsidrata bħala esportatriċi u mhux Gao Yao Co. (Ċina).

Il-Kunsill, madankollu, jikkonferma li f'dan il-każ il-prodotti kkonċernati kienu biss trasbordati minn Hong Kong u għaldaqstant il-valur normali għandu jkun determinat skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88.

(11) L-esportaturi mit-Tajlandja argumentaw li l-marġni ta' profitt ta' 8 %, miżjud mal-kost tal-produzzjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali, kien għoli wisq. Il-bejgħ kollu domestiku ta' Thai Merry Co. Ltd instab li kien sar kollu b'telf, il-bejgħ domestiku ta' Politop Co. Ltd ma ġiex ikkunsidrat bħala repreżentattiv u ma kienx hemm produtturi jew esportaturi fit-Tajlandja fl-istess settur kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet marġini ta profitt ta' 8 % fuq il-bażi tal-profitt magħmul minn esportaturi oħra minn dawk il-pajjiżi li kkoperaw f'din il-proċedura.

(12) Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kunsill jikkonferma l-konklużjonijiet speċifikati fl-espożizzjonijiet tal-fatti 19 sa 29 tar-Regolament (KEE) Nru 1386/91 li jieħu kont tal-korrezzjonijiet imsemmija hawn fuq b'konnessjoni ma Thai Merry Co. Ltd u l-impatt konsegwenti fuq il-marġni stabbilit għar-Repubblika taċ-Ċina.

Il-medja proporzjonata definittiva espressa bħala persentaġġ tal-valur

cif

ta' kull esportatur konċernat huma kif ġej:

il-Ġappun

Tokai Corporation, Yokohama | 96,56 %, |

Repubblika Popolari Ċiniża | 16,94 % |

Repubblika tal-Korea

Samji Industrial, Inchon | 31,58 % |

it-Tajlandja

Politop Co. Ltd, Bangkok | 5,87 % |

Thai Merry Co. Ltd, Samutsakorn | 14,14 % |

E. KONNESSJONI KAWŻALI BEJN IL-ĦSARA U D-DUMPING

(13) Numru ta' esportaturi qajmu għal darba oħra l-kwistjoni dwar it-tqabbil tal-prezzijiet ta' lighters fil-livell ta' bejgħ mill-ġdid ta' l-ewwel bejjiegħ indipendenti fil-Komunità. Il-punt tqajjem li ċertu lighters importati kellhom inqass gass u jipproduċu fjamma inqas u għalhekk jappella b'mod differenti lil klijenti minn dawk tal-produtturi tal-Komunità.

L-esposizzjoni tal-fatti 34 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1386/91 tindika b'mod ċar li l-Kummissjoni eskludiet mill-eżerċizzju ta' tnaqqis tal-prezzijiet numru ta' lighters billi ħadet kont ta' dawk il-lighters biss li għandhom kontenut ta' gass simili. Il-Kunsill, għalhekk, jikkonferma r-riżultati tal-Kummissjoni fejn jikkonċerna t-tnaqqis tal-prezz.

(14) L-ebda xhieda ġdida li tikkonċerna ħsara ma’ ġiet ippreżentata mill-ebda parti. Bħala konsegwenza, il-Kunsill jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-ħsara kif speċifikat fir-Regolamenti (KEE) Nru 1386/91.

(15) Fil-premessi 44 sa 50 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1386/91, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjoni ta' oġġetti dumped akkumulata mill-Ġappun, ir-Repubblika Popolari Ċiniża, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja kkawżat ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità.

Il-Kummissjoni sabet li ż-żieda mgħaġġla ta' lighters Ġappuniżi, Ċiniżi, Koreani u Tajlandiżi kkoinċidiet ma nuqqas mgħaġġel bl-istess mod fil-produzzjoni, użu ta' kapaċità, volum ta' bejgħ, sehem tas-suq, prezzijiet, profitti u impjieg fl-industrija tal-Komunità.

L-ebda fatti ġodda jew argumenti li jikkonċernaw dawn ir-riżultati ma ġew sottomessi lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1386/91. Il-Kunsill, għalhekk, jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni kif speċifikati fi premessi 44 sa 50 ta' dak ir-Regolament.

F. THRESHOLD TA' ĦSARA

(16) Fejn jikkonċerna l-kalkolu li jistabbilixxi l-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni qieset li d-differenzi bejn il-prezzijiet ta' bejgħ reali ta' l-esportaturi u l-prezz li jippermetti li l-industrija tal-Komunità tikseb 15 % profitt, għandha tiġi eliminata.

Dan il-marġini ta' profitt ta' 15 % ġie kkontestat mill-prodottur u esportatur Ġappuniż bħala għoli wisq.

(17) Skond il-produtturi tal-Komunità, marġini ta' profitt ta' 15 % hu l-minimu neċessarju biex tiffinanzja investimenti ġodda f'faċilitajiet ta' manifattura u riċerka u żvilupp, li mingħajrhom id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tkun destinata li tiżdied u l-ħsara kawżata mid-dumping ma tkunx tneħħiet kompletament.

Ingħatat konsiderazzjoni għall-fatt li l-profitt miksub mill-produtturi dinjija prinċipali dejjem kien ta' bejn it-12 u l-20 %.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kunsill jikkonferma r-riżultati tal-Kummissjoni rigward it-threshold ta' ħsara kif stabbilit fl-esposizzjoni tal-fatti 59 tar-Regolament (KEE) Nru 1386/91.

G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(18) L-esportatur Ġappuniż issuġġerixxa li kien hemm periklu li importazzjonijiet mill-Ġappun jiġu mibdula minn importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi oħra mhux Komunitarji, jew minn dawk involuti f'din il-proċedura jew oħrajn jekk dazju ta' anti-dumping jiġi impost fuq il-Ġappun.

(19) Il-Kunsill mhux konvint li d-dazji proposti se jwasslu biex importazzjonijiet mill-Ġappun jiġu mibdula minn importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi u jikkonsidra li anki kieku kellu jiġri dan, ma jmurx kontra l-interess tal-Komunità. Bħal ma l-Kunsill diġà stqarr fir-Regolamenti preċedenti, id-dazji ta' anti-dumping m'għandhomx ikollhom effett protezzjonist fuq l-industrija tal-Komunità u l-anqas jikkawżaw żvantaġġ żejjed għall-esportaturi.

Dawn ġew maħsuba biex jistabbilixxu mill-ġdid kondizzjonijiet tas-suq ġusti u miftuħa billi jipproteġu l-industrija tal-Komunità minn prattiċi ta' kummerċ inġusti. Jekk il-posizzjoni ta' xi esportaturi fis-suq issofri wara l-imposizzjoni tad-dazji ta' anti-dumping, dan ikun biss konsegwenza tan-nuqqas ta' kapaċità minn naħa tagħhom li jaffaċċjaw sitwazzjoni tas-suq ġusta u kompetittiva.

(20) Il-Kunsill jikkonferma r-riżultati tal-Kummissjoni speċifikati fit-taqsima G. tar-Regolament (KEE) Nru 1386/91 u jikkunsidra li hu fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri ta' anti-dumping biex telimina l-effetti ta' ħsara ta' l-importazzjonijiet ta' oġetti dumped li toriġina mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari Ċiniża, mir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja.

H. DAZJU

(21) Fuq bażi ta' kalkoli dwar id-dumping u t-threshold ta' ħsara deskritti fir-Regolament (KEE) Nru 1386/91 u s-sottomissjonijiet irċevuti wara, il-Kunsill jikkonkludi li għandhom jiġu mposti dazji skond il-livell ta' dumping reali misjub fir-Repubblika Popolari Ċiniża u t-Tajlandja (ditti Thai Merry Co. Ltd u Politop Co. Ltd) u għall-Ġappun (Tokai Corporation) u r-Repubblika tal-Korea (Samji l-industrija) fuq il-bażi tat-treshold ta' ħsara stabbilita.

Għalhekk, id-dazji għandhom ikunu:

—Tokai Corporation, il-Ġappun | 35,7 %, |

—Samji l-industrija, Repubblika tal-Korea | 22,7 %, |

—Gao Yao Co., Repubblika Popolari Ċiniża | 16,9 %, |

—Thai Merry Co. Ltd, Tajlandja | 14,1 %, |

—Politop Co. Ltd, Tajlandja | 5,8 %. |

(22) Il-Kunsill jikkonferma, għar-raġunijiet dikjarati mill-Kummissjoni fl-esposizzjoni tal-fatti 60 tar-Regolament (KEE) Nru 1386/91, li l-ogħla dazju stabbilit għal kull pajjż għandu japplika għad-ditti li ma jweġbux il-kwistjonarju tal-Kummissjoni jew inkella li ma għarrfux lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħhom.

I. IMPENN

(23) Wieħed miż-żewġ esportaturi Tajlandiżi, Thai Merry Co. Ltd, intrabat b'mod aċċettabbli. L-impenn se jżid il-prezz tal-prodotti in kwistjoni għal lieva biżżejjed biex telimina d-dumping stabbilit mill-Kummissjoni.

Wara konsultazzjonijiet li waqthom wieħed mill-Istati Membri qajjem oġġezzjonijiet għal din is-soluzzjoni, l-impriża ġiet aċċettata permezz tad-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 91/604/KEE [4].

J. ĠABRA TA' DAZJI PROVIŻORJI

(24) L-esportatur Tajlandiż, Thai Merry Co. Ltd, talab li dawk l-importazzjonijiet ta' lighters li diġà telqu qabel id-data li fiha l-miżuri proviżorji daħlu fis-seħħ u li jkunu għaddew mid-dwana wara dik id-data jkunu meħlusa mingħajr ġbir ta' dazji proviżorji u, konsegwentement li d-dazju proviżorju m'għandux ikun definittivament miġbur f'każijiet bħal dawn.

(25) Skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 11(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2423/88, dazji ta' anti-dumping jiġu applikati fuq il-prodotti konċernati fil-mument li jibdew jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità. Bil-maqlub tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 288/82 tal-5 ta' Frar 1982 dwar regoli komuni dwar l-importazzjonijiet [5], għal liema l-esportatur jirreferi, ir-Regolament (KEE) Nru 2423/88, applikabbli għal prodotti importati taħt kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni nġusta, ma’ jipprovdi għal ebda eċċezzjoni għal din ir-regola. Barra min hekk, wieħed irid jiftakar li l-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex iżżomm lill-partijiet konċernati informati, għalhekk l-importaturi ma jistgħux b'mod raġonevoli jiddikjaraw li ma kinux jafu bil-proċeduri jew il-fażi li fiha waslet l-investigazzjoni waqt il-perjodu bejn il-bidu tal-proċeduri u l-imposizzjoni tad-dazju proviżorju.

(26) Għalhekk, minħabba d-daqs tal-marġni tad-dumping stabbiliti u tan-natura serja tal-ħsara kawżata lill-industrija tal-Komunità, il-Kunsill jikkunsidra bħala neċessità li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju proviżorju ta' anti-dumping għandu jiġi miġbur definittivament sa l-ammont tad-dazju definittiv impost,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv ta' anti-dumping qed jiġi impost permezz ta' dan ir-Regolament fuq l-importazzjonijiet ta' flint lighters tal-but bil-gass li ma jerġawx jintlew li jaqaw taħt il-kodiċi NMex96131000 (kodiċi Taric96131000*10), u li joriġinaw mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari Ċiniża, fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja.

I r-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, ħieles mal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jiġi ffissat kif ġej:

(a) 35,7 % għall-Prodotti li joriġinaw il-Ġappun;

(b) 16,9 % għall-Prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari Ċiniża;

(ċ) 22,7 % għall-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea;

(d) 14,1 % għall-Prodotti li joriġinaw fit-Tajlandja (Kodiċi addizjonali Taric 8543) bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet prodotti u mibjugħha għall-esportazzjoni lill-Komunità minn Politop Co. Ltd, Bangkok fejn ir-rata għandha tkun ta' 5,8 % (kodiċi addizjonali Taric 8544).

3. Id-dazju msemmi fil-paragrafu 2 (d) m'għandux japplika għall-flint lighters tal-gass u li ma jerġgħux jintlew esportati lejn il-Komunità minn Thai Merry Co. Ltd (kodiċi Taric addizzjonali 8542).

4. Id-disposizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom jgħoddu.

Artikolu 2

L-ammonti assigurati permezz tad-dazju ta' anti-dumping proviżorji imposti skond ir-Regolament (KEE) Nru 1386/91 għandhom ikunu definittivament miġbura bir-rata ta' dazju definittivament imposta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 25 Novembru 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. M. M. Ritzen

[1] ĠU L 209, tat-2.8.1988, pġ. 1.

[2] ĠU L 133, tat-28.5.1991, pġ. 20.

[3] ĠU L 272, tat-28.9.1991, pġ. 1.

[4] Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 35, tad-9.2.1982, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2978/91 (ĠU L 284, tat-12.10.1991, pġ. 1).

--------------------------------------------------